19.4.23

MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR – IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIRETTIVI TAL-UE

7439. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/03/2023

 

ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:

 

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1206 tat-30 ta’ April 2021 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tal-baħar fir-rigward tal-istandard applikabbli għal-laboratorji li jintużaw mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għat-tagħmir tal-baħar

31/01/2022

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/2088 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-fwejjaħ allerġeniċi fil-ġugarelli

07/04/2022

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/2089 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-projbizzjoni tal-fwejjaħ allerġeniċi fil-ġugarelli

07/04/2022

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2021/903 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri ta’ limitu speċifiċi għall-anilina f’ċerti ġugarelli

12/04/2022

Direttiva Delegata Tal-Kummissjoni (UE) 2021/1978 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-użu tal-ftalat tal-bis (2-etileżil) (DEHP), butilbenżilftalat (BBP), id-dibutilftalat (DBP) u d-diisobutilftalat (DIBP) fi spare parts irkuprati minn u użati għat-tiswija jew għar-rinnovazzjoni ta’ apparat mediku

30/04/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1979 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-ftalat ta’ bis (2-etileżil) (DEHP) f’komponenti tal-plastik li jinsabu fil-kojls tad-ditekter tal-Immaġni bir-Reżonanza Manjetika (MRI)

30/04/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1980 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-ftalat tal-bis (2-etileżil) (DEHP) f’elettrodi selettivi għall-joni biex janalizzaw il-fluwidi tal-ġisem tal-bniedem u/jew il-fluwidi tad-dijalisat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

30/04/2022

Direttiva (UE) 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

28/06/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/884 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’konnetturi elettriċi rotanti użati f’sistemi ta’ immaġnijiet intravaskulari ultrasonori

30/06/2022

Direttiva Delegata Tal-Kummissjoni (UE) 2022/274 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni għal finijiet speċjali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/275 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/276 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/277 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar

30/09/2022

Direttiva Delegata Tal-Kummissjoni (UE) 2022/278 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tal-aloġenuri metalliċi

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/279 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/280 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa

30/09/2022

Direttiva Delegata Tal-Kummissjoni (UE) 2022/281 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda għal finijiet speċjali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/282 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-fini ta’ adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi mhux lineari b’fosforu bi tliet frekwenzi

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/283 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/284 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju fil-lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali

30/09/2022

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/287 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu tal-merkurju f’lampi fluworexxenti għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra

30/09/2022

 

 Id-Direttiva li għadha pendenti hija s-segwenti:

 

Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

25/12/2022

Seduta  110

17/04/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...