17.4.23

SANTA LUĊIJA – BUS SHELTERS

7200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?

 

13/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, li fl-istess lokalità hemm numru ta’ bus shelters li waqt li kien qed isir il-proġett tal-promenade u l-junction ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet ħadet id-deċiżjoni li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f’ċertu toroq u għaldaqstant kien hemm xi bus shelters antiki li spiċċaw fuq in-naħa opposta tat-triq, filwaqt li l-bus stops il-ġodda preżenement għadhom mingħajr bus shelter.

 

Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija kkomunika u għadu qiegħed jikkomunika mal-entità kkonċernata sabiex dawn l-istess bus shelters isiru fuq in-naħa t-tajba tat-triq.

 

Seduta  103

16/03/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...