17.4.23

MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI – IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIRETTIVI TAL-UE

7434. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/03/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:

 

MTIP

Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

02/02/2022

MTIP

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1716 tad-29 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ modifiki fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li jirriżultaw minn emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip.

27/09/2022

MTIP

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1717 tad-9 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament ta’ ċerti nominazzjonijiet tal-kategorija ta’ vetturi u ż-żieda tal-eCall mal-lista tal-elementi ta’ test, il-metodi, ir-raġunijiet għal falliment u l-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-Anness I u fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

27/09/2022

 

Seduta  109

29/03/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...