23.11.16

MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – TALBIET LILL-KUMMISSARJU GĦALL-INFORMAZZJONI U L-PROTEZZJONI TAD-DATA DWAR L-OPERAT TAL-MINISTERU



28623. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27199, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tagħha u ċjoè li jiġi indikat l-eżitu tat-talbiet li saru quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?

11/11/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi talba minnhom li kienet tirrigwardja l-korp tal-pulizija, ġiet investigata u rriżulta li ma kienx hemm ksur ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
It-talba l-oħra kienet tikkonċerna Agenzija li fil-preżent m’għadhiex taqa’ taħt dan il-Ministeru, imma ġejna nfurmati li l-każ ġie magħluq ukoll.

Seduta  453
22/11/2016

No comments:

MCLUHAN MHUWIEX BAUMAN

1. Nifhem li dak li nikteb jaf ikun skomdu. Niskuża ruħi, u ngħid li mhuwiex intenzjonat għal hekk imma sabiex jingħad dak li naħseb l...