28788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra kemm kienu l-persuni li l-Għajnuna Soċjali (Sup) nqatgħatilhom għax
tul din is-sena ma attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom?
18/11/2016
ONOR. MICHAEL
FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru
ta’ persuni li, l-Għajnuna Soċjali (SUP) tagħhom ġiet terminata minħabba li
m’attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom matul din is-sena kien ta`
36.
Tajjeb wieħed jinnota li qabel
jitwaqqaf il-benefiċċju, persuna tintbagħtilha ittra tlett darbiet biex tmur
l-uffiċċju distrettwali, l-ewwel darbtejn bil-posta normali u t-tielet u
l-aħħar waħda reġistrata fejn fiha jkun hemm it-twissija li jekk ma tmurx ikun
se jinqata’ l-benefiċċju.
Jekk il-benefiċċjarju jirrikorri f’wieħed mill-uffiċċji
distrettwali, u jagħti raġuni valida ‘l għaliex naqas milli jattendi l-uffiċċju
meta kien imsejjaħ, u din tiġi aċċettata mill-uffiċċjali tad-Dipartiment
tas-Sigurta’ Soċjali, il-benefiċċju jerġa’ jibda jinħareġ. Jekk ir-raġuni li
tingħata ma tiġix aċċettata, biex il-klijent jerġa’ jkun intitolat għal
għajnuna soċjali, il-klijent ikun mistenni li jerga’ jissottometti
applikazzjoni ġdida.
Seduta 454
23/11/2016
No comments:
Post a Comment