28626. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tħallsu
komplessivament parti mill-ex-impjegati tas-Sea Malta u jista’ jinforma jekk
kemm-il darba l-ħaddiema l-oħra li ma kenux parti mill-proċeduri legali
fir-rikors li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex ser jitħallsu
huma wkoll?
11/11/2016
ONOR. EDWARD
SCICLUNA: Ninsab infurmat li l-ex-impjegati tas-Sea Malta
tħallsu komplessivament €2,685,742.14
Dan kien ftehim ta surroga ta
drittijiet litiġjuzi mal-ħaddiema li skont is-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti
Ċivili ggradwaw minn ta quddiem u qabel ċerti krediti tal-Gvern.
Min ma pparteċipax
fil-proċeduri ma kellux drittijiet bħal dawn li fihom il-Gvern seta jiġi
surrogat.
Madankollu, qiegħed jingħad
mingħajr preġudizju illi s-sitwazzjoni ta min ma pparteċipax fil-proċeduri
tal-konkors qiegħda wkoll tiġi kkunsidrata.
Seduta 453
22/11/2016
No comments:
Post a Comment