28624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għar-risposta
għall-mistoqsija parlamentari 27285, jista’ l-Ministru jinforma liema huma
l-proġetti li ġew implimentati tul din is-sena u jista’ jindika x’kien l-eżitu
tagħhom?
11/11/2016
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed
jiġu implimentati preżentement huma:
· Training for Employment; u
· Access to Employment
Taħt il-proġett ‘Training for
Employment’ qegħdin jiġu offruti tliet skemi, li huma l-Work Exposure Scheme
(WES), il-Work Placement Scheme (WPS) u t-Traineeship Scheme (TRN).
Ir-riżultati li ntlaħqu mill-bidu ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din
is-sena huma kif ġej:
Skema
|
WES
|
WPS
|
TRN
|
Totali
|
Kemm-il persuna ġiet placed
|
349
|
57
|
408
|
814
|
Kemm-il persuna lestiet
b’suċċess l-iskema
|
260
|
23
|
172
|
455
|
Kemm-il persuna għadha qed
tattendi l-iskema
|
22
|
22
|
33
|
77
|
Kemm-il persuna ma bdietx
l-iskema
|
19
|
3
|
52
|
74
|
Kemm-il persuna waqfet
mill-iskema
|
48
|
9
|
151
|
199
|
In-nefqa fuq dan il-proġett
sal-aħħar ta’ Ottubru kienet ta’ €662,977.35.
Il-proġett ‘Access to
Employment’ (A2E) tnieda f’Ġunju tal-2015. Permezz ta’ din l-iskema
l-intrapriżi qegħdin jiġu inċentivati biex jimpjegaw lil persuni li huma aktar
fi żvantaġġ biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. Sal-31 ta' Ottubru 2016,
l-A2E Unit irċieva 526 applikazzjoni mingħand 326 intrapriża differenti, li
jammontaw għal 600 parteċipant. Minn
dawn il-parteċipanti, 415 għadhom attivi. Il-parteċipanti l-oħra (li jammontaw
għal 185) jew ikkanċellaw l-applikazzjoni/grant
agreement jew instabu ineliġibbli minn Jobsplus.
Mill-415-il parteċipant,
Jobsplus iffirmat 373 grant agreement
mal-benefiċjarji b'valur ta' €3,368,871.09.
Minn dawn il-grant agreements
61 minnhom spiċċaw qabel iż-żmien (premature
termination). Għaldaqstant, il-valur tal-grant agreement ġie jammonta għal €2,891,498.06. Fil-ġranet li
ġejjin ser ikunu ffirmati l-grant
agreements ta' 11-il parteċipant ieħor.
Seduta 453
22/11/2016
No comments:
Post a Comment