17.4.23

IL-FURJANA – ĠONNA SIR LUIGI PREZIOSI U VILHENA – FONDI ALLOKATI GĦAŻ-ŻAMMA TAGĦHOM

7201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi allokat biżżejjed fondi sabiex il-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar, billi għandhom bżonn kura?

 

13/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jingħataw sabiex iwettqu l-funzjonijiet statutorji tagħhom, inkluża l-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ta’ ġonna u parks pubbliċi, huma kif stabbiliti fil-formula li hemm fl-Att dwar Gvern Lokali (Kap. 363).

 

Intant infurmat ukoll mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali tal-Floriana din is-sena ġie allokat is-somma ta’ €55,900 għal din il-funzjoni.

 

Seduta  103

16/03/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...