1.11.16

EU PROJECTS RELATED EXPENDITURE



27401. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn tul is-sena 2015 intefqu inqas flus f’EU Projects related expenditure?

18/08/2016





  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kuntrarju għal dak li qiegħed jingħad fil-mistoqsija, in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul is-sena 2015 kienet fil-fatt l-iktar waħda għolja fejn jikkonċerna proġetti taħt il-Programm Operattiv numru 2 (ESF) - €25,393,825.00, filwaqt li kienet it-tieni l-ogħla taħt il-Programm Operattiv numru 1 (ERDF) - €28,878,452.33.

In-nefqa totali mill-2007 sal-2015 għall-ESF kienet ta’ €96,969,943.70 waqt li tal-ERDF kienet ta’ €127,090,089.69 b’total ta’ €224,060,033.39.

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ spreadsheets, waħda tal-ESF u l-oħra tal-ERDF, li jagħtu dettalji tal-infiq li sar bejn l-2007 u l-2015, b’żieda sinjifikanti fl-infiq matul l-aħħar tliet snin.

Seduta  437
27/10/2016

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...