28620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra x’xogħlijiet saru tul din is-sena ġewwa Triq Palma, Ħal Tarxien u
kemm ġew jiswew? Jirriżultax illi tali roundabout
illi saret fil-bidu ta’ din inbnietx b’mod sproporzjonat u li l-kostruzzjoni
tagħha qed effettivament jikkontribwixxi sabiex jiżdied l-ammont ta’ traffiku
konsiderevolment? Jekk jikkonferma dan, Transport Malta għandha xi pjanijiet
sabiex tirremedja għal din is-sitwazzjoni?
11/11/2016
ONOR. JOE
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet
imsemmija kienu jikkonsistu f’upgrade
tal-junction inkluż it-toroq
tal-madwar. Minħabba li għadu għaddej xi xogħol, ma tistax tingħata
informazzjoni dwar kemm swew ix-xogħlijiet f’dan l-istadju. Rigward ir-roundabout il-ġdida, din fil-fatt ġiet iddisinjata abbażi tas-sit u
l-perimetri tas-sit in kwistjoni. Huwa
fatt ippruvat li l-qies ta’ roundabout
jaffettwa l-fluss tat-traffiku, kif ukoll li iżjed ma tkun kbira r-roundabout, iżjed tgħin għall-fluss
aħjar tat-traffiku. Mis-surveys li għamlet Transport Malta
jirriżulta li r-roundabout qiegħda
taħdem kifsuppost, li l-konġestjoni naqset u l-fluss tat-traffiku huwa aħjar u
iżjed sikur.
Seduta 452
21/11/2016
No comments:
Post a Comment