1. Kull min kien President tal-Istati Uniti
tal-Amerika, b’mod partikolari tul dawn l-aħħar snin, influwenza l-ħajjiet ta’
diversi fid-dinja u ħalla warajh wirt differenti. F’dawn l-aħħar xhur tal-amministrazzjoni mmexxija
minn Barack Obama, meta kif jiġri, l-attenzjoni tgħaddi iktar fuq min ser ikun
il-President li jmiss, hija ħaġa tajba li wieħed iħares lura. Eżerċizzju li nistgħu nagħmlu fi presidenza
li biddlet ħafna. Nistgħu nwettquh dan
aħjar għax nhar is-Sibt, 8 ta’ Ottubru f’The Economist deher artikolu tiegħu
stess bit-titolu “The Way Ahead”.
2. Mhux soltu, verament, li President
jikkontribwixxi b’dan il-mod. Ħafna
drabi, min ikun ser itemm il-kariga jkun qiegħed jagħlaq dak li l-ħin
jippermettilu. Biss Obama naħseb li huwa
ġustament ħass li ma għandux joqgħod lura, imma anzi għandu, wara tmien snin
ta’ esperjenza, jagħti lura lil min għad irid jiġi magħżul. Huwa f’dan mument uniku u li għandu jingħata
attenzjoni: l-ewwel għall-kontenut tiegħu, u t-tieni għall-fatt fih innifsu.
3. Barack Obama jikkonfronta direttament
il-problemi li dak il-pajjiż kbir u influwenti għandu quddiemu llum. Jitkellem fuq l-iżbalji tal-populiżmu, però
jħares ‘il quddiem lejn dak li hemm bżonn li jsir biex jibqa’ jsir progress,
b’mod speċjali kif wieħed jista’ jegħleb l-inugwaljanzi li hemm f’dik
is-soċjetà. F’dan imiss,
interessantement, mal-politika ekonomika tal-pajjiż li ilu dominat minn dik
kapitalista. Għax filwaqt li
jirrikonoxxi li din is-sistema għandha l-vantaġġi tagħha, fuq l-oħra jgħid li
hemm bżonn l-intervent tal-Istat għax ma tistax titħalla f’idejn is-suq biex
tiġi stabbilita l-ġustizzja u l-ugwaljanza.
4. Kliemu f’dan huma ċari: “The profit motive
can be a powerful force for common good, driving businesses to create products
that the consumers rave about or motivating banks to lend to growing
businesses. But, by itself, this will
not lead to broadly shared prosperity and growth. Economists have long recognised that markets,
left to their own devices can fail”. Dan
huwa kliem li juru dejjem iktar li min jidħol fil-poter u jaħdem, kif ipprova
dan il-President favur il-poplu u mhux għal parti biss, iħares lejn dak li huwa
verament ta’ ġid u soluzzjoni għal iktar ġustizzja soċjali.
5. Huwa jkompli f’dan billi jiddikjara iktar
direttament: “More fundamentally, a capitalism shaped by the few and
unaccountable to the many is a threat to all.
Economies are more successful when we close the gap between the rich and
the poor and growth is broadly based. A
world in which 1% of humanity controls as much wealth as the other 99% will
never be stable”. Dawn il-ħsibijiet
jeħduna lura: l-ewwel għal dak li l-Papa Pawlu VI li proprju ħamsin sena ilu,
fil-Ġnus Magħquda kien qal: “We would also like to set an example ourselves,
even if the smallness of our means might prevent anyone from appreciating the
practical and quantitative significance of it.
We want to see our own charitable institutions undergo a new development
in the struggle against hunger and toward meeting the main needs of the world. This is the way and the only way to build
peace”.
6. It-tieni, għax juru li jingħad x’jingħad,
is-soluzzjoni ta’ diversi problemi fis-soċjetà u fid-dinja huma marbuta ma’
tqassim iktar ġust tal-ġid u b’miżuri ekonomiċi li jippermettu paga u kundizzjonijiet
aqwa għall-ħaddiem. Proprju għalhekk li
fuq dan huwa jagħlaq aħjar: “Economies are more successful when we close the
gap between rich and poor and growth is broadly based. This is not just a moral argument. Research shows that growth is more fragile
and recessions more frequent in countries with greater inequality. Concentrated welath at the top means less of
the broad-based consumer spending that drives market economies”.
7. Dan huwa artikolu li jimmerita attenzjoni
partikolari. Wieħed li ġej minn persuna
li ħadem sabiex iġib iktar riforma u ġustizzja soċjali. Kliemu huma messaġġ ċar lejn kull min qiegħed
imexxi soċjetà, kull min għandu l-poter f’idejh. Min irid jaħdem favur il-poplu, favur
is-sewwa, irid jibni politika ekonomika li biha mhux il-ftit ikomplu jikbru,
imma li jkun hemm tqassim aqwa u iktar ġust tal-ġid nazzjonali.
No comments:
Post a Comment