29.11.16

UFFIĊĊJU TAL-ARBITRU - APPELLI.


 
28794. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew deċiżi każijiet mill-appelli taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru tul din is-sena u jista’ jinforma kemm minnhom ġew appellati mid-Dipartiment quddiem il-Qorti?

18/11/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul l-2016, kien hemm 308 ka¿ li ġie deċiż quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru. Minnhom, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, 28 każ kienu appellati quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri).  Minn dawn, 14-il każ kienu appellati mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u l-14-il każ l-ieħor kienu appellati quddiem il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) mill-individwi li tilfu l-każ tagħhom quddiem l-Arbitru.

Seduta  455
28/11/2016

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...