ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, grazzi ta’ din l-opportunità
li wieħed jitkellem fuq korporazzjoni li hija mportanti ħafna
għall-pajjiżna. Importanti għax hija
verament, tista’ tkun għodda u katalista mportanti sabiex wieħed iċaqlaq
il-quddiem is-settur tax-xogħol. Settur
importanti, settur vitali għall-pajjiżna li ovvjament jmexxi d-dinja sħiħa
soċjali, ekonomika tagħna. Importanti
ħafna dan id-dibattitu sabiex wieħed jiffoka ftit fuq żewġ aspetti. L-ewwel ħaġa x-xogħol, xi kwalità ta’ xogħol
għandna f’pajjiżna u t-tieni li wieħed ukoll jiffoka x’ħidma għamlet din
il-korporazzjoni f’din l-aħħar sena.
Ħidma li mill-istess rapport tindika li qed ssir tibdila kbira
strutturali, interna, minn 3 direttorati, tlajna għal 7 direttorati u allura
wieħed qed jistenna li apparti dak li se niddiskutu llum fuq dak li sar qabel,
wieħed jistenna li fis-snin li ġejjin l-korporazzjoni tkun mxiet ‘l
quddiem.
M’hemmx dubju u mhux se noqogħdu niddisputaw
l-istatistika, l-istatistika tindika li għandna sitwazzjoni li hija bin-numri
ferm aktar pożittiva milli kienet fis-snin oħrajn. Jiġifieri li għandek iktar nies li ġew
fid-dinja tax-xogħol, għandek iktar nies li huma mpjegati, jiġifieri meta qed
nitkellmu fuq 165,000 ruħ li qed jaħdmu f’pajjiżna naħseb li dak fih innifsu
huwa pożittiv. Però ħadd ma jlum li
aħna nidħlu hawn ġew għad-dmir li niddiskutu jekk kemm-il darba dak li qed
naraw f’dan ir-rapport tal-istatistika, f’dan ir-rapport tal-ewwel faċċati ta’
dan ir-rapport tal-Employment Training Corporation huwiex mbagħad jaqbel ma’
affarijiet oħrajn li qed joħorġu fis-soċjetà.
Jien nieħu pjaċir li għandna l-Ministru Evarist Bartolo li qed jieħu
ħsieb dan is-settur għax nemmen li għandu ruħ soċjali u nemmen li l-formazzjoni
xellugija tiegħu għandha tgħin sabiex ikun hu katalist, ikun hu xprun sabiex
iħaddem ‘l quddiem mhux biss lil din il-korporazzjoni imma jkun hu ġellied
sabiex jikber aktar il-kwalità tax-xogħol f’pajjiżna.
Jien Ministru, jekk tippermettieli, inti s-sena li
għaddiet waqt dan id-diskors kont bdejt b’viżjoni li hija ferm aħjar minn dik
li bdejt bija llum. Int kont għedt: “Għalhekk waħda
mill-policies ewlenin ta’ dan il-Gvern f’dawk li huma mpjiegi hi li jaħdem mhux
biss biex iżid l-impjiegi ta’ kwalità tajba imma biex jara li jagħti dawk
l-inċentivi meħtieġa ħalli kemm jista’ jkun in-nies jinqalgħu mill-benefiċċju
soċjali u jidħlu fix-xogħol għaliex l-aħjar mod kif intejbu l-kwalità tal-ħajja
f’pajjiżna, kif ikun hawn iktar ġustizzja soċjali fostna u kif nikkumbattu
l-faqar f’pajjiżna huwa proprju x-xogħol.” Issa rridu naċċettaw li bi ħsebijiet tajbin u li hu sewwa
li jkollu l-Ministru, għandu jkollna anke aħna, però rridu naċċettaw li
l-istatistika qegħda turi żewġ affarijiet mportanti, l-ewwel li l-faqar jew
inkella l-persuni f’riskju ta’ faqar sfortunatament f’dawn l-aħħar xhur mhux
naqas żdied. U rridu ngħidu ukoll li tul
din is-sena l-persuni li jinstabu fiz-zona tal-prekarjat, anzi fiz-zona ta’
dawk li m’għandhomx kuntratt definittiv, ta’ dawk li għandhom kuntratt ta’ sitt
xhur, sitt xhur, ta’ dawk li għandhom kondizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex
daqs dawk tal-fulltime, li m’għandhomx stabilità sfortunatament baqa’
hemm. U baqa’ hemm u ma tnaqqasx, baqa’
fuq l-ixkaffa tagħna biex aħna rridu b’xi mod jew ieħor nikkonsidrawh. Naħseb li dan huwa periklu jekk kemm-il darba
f’dibattitu bħal dan ma niddiskutuhx.
Jien mhux qed nipprova nipponta subgħajja lejk, Onor. Ministru, l-unika
ħaġa li qed nipprova nagħmel ħaġa waħda, jien niddejjaq nidħaq bija nnifsi,
jien inħobb inħares lejn ir-realtà u nifhem x’inhi r-realtà li hemm
madwari. Jew inkella naqbad it-triq biex
jien nifhem x’inhi r-realtà li wieħed jiffaċċja. Wieħed irid jgħid li tul dan iż-żmien l-prekarjat baqa’
b’saħħtu u anke f’Ministeru bħal tiegħek, l-Ministeru tal-Edukazzjoni u
x-Xogħol taf inti bħalma jafu diversi nies li għandek ukoll taħtek stess nies
li għandhom kuntratti ta’ sitt xhur, sitt xhur. Jiġifieri dan ifisser li jekk proprju
fil-Ministeru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni, għad hemm din is-sitwazzjoni, allura
jrid jagħmel riflessjoni u wieħed irid jara jekk kemm-il darba l-Employment
Training Corporation hiex qed tagħmel is-sehem tagħha sabiex iċċaqlaq ‘l
quddiem l-affarijiet.
Issa huwa vera li aħna rajna żieda fl-istatistika ta’
nies li qegħdin jaħdmu però hemm numru ta’ domandi li jridu jsiru
Ministru. Per eżempju, x’kien l-effett
tan-numru kbir ta’ nies li daħlu jaħdmu mal-Gvern. Jien meta kont nismà lill-partit Laburista
fl-Oppożizzjoni kont naħseb jew ingħatajt l-impressjoni, diversi nies ingħataw
dik l-impressjoni li n-nies kollha li qegħdin fuq kuntratt prekarju taħt Gvern
Nazzjonalista kienu se jidħlu awtomatikament mal-Gvern. U kien se jkun hemm sitwazzjoni fejn dawk li
jaħdmu f’xi sptar, dawk li jaħdmu f’setturi varji, x-xogħol tagħhom ser isir full-time u ser isir full-time mal-Gvern. Minflok dan baqà ma sarx u inti taqbel miegħi
li daħħalna kwantità kbira ta’ nies mal-Gvern u dawn ikkreaw ċertu effetti. U
dawn l-effetti naħseb li tajjeb li niddiskutuhom, jiġifieri jien bħala
Oppożizzjoni nista’ nakkużak u ngħidlek: Qegħdin taħdmu fuq linja ta’ kljenteliżmu, qed taħdmu fuq linja li
ddaħħlu lin-nies tagħkom jaħdmu mal-Gvern, qegħdin taħdmu biex idaħħlu nies li
wegħedtuhom li tagħmlu din il-high up ..... Nista’ ngħidlek, Onor. Ministru, u
qed nkun ġentili fiha u isma mingħandi Ministru għax in-nies fit-triq dak li
qegħdin jgħidu ....Qed jgħidu li daħlu kwantità kbira ta’ nies jaħdmu
mal-Gvern. Issa l-istatistika dik turi,
li daħlu kwantità kbira ta’ nies jaħdmu mal-Gvern u dawk ikkreaw numru ta’
affarijiet, fosthom ikkrejaw vakum fis-settur privat. Hemm numru ta’ kumpaniji li llum l-ġurnata
sabu li diversi nies tagħhom telquhom, nies li kienu tawhom it-taħriġ, nies li
kienu ilhom jaħdmu magħhom, li draw magħhom iċaqilqu biex marru jaħdmu
mal-Gvern. Dan ħoloq vakum u ħoloq diffikultà
lil ċertu settur fl-industrija. Mhux
biss imma ħoloq ukoll ċertu żbilanċi li wieħed illum irid jara kif se
jindirizzahom. Naħseb li l-Gvern
bil-miżura li għamel vera ċaqlaq ix-xogħol, però għandi biżgħa li l-istatistika
li għandna quddiemna ma tindikax bil-preċiż x’inhi r-rata ta’ tkabbir ekonomiku
li għandna f’pajjiżna. Naħseb li tajjeb
li aħna niddiskutuha Onor. Ministru biex naraw jekk kemm-il darba din il-miżura
waslitx għal iktar ġid jew inkella għal iktar deni.
Ngħid iktar deni f’dan is-sens, fis-sens li inti għandek
numru ta’ nies ..... Onor. Ministru jien qed nipprova nkun ġenwin u nitkellem
miegħek bl-iktar mod miftuħ għax naħseb li inti bniedem tar-raġuni u tipprova
tirraġuna u anke tipprova tidħol għall-affarijiet li jridu rimedju. U wieħed irid jgħid li fis-settur privat
għandek illum sitwazzjoni fejn biċ-ċaqliq ta’ 4,000 ruħ, għandek illum
klassijiet ġodda, għandek nies ġodda, li sabu lilhom infushom jaħdmu f’mod
permanenti mal-Gvern. Naħseb li hemm
għandek ċertu alarm bells li inti
trid tara. Pereżempju fost dak li
jingħata hawnhekk fid-dokument tal-ETC, għandek il-kwestjoni tan-notification of vacancies. Fin-notification
of vacancies, jiġifieri nies li fis-settur privat qalu lill-ETC li għandhom
bżonn nies, is-sena l-oħra, skont dan il-librett, kien hemm notifikazzjoni ta’
17,052 persuna. Minn dawn, insibu li
kien biss 3,277 persuna li l-ETC sabitilhom replacement. Jiġifieri kien biss 20% tat-talba tas-suq li
l-ETC sabet għaliha.
Punt ieħor li jinkwetani, u naħseb li dan ir-rapport
qiegħed jindika, huwa dak marbut max-xogħol prekarju; l-ewwelnett għax għandek
numru ta’ part-timers li mis-sena
l-oħra għal din is-sena żdiedu. Il-part-timers żdiedu b’8%. Żdiedu wkoll bi kważi 9% il-part-timers li l-istess Korporazzjoni
qiegħda tiddikjara li huwa x-xogħol prinċipali ta’ dak li jkun. Is-sena l-oħra l-part-timers tiegħu 60,555 u dawk li issa qed iħarsu lejn il-part-timer bħala primary job tagħhom, għandek 35,000, kważi 36,000 persuna. Naħseb li dan jitlob riflessjoni u attenzjoni. Mhux biss, imma l-istess rapport jgħid:
“... the
increase in part-time employment has originated
from the female cohort of the labour force.”
Naħseb li din ir-rimarka għandha tiftħilna wkoll
għajnejna hawn ġew ta’ jekk kemm-il darba aħniex jirnexxilna nġibu nisa
mid-dinja tax-xogħol taħdem verament jew aħniex lin-nisa li qegħdin inċaqilqu
għad-dinja tax-xogħol humiex fis-settur tal-part-timer
employment.
Għandek ukoll żewġ setturi oħrajn ta’ inkwiet; għandek
is-settur tal-agrikultura, li din is-sena baqa’ nieżel u naħseb li
l-agrikultura titlob iktar attenzjoni; titlob li jkun hemm strateġija iktar
aħjar milli għandna llum. Imbagħad
għandek is-sitwazzjoni f’Għawdex.
Is-sitwazzjoni f’Għawdex nafu – minn dak li qed tgħidilna l-ETC –
stranament Malta jidher li qed jonqos l-qgħad, però Għawdex qed jiżdied. Għawdex fl-2014 minn 730 ruħ tlajna għal 765
ruħ. L-ammont mhux kbir ħafna, però
l-indikazzjoni hi li ġo Għawdex is-settur tax-xogħol mhuwiex qiegħed
jiċċaqlaq. Anke jekk l-ETC bi ħsiebha
tagħmel żewġ affarijiet; li tagħmel sezzjoni speċjali għal Għawdex u bi ħsiebha
wkoll jekk rajt tajjeb iddur il-persuni kollha li hemm jirreġistraw wieħed
wieħed, naħseb li dak jista’ jkun li mhux biżżejjed sabiex wieħed iċaqlaq
l-affarijiet. Fil-fatt ir-rapport jgħid:“a massive exercise that involves contacting all
employers in Malta and Gozo in order to ensure that the data ETC holds about
employers and the employed population is updated.” Naħseb li Għawdex jimmerita aħjar milli qed
jingħata. Naħseb li hawn, l-ETC trid
taħdem iktar milli ħadmet tul is-sena li għaddiet, biex tipprova issib iktar
xogħol milli sabet fl-aħħar żmien għal dawn in-nies.
Però, naħseb li fejn jidħol il-prekarjat,
għalkemm fil-baġit aħna rajna li kien hemm ħafna proposti biex jattakkaw
il-prekarjat, però jidher li dawn il-proposti għadhom qed isibu diffikultà biex
jiċaqilqu. Jien rajt li s-Sur Josef
Vella, tal-UĦM fit-30 ta’ April għamel dikjarazzjoni li rajtha pjuttost qawwija
u b’saħħitha, li fiha hu qiegħed jgħid li s-sitwazzjoni tal-prekarjat ma ġietx
bl-ebda mod indirizzata. Jgħid hekk: “It is still very much
an every day realty for our most vulnerable workers and what is unacceptable is
that no real effort is being made to eliminate it once and for all.” Naħseb li dak li qal is-Segretarju Ġenerali
ta’ waħda mill-ikbar unions
f’pajjiżna, timmerita attenzjoni.
Il-Ministru mhux qed jaqbel magħha; u żgur li se jikkontrobattiha, però
hawn jidwi l-punt li Segretarju Ġenerali ta’ union importanti qiegħed jgħid din il-ħaġa. Ikompli jgħid: “The UĦM calls for the
Government to take bold steps to eliminate this uncertainty once and for all by
ensuring decent working conditions for each and every worker.”
Naħseb li l-proposta tiegħu hija konkreta u
naħseb li tajjeb li jekk ma niddiskutuhiex illum, almenu l-Ministru
jikkonsidraha. Infakkar lill-Ministru li
l-UĦM qalu li tkun xi ħaġa tajba jekk kemm-il darba jkun hemm templates fuq il-portal tal-ETC; nittama li din se tiġi inkluża, sabiex meta jiġu
finalizzati kuntratti ta’ xogħol, dawn awtomatikament jiġu reġistrati mal-ETC,
u allura dak l-impjegat ikun ċert mill-kundizzjonijiet li hu jkollu quddiemu.
Ministru, naħseb li hawn ġew naraw dinja, u
ċertu drabi meta wieħed isir ministru, jara dinja oħra. Però, hemm din l-għajta hemm barra li hemm
ħafna nies fil-prekarjat. Hemm nies li
għandhom kundizzjonijiet ta’ xogħol li mhumiex tajbin. Dalgħodu stess qiegħed għaddej fix-xogħol
tiegħi sejjer lejn il-qorti; waqqafni wieħed u qalli: "Aqbeż għalina, għax
qegħdin f’kuntratt ta’ sitt xhur, sitt xhur; araw x’se tagħmlu inthom
fil-Parlament! Ċaqilquhom
l-affarijiet!." Jien inħossni fid-dmir li
nressaqlek dawn l-affarijiet għal konsiderazzjoni tiegħek. Inti Ministru li żgur li tħoss il-polz
tal-ħaddiem. Jien inħossu l-polz
tal-ħaddiem! Jien nittama li l-għeruq
xellugin tiegħek terġa’ tmur lura lejnhom Marx, Lenin Rosa Luxemburg. Jien mhux se nsemmilek lil Aldo Moro jew lil Giuseppe Dossetti, għax inti tieħu
għalik! Però, inħeġġek sabiex tagħmel
din il-ħaġa. Jien naħseb hawn li l-ETC
għandha opportunità. Jien ma nippretendix li l-ETC trid issib
ix-xogħol għal kulħadd f’dan il-pajjiż; fis-sens li kull min għandu bżonn
ix-xogħol irid bilfors imur għand l-ETC għax inkella ma jistax isib ix-xogħol. Però, naħseb li l-ETC għandha bżonn tagħmel
iktar investiment f’dak li huwa taħriġ.
Hemm ħafna setturi li m’aħniex qegħdin nindirizzaw biżżejjed. Waħda mir-rimarki li hawn fil-paġna 25, li
jagħmel referenza għaliha l-Onor. Charles Mangion hija “The general perception
of ETC today maybe that it is a national employment mediator/recruiter that has
not kept up with the times.”
This is a very bold statement. Tajjeb, però li għandek illum setturi ta’
ħaddiema vulnerabbli: dawn fil-prekarjat, in-nisa, u għandek ukoll settur ieħor
- li rrid insemmi hawn għax ma jingħatax biżżejjed importanza – ta’ nies li
minkejja laħqu l-età tal-pensjoni, xorta waħda baqgħu parti mill-cohort tad-dinja tax-xogħol. Naħseb li pajjiżna, għandu bżonn li jkollu cohort iktar qawwi ta’ nies! Hemm bżonn li aħna nagħtu iktar taħriġ! Li l-edukazzjoni u x-xogħol qegħdin taħt
l-istess ras u għandha l-istess direzzjoni hija ħaġa tajba. Però naħseb li m’aħniex qegħdin naraw
l-affarijiet biżżejjed tajjeb. X’viżjoni
qed jibni l-Gvern? X’irid jimponi hu bħala role player fis-soċjetà?
Ministru, inti żgur taqbel bħali li l-politiku għandu jibqa’ l-persuna
li tkun katalist u li jkun hu li joħroġ bl-ideat. Dan huwa settur verament importanti li jsir,
għar-raġuni li qed naraw li bl-industrija, b’nies varji, dak li qed jiġri barra
minn Malta, hemm il-ħsieb li dan huwa settur fejn dak li hemm demand għalih aħna niċċaqilqu u mhux
neċċessarjament li aħna bħala pajjiż inħarsu ‘l quddiem u naħsbu iktar f’dak li
rridu nagħmlu. Nisimgħu b’ħafna training programs għan-nies. Huma tajbin it-training programs; però dawn it-training programs qegħdin jagħtu l-frott li aħna nixtiequ, jew
il-frott li aħna nippretendu li għandhom?
Waħda mill-għodda li għandha l-ETC għad-dispożizzjoni tagħha hawn
għar-riflessjoni u jien ngħid bis-Sur Philip Rizzo, l-Bord tad-Diretturi li ġew
magħżula; għandna illum opportunitajiet li nifhmu d-dinja tax-xogħol fejn qed
tmur. Ministru, jien pereżempju bqajt
skantat kif staqsejtek domanda parlamentari dwar is-sehem tal-ETC jew
tal-Ministeru tiegħek mal-International Labour Organisation (ILO). I don’t
want to be labor the point. Għalija
kienet stramba li s-sena l-oħra ħadd mill-Ministeru tiegħek jew mill-ETC ...
Ministeru ieħor? Dawn x’metodi
huma? Mela l-ILO taf kemm hemm rapporti
tajbin? Għadhom kif ħarġu rapport fid-19
ta’ Mejju: World Employment and Social Outlook: The Changing nature of
jobs. ILO warns of whitespread insecurity in the global labour market. Ministru, naħseb li anke jekk mintiex
il-Ministru ... Hawnhekk ġejna kritikati mill-Oppożizzjoni
fuq kif aħna l-Kap tagħna għamel it-team,
imbagħad aħna qegħdin inħajjrin biex nagħmlu l-kritika lilkom fuq dawn
il-metodi ta’ kif tagħmel l-affarijiet.
Jekk inti l-Ministru għax-xogħol, l-ILO almenu nies tal-ETC għandhom
ikunu jafu x’inhuwa jiġri ġod-dinja tal-ILO.
Jien nistiednek biex taqrah dan ir-rapport. (Interruzzjonijiet) Iktar u iktar nippretendi iktar mingħandek
jekk kemm-il darba inti hawn qed tiddikjara li qrajtu! Almenu taf kemm fih faċċati? Jien qed nappella għas-serjetà, li hemm diġà know how, hemm expertese, li aħna nistgħu nużaw.
Hawnhekk, f’dan ir-rapport, hemm spezzetat il-ħaddiem x’inhuwa jieħu
fid-dinja tax-xogħol lura d-dar miegħu; x’inhuma l-pitfalls li hemm; x’inhuma d-diffikultajiet li qed jemerġu. Naħseb li hawnhekk inti għandek timxi ftit
biex iċċaqlaq iktar mod intelliġenti l-ETC biex ma tibqax tagħmel ċertu
affarijiet li kienu isiru u jibqgħu jsiru bl-istess mod. Wieħed iħares ukoll lejn x’tip ta’ korsijiet
aħna qegħdin nagħmlu; u x’tip ta’ nies qegħdin inġibu biex jagħmlu ċertu
korsijiet. Naħseb li hemmhekk għandna
lok li fih aħna nkunu nistgħu naħdmu ferm aħjar milli qegħdin naħdmu llum.
Hemm punti oħrajn li jinkwetawni u nixtieqek ukoll
fir-replika tiegħek, tgħidilna sewwa sew kemm persuni nqatgħu
mir-reġistrar. Fix-xenarju ta’ dan kollu
għandek numru ta’ fatturi li trid tieħu in konsiderazzjoni. Onor. Ministru, reċentament inti weġibt
domanda parlamentari tal-Onor. Charlò Bonnici li fih l-Onor. Charlò Bonnici
staqsiet kemm hawn third country
nationals li jaħdmu legalment hawn Malta.
Fid-diskors inizjali, għamilt aċċenn għalih. Għamilt aċċenn li hawn madwar 100
persuna. Però, meta tara l-istatistika
li inti preżentajt issib li fil-pajjiż hawn 6,112 persuna li huma parti mill-cohort ta’ nies li qegħdin jaħdmu
fid-dinja tax-xogħol. Kemm sewwa sew
nies inqatgħu minn fuq ir-reġistrar?
Għaliex? Għax qisu hawn tlett
verżjoni. Hawn verżjoni paġna 4, li fih
qegħdin ngħidu li 1,020 persons for
registry for work dropped; tnaqqis ta’ 1,150 registered unemployed in Malta decreased b’dan il-mod. Imbagħad, f’paġna 14, għandek 1,700. Imbagħad għamiltlek domanda parlamentari
speċifika fuqha din, u għidt li hemm 518.
Naħseb li l-istatistika turi li żdied l-ammont ta’ nies li qegħdin
jaħdmu full-time u n-nies li qed
jaħdmu part-time. Però għar-rigward tal-qgħad għandek din
il-pinzelleta ta’ tnaqqis ta’ nies li qed isiru għax jaqtgħuhom barra
mir-reġistrar. Allura għandek 4,000 li
daħlu jaħdmu mal-Gvern, u għandek madwar 1,000 ruħ ieħor li nqatgħu minn fuq
ir-reġistrar. Qed nitkellmu fuq madwar
5,000 u 6,000 ruħ. Xorta waħda qegħdin
nirreġistraw li għalkemm hemm tnaqqis fin-numru ta’ nies qiegħda, xorta meta
tgħaqqad dan il-figuri, ssib li n-nies qegħda, meta tarahom, tara li
effettivament żdiedu. Naħseb li
l-Ministru jrid ukoll jaralna ftit fuqha din tal-ħaddiema barranin. Ngħid li jrid jaralna ftit fuq il-ħaddiema
barranin għax stranament, jew biex ngħidu hekk, parti importanti
mid-diskussjoni hija dak li hemm f’paġna 15 fejn hawn li s-sena li għaddiet,
mill-inspections li naħseb li għamlu
l-ETC, mhux il-Ministeru l-ieħor, kien hemm employment
of unlicensed foreigners minn 130 fis-2013 telgħu għal 734. Il-Ministru jista’ jgħidli: isma’, inti xi
trid tgerger; qed nagħmlu iktar xogħol minn qabel? Naħseb Ministru, li issa għandek numru ta’
nies li ġew mill-Ewropa biex jaħdmu f’pajjiżna
... L-għaqdiet mhux governattivi
li jaħdmu fis-settur tal-immigrazzjoni irregolari jgħidulek li f’pajjiżna ġew
iktar persuni, ħaddiema mill-Italja hawn Malta.
Iva, imma issa għandek din l-istatistika Ministru ...
Ministru, nixtieq li nagħmlu dan id-dibattitu biex ikun dibattitu ...
Hawn għandek 734 ruħ li għad-differenza tas-sena ta’ qabel fejn kien hemm 130. Taf x’qed ngħidu? 600 ruħ li
instabu jaħdmu mingħajr ma għandhom il-ktieb tax-xogħol li huma barranin! (Interruzzjonijiet) Le, mhumiex EU nationals.
(Interruzzjonijiet) Għidtlek li
immigranti irregolari Ministru! Jien qed
ngħidlek li hawn għandek diġà 6,000 ruħ li qegħdin jaħdmu; barra minn dan
żdiedlek 700 ruħ li huma fattur li wieħed irid jara x’inhuwa jiġri fid-dinja
tax-xogħol! Bil-vacuum li ġie kreat bl-4,000 ruħ li ċċaqilqu mal-Gvern hemm ċertu
konsegwenzi. Jien qed ngħid dan; issa
inti kkontrabatti u għid li ... Ministru, inti għandek f’idejk l-istatistika
kollha. Jien għandi parti
mill-istatistika li ġiet għad-dispożizzjoni tiegħi. Għandek ukoll affarijiet li lili okruli
għajnejja. Pereżempju, f’paġna 13
għandek: a total of 31,000 job seeking registration took place during 2014.
Imbagħad ikompli jgħid: in total 18,399 job seekers (unique) use the
registration services, 5,627 of these were new services users.
Minnhom dawn ifisser li għandek kważi 13,000 li huma old services users. Naħseb
li dik hija indikazzjoni li x-xogħol tat-taħriġ li qiegħed isir
fil-Korporazzjoni jrid li jkollu tibdil ‘l quddiem, ċaqliq ‘l quddiem sabiex ma
jkollnix dan il-kwantità kbira ta’ nies, għalkemm mid-domanda parlamentari li
għadni kif għamiltlek jiena, jidher li hemm kwantità kbira ta’ nies li qegħdin
jirreġistraw għax-xogħol u dan fil-ġdid, hemm 18,000 jew 19,000 persuna li
fil-bidu ta’ din is-sena bdew jirreġistraw.
Jien ngħid li diversi nies daħlu jirreġistraw taħt Part 1 jew Part 2
bit-tama li jidħlu jaħdmu mal-Gvern.
Nittama li dak li qed ngħid jien huwa assolutament ħażin. Però żgur mhux forsi li rnexxielkom toħolqu
din il-leblieba għall-persuni li jridu jidħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol imma
jidħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol meta jridu jaħdmu direttament
mal-Gvern.
Ħadt pjaċir nara dak li qed isir fil-matching, jiġifieri
li qegħdin tipprovaw ġġibhom sistemi minnbarra, dan il-Flemish Public
Employment Service li inti semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħek, li jidher
msarraf però naħseb li wieħed ukoll irid ikun realistiku u jgħid ukoll Ministru
li l-proposta tal-mature workers rule
scheme ma ħadmitx. Issa x’inhi r-raġuni wieħed irid
jiddiskutiha, wieħed irid jidħol ftit fil-fond tagħha, però meta inti qiegħed
tiddikjara fil-paġna 16: “Does employers benefit to ...value of 5,800 per annum, employers are also
eligible for further tax reductions.
However the Corporation only received 62 applications for such
employment incentive of which only 9 were eligible.”
U naħseb li hemm Onor. Ministru tajjeb li niddiskutuha u
naraw jekk kemm-il darba l-Mature Worker Rule Scheme li ħarġet fil-baġit 2014
hijiex magħmula tajba jew hijiex magħmula waħda li ċċaqlaq l-affarijiet ‘l
quddiem. Li hawn verament interessanti
hawn hija li dak li ġie maħluq minn Gvern Nazzjonalista qabel, jiġfieri
l-Community Work Scheme ħadmet u d-diversi affarijiet li saru minn Gvern
Nazzjonalista ħadmu. U naħseb li għal dik l-amministrazzjoni qed nirreferu meta
f’paġna 16 hawn miktub:
During 2014 at total of 1,407 persons participated in the Community Work
Scheme that had been treated by the earlier administration.
Nimmaġina “earlier
administration” hija nationalist administration għax jista’ jkun
earlier ta’ xi ħaddieħor li kien qiegħed
fil-Korporazjoni.
(Interruzzjonijiet) Ma nafx
għalfejn semmejtuha b’dan il-mod.
Għandek ukoll – toqgħodx tieħu għalik Ministru, jien bi
spirtu tajjeb qiegħed nitkellem - l-Employment Aid Programm li fortunatament
baqà jaħdem tajjeb u għandek t-Training
Aid Framework u Training Aid Framework 2 redesigned
li qiegħed ukoll ssarraf tajjeb u naħseb l-Korporazzjoni għamlet sewwa li timxi
aktar ‘l quddiem fiha.
Għar-rigward tad-diżabilità tkellem sija l-Onor. Robert
Cutajar u l-Onor. Stephen Spiteri però naħseb li hemm settur ieħor li l-ETC
trid tagħti kasu li hu dak tal-persuni li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’
Kordin. Hemmhekk naħseb li l-fatt li rajna 77 persuna naħseb li huwa tajjeb,
però Ministru hemm bżonn xprunatura aktar .....Se ngħidlek, hemmhekk hemm
il-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi, li tagħti kwantità kbira ta’ għodda ġodda li
hemm bżonn li jitħaddem. Issa naf
id-diffikultajiet, naf l-komplikazzjonijiet però hemm bżonn li jkun hemm drive.
Jien nippretendi li jkun hemm dik id-drive
biex din il-ħaġa ssir u ssir tajjeb. U
allura Ministru l-ġudizzju tagħna rigward l-ETC huwa ġenerikament mhux negattiv
però nippretendu li jsiru affarijiet oħrajn u aħna bħala Oppożizzjoni se
nitolbu li jsiru affarijiet oħrajn.
Però hemm punti oħrajn ukoll li ħarġu fl-accounts li tajjeb li wieħed
jikkontrollahom. Pereżempju, ma nistax
nifhem għala din iż-żieda daqshekk qawwija fl-office supplies. L-office
supplies minn €90,000 nfieq fis-sena 2013 li aħna konna qed naħsbu li kienu
ta’ ċertu ammont is-sena l-oħra telgħu għal €120,000, jiġifieri żieda ta’
35%. L-istess għal dak li jirrigwarda marketing and advertising u dan forsi
jista’ jkun ġustifikat għax hemm bżonn li jsir iktar reklamar biex nies
jitħajjru jidħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mas-settur privat milli joqogħdu
jistennew li jidħlu jaħdmu mal-Gvern.
L-istess għar-rigward travelling
and accomodation u stranament ukoll l-legal
and professional nittama li mhux
biss legal imma anke l-professional hemm xi raġuni partikolari
li s-sena li għaddiet rajna żieda ta’ minn €83,900 għal €145,000, jiġifieri
żieda ta’ €61,000. Naħseb li dawn jekk
huma ġustifikati tant aħjar, però naħseb li wieħed tajjeb li jdurhom u jara
ftit l-affarijiet kif inhuma.
Jien Ministru ninkwieta ftit ruħi f’dak li qed jiġri
fis-settur tax-xogħol. Kellimtek rigward
il-kwestjoni tal-prekarjat però hemm ukoll settur li ma nafx jekk jaqax taħtek
jew le. Fis-sens tifhimnix ħażin, għax
impustajtha ħażin ....Almenu l-kwestjoni ta’ dak li qed jħossu ċertu ħaddiema
għar-rigward ċertu diskriminazzjoni.
Issa jien mhux se ngħid diskriminazzjoni fl-ETC, se ngħid
diskriminazzjoni madwar is-settur pubbliku b’mod partikolari. U mhux se ngħid diskriminazzjoni bejn dawk li
huma ttimbrati politikament mod jew ttimbrati politikament mod ieħor. Però hemm llum kwantità kbira ta’ lmenti ta’
nies li huma mill-Partit Laburista stess li qed jiġu jitkellmu u jgħidulna bin-nuqqasijiet
li qed isiru fil-konfront tagħhom, ta’ nies li jiġu pparkjati f'mkien
partikolari, li ma jingħatax xogħol, li jitħallew on the way side li naħseb inti bħala Ministru għedtilna llum li
tixtieq tara etika tal-bżulija.
Nassigurak Ministru li għandek kwantità kbira ta’ ħaddiema li jridu
jaħdmu li sfortuntament minħabba fl-ittimbrar żgħir tal-moħħ żgħir ta’ ċerti
nies fiċ-Ċivil qed jitwarrbu ‘l hemm u ‘l hawn.
Jien li nista’ ngħidlek u nista’ naħilfu dan, li kulmin kien miegħi
ħadem kien x’kien u ppruvajt nsiblu r-role partikolari tiegħu biex iħossu li
jista’ jagħti s-sehem tiegħu. Nemmen u
nittama li inti .... (Interruzzjonijiet) .... Ministru, ma ridtx qisni daħħalt
subgħajja fil-ferita. Almenu, ismagħni
Ministru, almenu jkun hemm d-diskussjoni interna fil-Gvern biex din il-ħaġa kemm
jista’ jkun tiġi ridotta. Dawn huma nies
li tiltaqà magħhom Ministru, nassigurak li dan m’aħniex nivvintawh, issa jekk
kemm-il darba intom din il-ħaġa ma tixtiequx tisimgħuha aħna ma ngħiduhiex. Però ismagħni Onor. Ministru .... Le,
m’għedtlekx hekk, anzi għedtlek fil-bidu nett, inti ma tkunx qed tismagħni
kompletament dak li nkun qed ngħidlek.
Inti smajtni biss meta faħħartek fuq ix-xellug u fuq Marx u fuq Lenin u fuq din il-ħaġa .... Jien naħseb .... (Interruzzjonijiet) inti fil-konfront tiegħek, naħseb m’għandekx
bżonn hearing aid.
Jien nagħlaq billi ngħid, isma’ aħna niedħu pjaċir li
l-korporazzjoni timxi aktar ‘l quddiem, nħarsu ‘l quddiem li tilħaq il-mira
tagħha li qed tgħid hi li tasal lejn dak li trid is-soċjetà Maltija u ma
nippretendux l-mirakli, però nippretendu li jkun hemm iktar korpi ta’ taħriġ,
iktar taħriġ ġdid differenti milli aħna kellna qabel. Nirringrazzjak u nawgura li s-sena li ġejja
jkun hemm suċċess lluminat tajjeb.
Grazzi.