28787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid
x’għajnuna qed tingħata lill-Fondazzjoni Dar il-Hena?
18/11/2016
ONOR. MICHAEL
FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,
il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali flimkien mal-Caritas Malta u
Alfred Mizzi Foundation, daħal f’att notarili fejn ġiet ffurmata l-Fondazzjoni
Dar il-Hena. Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-Ministeru jkopri l-ispejjeż
operattivi, li jinkludu wkoll il-pagi, ta’ din il-Fondazzjoni biex tkun tista’
toffri għajnuna soċjali lil individwi u familji li qed jesperjenzaw esklużjoni
soċjali u faqar materjali.
Seduta 454
23/11/2016
No comments:
Post a Comment