17.4.23

MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL – IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIRETTIVI TAL-UE

7430. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/03/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:

 

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur mizjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni

30/06/2022

Direttiva (UE) 2021/2261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-uzu ta’ dokumenti bl-informazzjoni ewlenija mill-kumpaniji maniġerjali tal-imprizi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

30/06/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1270 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva 2010/43/UE fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà li għandhom jitqiesu għall-Imprizi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS)

31/07/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1269 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva Delegata (UE) 2017/593 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-fatturi tas-sostenibbiltà fl-obbligi ta’ governanza tal-prodotti

02/08/2022

Direttiva Tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

31/12/2022

 

Seduta  108

28/03/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...