Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
9.12.25
FIT-TRIQ IT-TAJBA
Fejn jinsab il-poter
2. Min għandu r-responsabbiltà politika li qed nitkellmu fuqha għandu jagħraf li huwa mxekkel, naturalment, minn numru ta’ raġunijiet. B’dak li huwa mdawwar, bl-unuri, bil-pompa, bil-parati, ċerimonjali varji, bis-sigurtà li trid tipproteġih, bil-ħajja differenti, jaf iktar jagħraf li jrid jikkumbatti kontra l-irrealtà tal-pożizzjoni. Min għandu l-poter f’idejh jispiċċa ‘neċessarjament’ maqtugħ mill-ħajja normali tal-bnedmin fl-attivitajiet soċjali tagħhom. Anzi aktar ma huma kbar il-poteri, aktar isib ostakli f’dak li jaħseb li hija triqtu. Isib ruħu jikkumbatti l-fatt li biċċa biċċa qegħda titnaqqaslu l-konoxxenza tad-dinja li hemm madwaru. Dik li l-fatti veri mhumiex iktar għad-dispożizzjoni tiegħu. F’dan hemm min jaħseb li l-poter veru li jibdel mhuwiex fil-ministeri varji imma fil-kurrenti ta’ ideat spiritwali u materjali li jkunu qegħdin iċaqalqu s-soċjetà.
Viċin il-poplu
3. Iktar u iktar meta nagħrfu li l-istatistika li tipprova tiġbor il-fatti veri għandha l-fallaċji tagħha. Il-marġini ta’ żball u l-varjetà li jibdlu kollox ’il fuq jew ’l isfel jitqegħdu fil-ġenb u wieħed jipprova jikkonċentra fuq dak li jidher li qiegħed jagħmel sens fil-massa ta’ informazzjoni. Mhux biss, imma dawk li jiġbru d-data jużaw sistemi differenti u jiltaqgħu ma’ bnedmin differenti li minnhom joħorġu direzzjonijiet daqshekk ieħor varji. Il-bniedem, jagħmel x’jagħmel, jaf li għandu diffikultà biex jidentifika l-pożizzjoni vera sħiħa. Iktar u iktar min qiegħed fil-poter, li jrid iżomm lill-poplu jaħseb li huwa għandu l-istampa ċara quddiemu u li allura ‘kapaċi’ jagħmel id-deċiżjonijiet it-tajba għal kulħadd. Storja li min qiegħed fil-poter isib li jrid isostni, anki jekk f’qalbu mhuwiex daqshekk konvint dwarha. Imma r-realtà, jingħad x’jingħad dwarha, hija proprju li kull min qiegħed fil-poter politiku jrid jaġixxi fil-parametri u l-limitazzjonijiet ta’ din il-pożizzjoni.
Wieħed jammira
4. Proprju f’dan wieħed irid jammira dak li qiegħed indirettament isir biex il-linja tiġi ddrittatha. L-iktar mill-gazzetti li fil-limitazzjonijiet ekonomiċi u l-kumplikazzjonijiet li għandhom biex joperaw qegħdin iżommu kuntatt dirett mal-poplu. L-istħarriġ tal-opinjonijiet li jsir kontinwament huwa eżerċizzju demokratiku li jisfida l-illużjoni li ħaddieħor irid. Anzi qiegħed ikun ta’ kontroll fuq il-partiti politiċi sabiex jibdlu dak li l-elettorat li jirrappreżentaw irid mingħandhom. Mhux biss, imma f’dan id-domanda li ssir, avolja hija kundizzjonata fil-konformitajiet tagħha, hija xorta ċertament utli u tiftaħ l-għajnejn. Ngħid kundizzjonata għax hija bażata mhux f’dak li l-poplu jrid jesprimi bħala opinjoni, jew messaġġ lejn min imexxih li jiġi identifikat b’kuntatt dirett ma’ dawk li jivvutaw, imma f’forom ta’ kunċetti pre-stabbiliti, inkella aqwa, Brusseljani.
Proprju fuq dan
5. Proprju fuq dan li l-politiċi f’pajjiżna jridu jimxu. Jifhmu l-arti vera tal-politika li tirrappreżenta l-volontà popolari. Limitazzjoni li hija iktar diffiċli fil-‘kumdità’ apparenti li tħalli lir-Raba’ Pilastru lura milli jeżerċita kif għandu l-mestier tiegħu, fejn f’dan hemm inqas ‘fatti’ u opinjonijiet bażati fuq il-ħajja li huma għad-dispożizzjoni. Sfortunatament, f’dawn l-aħħar xhur ir-reazzjonijiet politiċi jistgħu faċilment jiġu identifikati minn fejn ġejjin u għaliex iktar fejn jaħsbu li sejrin fuq deċiżjonijiet meħuda fuq parti mill-fatti. Iktar u iktar mill-kumplikazzjonijiet inutili li daħħal il-Gvern stess fuq jekk għandux jew jekk huwiex ser imur għal elezzjoni ġenerali qabel żmienha. Sqaq dejjaq li daħħal lilu nnifsu fih u li wieħed jifhem għala hemm min issa, f’din is-sitwazzjoni, irid joħorġu minnu malajr. Proprju għax l-indikazzjoni hija dejjem li jekk il-Partit Laburista jmur għall-elezzjoni qabel, allura għandu problemi interni jew qed jaħbi oħrajn li jafhom hu biss. Iktar u iktar fl-isfond evidenti li bil-limitazzjonijiet tal-istħarriġ hemm ċar li l-vot sejjer, biċċa biċċa, kontra l-Gvern. Il-bażi elettorali għalih qegħda titnaqqas u tittiekel. Wara din it-tielet leġislatura, il-poplu qiegħed inaqqaslu mill-appoġġ, u f’dak li huwa evidenti, din id-darba fir-referendum elettorali ser ikun hemm prinċipalment id-domanda jekk il-Gvern għandux jibqa’ hemm.
Proċess inevitabbli
6. F’dan iktar hemm l-għarfien li fil-pajjiż hawn għatx kbir għall-politika ta’ sustanza. Il-Gvern qiegħed jipprova juri li għadu mimli b’vitalità ta’ ideat u viżjoni mmexxi minn dawk li jafu, imma fil-fatt il-poter ġieb iktar il-politika li fiha huwa importanti kif tamministra, iktar milli kif tħares lejn proġetti futuri. Illimitata iktar sabiex ma turtax u tibqa’ żżomm f’postha l-maġġoranza li bnejt fuq il-kunċett tal-alleanza tal-affluwenti. Hemm forom ta’ konsolidazzjoni fil-konservattiviżmu li qiegħed jemerġi. Sfida iktar diffiċli proprju għax it-tastieri li ġew magħfusa qabel kontra l-Partit Nazzjonalista llum m’għadhomx applikabbli iktar. Sija għax il-pajjiż xeba’ minn dik ir-retorika, kif ukoll għall-fatt li hemm bidliet fil-Partit. F’dan hemm min għadu jaħseb li hija biss l-immaġini, il-paraventu li jgħoddu fil-politika tagħna. Sempliċi attività jew ritratti kommoventi, imma l-verità hija l-kontra. Hija s-sustanza politika fl-ideat u fil-kunċetti li hemm sejħa u karba elettorali għaliha. Dik hija li tagħmel il-ħidma u tfassal it-tmexxija tal-Istat fit-triq it-tajba.
KIF ISSIR IL-POLITIKA
Tfittex
2. F’dan huwa proċess ta’ tfittxija sabiex wieħed jifhem aħjar dak li seħħ, u iktar, dak li fil-fatt qiegħed jiġri quddiemek. Dak li tara, tisma’ u taqra tipprova tagħtih spjegazzjoni loġika u umana. Dan iktar f’dak li jwettqu dawk li għandhom il-poter f’idejhom. Anzi f’demokrazija l-lezzjoni ċara li huma dawk li għandhom ir-responsabbiltà tat-tmexxija tal-poter tal-Istat. Mhux dominanza, imma servizz. F’dan rajt u qrajt dwar dan is-suġġett. Nibqa’ nemmen li apparti l-fatt li s-suġġett jinteressani sew, hija parti minn dmirijieti bħala deputat li nibqa’ naqra u nsegwi. Dak li jaħsbu li għandhom ideat ċari fuq kollox isibu li dan mhuwiex minnu. Trid tifhem, u tibdel. Tibni mill-ġdid u tirfina wkoll dak li taħseb u dak li tara li huwa l-aħjar fis-soċjetà li għandna.
Kif issir aħjar
3. Il-proġett kostanti huwa u għandu jibqa’ jkun għalina kif wieħed jista’ jgħin sabiex ikun jista’ jaġixxi biex il-poplu jgħix f’dinja aħjar. Hemm min jaħseb li dan jista’ jwettqu bi proġetti kbar li fihom kulħadd irid jieqaf jammirah jew jitkellem dwaru. Dak li dawn jaħsbu li ser inaqqaxhom fl-eternità storika, fejn kulħadd irid jirrikonoxxi ħidmietu. Fil-fatt, l-esperjenza kostanti turi li huma passi ferm iżgħar li jagħmlu d-differenza. Anki jekk dawn ma jingħatawx importanza pubblika, xorta ħaqqhom isiru, għax jibdlu verament. Mhux biss, imma meta tħares lejn l-istorja tal-bniedem tifhem iktar kemm dan huwa minnu u l-proġetti l-kbar, apparti milli jieħdu żmienhom biex isiru, mhux dejjem jispiċċaw minn dawk li jibdewhom.
Bnedmin varji
4. F’dan sibtni naqra l-ktieb tal-istoriku u politiku Taljan Pietro Melograni (1930-2012). Bniedem interessanti ħafna. Beda l-karriera politika tiegħu fi ħdan il-Partit Komunista Taljan fl-1949. Dan sakemm fl-1956, bir-repressjoni Sovjetika fl-Ungerija u bħala firmatarju tal-Manifest tal-101 kontra dan, minħabba l-pożizzjoni li kien ħa l-istess Partit, irriżenja. Wara għamel tletin sena fid-dinja akkademika, jistudja u jikteb b’mod partikolari dwar erba’ suġġetti. L-ewwel, il-politika tul l-ewwel gwerra dinjija; it-tieni, l-Faxxiżmu; it-tielet, il-Komuniżmu; u r-raba’, numru ta’ kompożituri. Qara sew diversi dokumenti u kitbietu huma minjiera analitika ta’ informazzjoni li ftit qraw jew kollhom aċċess għalihom. Iktar interessati li fl-1996 ġie elett fil-lista indipendenti ta’ Forza Italia, il-partit fiċ-ċentru lemin ta’ Silvio Berlusconi (1936-2023).
Kotba
5. Għalhekk huwa fil-fatt ripositorju ta’ informazzjoni u esperjenzi diretti ħafna. Dawk li jittrasmetti aktar proprju għax il-kitba tiegħu hija mmexxija minn pinna tajba ħafna u ma tixbax jew tieqaf taqrah. F’dan iktar, però, hemm tlieta partikolari li laqtuna. L-ewwel Storia politica della Grande Guerra (1969); it-tieni, Saggio sui Potenti (1977); u t-tielet, Fascismo, Comunismo e Rivoluzione Industriale (1984). F’dawn il-jiem ikkonċentrajt iktar u qrajt Saggio sui Potenti. Ktieb li jimmerita attenzjoni partikolari għax jeżamina analitikament dak li wettqu diversi mexxejja fl-istorja. Jibda mill-illużjoni li diversi jikkontivaw li d-dinja tibda u tispiċċa magħhom. Jitkellem fuq l-injoranza tagħhom, fuq il-poter tal-ekonomija magħhom u fuqhom u l-fissazzjoni li jibnu palazzi u monumenti li jibqgħu xiehda warajhom tal-kobor tagħhom.
Spjegazzjoni
6. Il-linja kontinwa tal-awtur hija dik li quddiem id-debbulizzi u d-difetti li kellhom diversi mexxejja jidentifika, jispjega u f’ħafna jipprova jsib u jifhem xi jmexxi l-istorja tad-dinja. Fil-fatt, il-ktieb huwa proċess politiku lil diversi, kif ukoll kontra l-ideat li ssoltu jakkumpanjaw lil dawk ikkunsidrati kapijiet. Il-ktieb jiftaħ hekk: “Gli uomini, infatti, divinizzano troppo spesso il potere. Attribuiscono ai capi una facoltà pressoché illimitata di modificare la storia del mondo. Immaginano che i governanti esercitino un pieno controllo sulla politica, sull’economia, sulle burocrazie, sugli apparati militari. Ma si ingannano. La realtà del potere è diversa dalle apparenze.” (Il-bnedmin, fil-fatt, wisq drabi jqegħdu fuq pedestall il-poter. Ħafna drabi jagħtu lill-kapijiet poter illimitat li bih jibdlu l-istorja tad-dinja. Jimmaġinaw li l-governanti għandhom poter mingħajr limitu fuq il-politika, l-ekonomija, il-burokrazija u fuq il-militar. Imma jidħku bihom infushom. Ir-realtà tal-poter hija kompletament differenti mill-apparenzi.)
Punt
7. Difatti dawn huma punti li ssibhom magħna llum. L-awtur ikompli fuq din it-tema u jkompli hekk: “Il potere risiede fuori dai palazzi dei capi, nelle grandi forze spirituali e materiali che si agitano nelle società.” (Il-poter qiegħed barra mill-palazzi tal-kapijiet, imma fil-forzi kbar spiritwali u materjali li jċaqilqu s-soċjetà.) U jżid: “Questa realtà stenta a essere conosciuta poiché la grande maggioranza degli uomini vuole essere ingannata sulla natura del potere.” (Din il-verità ftit hija magħrufa billi l-maġġoranza kbira tal-bnedmin iridu jiġu ngannati fuq in-natura vera tal-poter.) L-awtur ma jaffermax biss dan imma wara jgħaddi sabiex janalizza dak li wettqu diversi mexxejja bħal Stalin, Hitler u Mussolini. Minnhom wieħed jifhem iktar kemm jekk m’għandux raġun fis-sħiħ għandu punt mill-iktar validu ta’ kif issir il-politika.
IŻ-ŻMIEN LI ĠEJ
Mess magħha
2. F’dan huwa indikattiv li tul din il-ġimgħa l-Gvern, fl-aġenda parlamentari tiegħu, għażel li jkollna dibattitu fuq il-liġi li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu magħha. Suġġett politiku ‘newtralissimu’ li wħud daħlu biex jesprimu approvazzjoni għalih. Għax għalkemm l-abbozz seta’ kien ippreparat aħjar u seta’ wkoll ikun hemm diskussjoni mal-Oppożizzjoni dwaru, xorta bażikament hemm punti ta’ konverġenza f’li tiddikjara s-27 ta’ Diċembru bħala l-Jum li fih għandna nfakkru u niċċelebraw l-Innu Nazzjonali tagħna. Dak l-Innu li ilu jindaqq mill-1922 b’saħħa u identità nazzjonali. Kif l-istess il-kwistjoni tad-dikjarazzjoni tal-Belt Valletta bħala l-belt kapitali tal-pajjiż. It-tnejn fil-Kostituzzjoni tagħna u li għalihom hemm qbil.
Jekk kellhiex
3. Indipendentement jekk kellhiex issir jew le, issa huwa ċar li l-Gvern fehem li għandu bżonn jibdel l-aġenda nazzjonali. Dan fid-dawl tal-fatt li l-kampanja ndirizzata sabiex tindika l-Budget bħala l-aqwa u l-aħjar li qatt sar, u għalhekk mument ta’ ċelebrazzjoni, ma rnexxietx wisq. Punt li jrid jingħad kull sena, jiġi pruvat u daqqa għal raġuni u daqqa għal oħra, imut wara ftit jiem. Din id-darba wara ġimgħa, proprju għax il-Gvern stess aġixxa sabiex involontarjament jibdel huwa stess l-aġenda. Iktar u iktar b’imġieba ta’ bnedmin fil-poter li mhumiex id f’id ma’ dak mistenni minnhom. Imma, kif nafu, kull gvern jaħseb li jista’ jikkontrolla kollox, inkluż dak li jaħsbu l-bnedmin. Għax huwa hekk, dħalna f’din il-fażi differenti, forsi inqas konfrontattiva, li hija sinjal ta’ direzzjoni li wieħed għandu jżomm quddiemu, nittamaw għall-futur.
Ċpar politiku
4. Ħafna mumenti, fid-dibattitu qawwi li jsegwi fuq ħwejjeġ li fil-verità huma trivjali, u dan fis-sens li m’għandhomx effett fuq il-ħajja tal-bnedmin fuq dawn il-gżejjer, iqum it-trab. Dak li ma jħallix lil kulħadd iħares ’il quddiem u jifhem x’inhuma l-isfidi li s-soċjetà tmiss magħhom. Mentri meta d-diskussjoni ssir b’mod iktar viċin iċ-ċiviltà u l-użu tar-raġuni oġġettiv, l-arja tiċċara. Dan, f’moħħ uħud, daqqa jaqbel lill-Gvern u daqqa le. Imma dejjem jaqbel lill-poplu, li jsir jaf il-fatti u jkun kapaċi jifhem u jqis dak li huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sitwazzjoni. L-Oppożizzjoni ngħid li wkoll għandu jkollha iktar interess li jkun hemm djalogu politiku u li dan isir fil-qies tad-demokrazija. Użu tal-moderazzjoni, u f’dan proċess sabiex wieħed jifhem iktar il-pożizzjoni vera tal-affarijiet, il-fatti konkreti li l-Istat ma jiddikjarax.
Waqt li niġbru
5. F’dan, wieħed irid jifhem iktar l-arja politika u soċjali preżenti. Dan iktar fil-linja li kif inbena lura fis-snin, ser isiru numru ta’ ġabriet intenzjonati sabiex jgħinu lil dawk li jinsabu fi stat inqas minn oħrajn. Dawk li l-Istat Soċjali tagħna, bil-kumplikazzjonijiet tiegħu, ma jilħaqx. Dawk li ma jissemmewx imma li jinsabu hemm. Dawk li huma moħbija għax hekk iridu, jew inkella għax ħadd ma jidentifikahom salv dawk li jsibu lil min iħabbat il-bibien tagħhom. Anki jekk m’hemmx il-figuri ċari, u anki jekk hemm miljuni vvutati, xorta hemm bnedmin li jsibu li jridu jikkumbattu iktar minn oħrajn biex jgħixu jew biex ikollhom forma ta’ dinjità fl-eżistenza tagħhom. Huwa pass iktar ’il quddiem fl-iżvilupp tal-ġustizzja soċjali legali.
Dawk li huma fil-ġenb
6. Meta tkun fil-Gvern huwa proċess ‘normali’ li tinqata’ minn mal-poplu. L-eżistenza tiegħu sabiex permezz tagħha jkun jista’ jifhem dak li għaddej verament tonqos sew. Ħafna drabi jaġixxi fuq il-memorja passata ta’ dak li ra, ġarrab hu u oħrajn. Wara, biċċa biċċa, dik il-viċinanza ssir distanza. Proprju f’dan iktar ngħid li min għandu l-poter f’idejh irid jilbes iktar umiltà u jrid iktar bnedmin li jgħaddulu lura r-realtà li nqata’ minnha. Jekk ser insibu diversi li jitolbu iktar flus għal dawk li għandhom iktar bżonn, dan proprju minnu nnifsu jfisser li hemm bżonn naraw kif il-ġid komuni qiegħed jitqassam. Fejn huma l-prijoritajiet tagħna u kif qed nibnu l-aġenda politika nazzjonali tagħna.
Għad għandna
7. Il-mediċina, fl-iżvilupp tagħha, hija kważi konsegwenza li aktar ma tavvanza iktar ser toffri kuri. Imma hemm prezz. Għax nafu li dawn, ħafna minnhom jiswew sew u huma barra minn dak li qiegħed joffri l-Istat. Anke jekk hemm dawk li b’xi mod jorqdu u jqumu taħt saqaf dan ma jemmnuhx, il-fatt hu li għandna iktar bnedmin li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Dawk li jorqdu fil-karozzi jew fejn isibu. It-tnejn huma l-isfidi moderni f’dan l-ewwel kwart tas-seklu li tajjeb li jiġu diskussi u ndirizzati. Jeżistu, u allura jridu jiġu kkunsidrati b’mod oġġettiv. Huwa proċess li jitlob mingħandna li nħarsu lejh. Il-fatt li mhuwiex diskuss politikament ma jfissirx li ma jeżistix.
Nibqa’ nemmen
8. F’dan nibqa’ nemmen fil-politika t-tajba. Dik li kapaċi tibdel il-ħajja tal-bniedem. Dik li tħares ’il quddiem biex tifhem u taffronta sewwa l-affarijiet. Nibqa’ nemmen fil-forza tal-pinna li twassal il-messaġġ u tqanqal il-punt. Għax tul dan ix-xahar, mingħajr ma nafu qed immissu ma’ dik li hija l-fruntiera l-ġdida għall-Istat Soċjali tagħna. Dak li għaddejjin minnu għandu jkun lezzjoni għal Gvern differenti li jaqbad linja oħra ta’ kif taffronta problemi bħal dawn. Dak li huwa bażikament fil-pedament. Dak li ser ikun mistenni mill-Partit Nazzjonalista fiż-żmien li ġej.
4.12.25
RAĦAL ĠDID - PROBLEMA TAL-ĦAMIEM
32663. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
25/11/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li fiż-żmien
li ġej id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ser iniedi programm, sabiex
jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Seduta 418
03/12/2025
RAĦAL ĠDID - PROBLEMA TAL-ĦAMIEM
32662. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
25/11/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Nirreferi lill-Onor.
Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 30578
u 31708.
Seduta 418
03/12/2025
IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET
32661. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?
25/11/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvolvu
tibdil fil-mejn tal-ilma li għaddej minn ġo Triq Santa Katarina. Dan se jwassal għal titjib fil-kwalità
tal-mejn kif ukoll fil-kapaċità. Tul
l-andament tax-xogħlijiet il-Korporazzjoni se tkun qed tevalwa jekk hemmx bżonn
ukoll li jinbidlu xi manholes u manhole slabs.
Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Seduta 418
03/12/2025
IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET
32660. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant
jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 418
03/12/2025
IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET
32659. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?
25/11/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Nirreferi lill-Onor.
Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 418
03/12/2025
IŻ-ŻEJTUN - MISRAĦ KARMENU GRIMA - XOGĦLIJIET
32658. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29758, jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż u x’xogħlijiet komplessivi saru f’Misraħ Karmenu Grima, fiż-Żejtun?
25/11/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Karmenu Grima u ż-żoni tal-madwar,
li jinkludu parti minn Triq Joe Attard u
parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra, kienu jikkonsisti f’bini mill-ġdid
tal-paviment pedonali, servizzi tal-ilma u drenaġġ, bini mill-ġdid tal-paviment
tal-pjazza, parking area u line marking. L-ispiża total hija ta’ Euro
595,998.31.
Seduta 418
03/12/2025
3.12.25
PEMBROKE - ILMENTI
32657. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31712, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti rigward trab, eċċ. li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa, f’Pembroke matul din is-sena u x’passi ttieħdu?
25/11/2025
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorità għas-Saħħa u
s-Sigurtà fuq ix-Xogħol irċevew 11- il ilmenti dwar trab f’siti ta’
kostruzzjoni ġewwa Pembroke. Dwar dawn l-ilmenti, l-uffiċċjali ta’ dawn
l-awtoritajiet għamlu diversi spezzjonijiet fejn ttieħdu l-passi neċessarji,
fosthom nħarġet ordni ta’ waqfien tax-xogħlijiet u ħruġ ta’ multa fuq
emissjonijiet tat-trab.
Seduta 417
02/12/2025
VOTI GĦALL-GAZZETTI
32656. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32187, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsiru r-rappreżentazzjonijiet neċessarji sabiex il-vot għall-gazzetti għal għotjiet lill-media jiżdied b’mod iktar sostanzjali?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-kunsill
Malti għal Arti hu kommess li jkompli jaħdem biex il-voti kollha tiegħu jkomplu
jiżdiedu. Ta’ min jinnota li dan il-vot żdied b’Euro 800,000 biex fi 2026 issa
hu ta’ Euro 1,300,000.
Seduta 417
02/12/2025
ĦAL TARXIEN - TRIQ GIUSEPPE CALì - XOGĦLIJIET
32655. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31329 u 31954 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Giuseppe Calì, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ir-residenti tat-triq ikollhom ix-xogħlijiet lesti qabel il-Milied?
25/11/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Filwaqt li nirreferi lil Onor.
Interpellant għal risposti lejn il-mistoqsijiet parlamentari 31329 u 31954,
fejn diġà rrispondejt li x-xogħol ser jitlesta fl-ewwel kwart ta’ 2026,
ninfurmah illi sal-Milied huwa previst li jkun lest l-ewwel saff ta’ asfalt fi
triq Giuseppe Cali sabiex din tkun tista tintuża mill-pubbliku fiż-żmien
il-festi. It-tieni saff ta’ asfalt isir meta jkun lest ix-xogħol ta’
rikostruzzjoni fi Triq Odilone biex b’hekk iż-żewġ toroq ikunu lesti flimkien
hekk kif jitlob normalment ix-xogħol.
Seduta 417
02/12/2025
BORMLA - PJAZZA GAVINO GULIA - XOGĦLIJIET
32654. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30324 u 31334, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu r-rapporti u l-investigazzjonijiet fuq l-istat tal-Pjazza Gavinu Gulija f’Bormla?
25/11/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li wara l-investigazzjonijiet li saru, qed tiġi ppreparata sejħa
għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.
Seduta 417
02/12/2025
IL-FGURA U ĦAL TARXIEN - ATT DWAR IL-KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI – RAPPORTI U SPEZZJONIJIET
32653. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti u spezzjonijiet fuq abbużi ai termini tal-emendi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2025 fl-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kapitolu 604 tal-Liġijiet ta’ Malta) fil-lokalitajiet tal-Fgura u Ħal Tarxien?
25/11/2025
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li minn l-1 ta’ Settembru 2025 ġew irrapurtati żewġ każijiet,
wieħed dwar proprjetà f’Ħal Tarxien u ieħor fil-Fgura, li allegaw li
l-postijiet rispettivi kienu okkupati minn iktar persuni milli tippermetti
l-liġi (overcrowding). Saru tliet spezzjonijiet b’kollox relatati ma’ dawn
ir-rapporti.
Seduta 417
02/12/2025
MARSAXLOKK - VILLA TAS-SILĠ
32652. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28889 u 30873, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru sforzi ġodda tant neċessarji sabiex il-proġett tal-Villa f’Tas-Silġ f’Marsaxlokk, iseħħ?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mill-aħħar tweġiba relatata ma’ dan is-sit, m’hemm l-ebda aġġornament ulterjuri x’jiġi komunikat.
Seduta 417
02/12/2025
PEDAMENTI SODI
Pietro Melograni (1930-2012)
2. F’dan sibtni naqra kitbet dan l-istoriku mill-iktar interessanti. Punti li fihom forsi parti mill-ispjegazzjoni għala hemm inqas tfal li qed jitwieldu. Fil-ktieb tiegħu Saggio sui Potenti (1977) sibt din is-silta: “L’industria ha consentito di accumulare ricchezze enormi e ha fatto crescere rapidamente salari reali e consumi. Nelle società industrializzate la mortalità infantile è diminuita, le grandi epidemie sono scomparse, la vita media si è allungata. Tutto ciò ha contribuito a modificare l’idea della vita e della morte, della religione e della politica.” (L-industrija ppermettiet li jinġemgħu sinjuriji kbar u kabbret malajr il-pagi veri u l-infiq. Fis-soċjetà industrijalizzata il-mortalità infantili naqset, l-epidemiji sparixxew, il-ħajja medja tal-bniedem twalet. Dan kollugħen biex jinbidel il-ħsieb dwar il-ħajja u l-mewt, ir-reliġjon u l-politika.)
Ir-rivoluzzjoni industrijali
3. F’dan, għandu wieħed jaċċetta li waħda mill-effetti tal-industrijalizzazzjoni ta’ soċjetajiet bħal tagħna ġiebet din il-konsegwenza? Jew kienx hemm fatturi oħra magħha, jew indipendenti minnha li trabbew u eżerċitaw l-influwenza tagħhom f’dinja fejn m’aħniex dejjem ċerti li l-mentalità tal-ħaddiem inbidlet minn kif kienet qabel? F’kemm ma bqajniex waħda li hija rurali, agrikola fil-kultura ekonomika u li ċċaqalqet għal pożizzjonijiet oħra. Saru studji varji u l-verità hija wkoll li l-influwenza tal-industrija mhijiex lokalizzata f’perjodi partikolari. Hemm fażijiet varji sija fit-tip ta’ industrija, kif ukoll fil-ġenerazzjonijiet li nqatgħu aktar mill-art. Inbidlu l-influwenzi u magħhom ir-reazzjonijiet għalihom. Aktar u aktar f’dawn l-aħħar tletin sena, fejn il-politika dikjarata tal-gvernijiet oċċidentali kienet li jġibu aktar nisa jaħdmu. Jitolbu aktar mill-mara u jaqtugħa mill-pożizzjoni li kellha preċdetement. F’kunċett ukoll li l-produzzjoni ekonomika tikber jekk ikun hemm iktar nisa jaħdmu. Ma’ dan il-kultura li l-persuna waħedha tgħodd f’kemm għandha drittijiet umhux f’kemm hemm ukoll doveri. Wasalna llum b’konsegwenza ta’ dak kollu li b’xi mod ġie deċiż qabel. Imma x’soluzzjoni hemm għalina f’dan kollu? Kif nistgħu nibdlu r-rotta, dejjem jekk nistgħu, jitlob iktar attenzjoni minn flus jew ġeneralizzazzjonijiet?
Cash for kids
4. Is-sena li għaddiet, f’The Economist tal-25 ta’ Mejju 2024, l-editorjal prinċipali fetaħ b’dan it-titolu. Fih inkiteb hekk minn dawk li l-industrija jsostnuha sew: “Baby-boosting policies don’t work. Economics must adapt to baby busts instead. As birth rates plunge, many politicians want to pour money into policies that might lead women to have more babies.” (Li l-Istat jaqbad politika li jonfoq iktar biex iħajjar iktar twelid tat-tfal mhux ser taħdem. L-ekonomija trid taddatta ruħha mal-fatt li ser ikun hemm inqas twelid. Hekk kif ir-rata tat-twelid qed tonqos, ħafna politiċi jridu jroxxu iktar flus fil-politika tagħhom sabiex iħajru n-nies jkollhom iktar ulied.) L-argument prinċipali tagħhom huwa li l-gvernijiet ma jistgħux jibdlu dan il-proċess b’iktar flus. Ċertament għalihom fl-industrija b’aktar infiq fin-nefqa nazzjonali, ma jwassalx fejn jaħsbu l-politiċi.
L-analiżi
5. F’dan, minnhom jingħad aktar hekk: “However, Government are wrong to think it within their power to boost fertility rates. For one thing, such policies are founded on a false diagnosis of what has so far caused demographic decline. For another, they could cost more than the problems they are designed to solve.” (Iżda l-Gvernijiet huma żbaljati jekk jaħsbu li fil-kapaċità statali tagħhom ser iżidu r-rati ta’ fertilità. Ibda mill-fatt li din il-politika hija bbażata fuq dijanjosi falza ta’ dak li sa issa kkawża dan it-tnaqqis demografiku. Fuq in-naħa l-oħra, jistgħu jiġu jiswew aktar mill-problemi stess li qed jippruvaw isolvu.) Argumenti li wieħed irid jikkonċedi sa ċertu punt, fis-sens li sa issa għadna m’aħniex naraw biżżejjed politika bbażata fuq studji li jippruvaw il-punt. Dik il-prova li b’aktar flus ser ikun hemm min jitħajjar ikollu iktar ulied, inkella l-kontra tagħha.
Fil-libertà
6. F’dan aktar ċertament kif ikomplu jgħidu: “The decision to have children is a personal one and should stay that way.” (Id-deċiżjoni li wieħed ikollu l-ulied hija waħda personali u għandha tibqa’ hekk.) Imma f’dan xorta waħda huwa utli li wieħed jifhem aħjar is-soċjetà tagħna u għala llum qegħdin niddibattu dan il-punt. F’dan wieħed irid jibni aktar ’il quddiem. Hemm sfida għalina lkoll u din trid soluzzjoni vera u sħiħa. Waħda li hija bażata iktar sew fuq xjenza u analiżi. Dik li tista’ tkun aktar ta’ gwida bħal dak li ġie ppreżentat f’teżi reċenti ta’ Glenn Anthony Falzon, Malta’s low fertility rate: The implications for the political economy of the smallest EU State. Fejn hemm sforz komprensiv ħafna u gwida lejn direzzjonijiet.
Kif tindirizza
7. F’dan aktar, riċentement qrajt numru ta’ artikoli fuq is-suġġett, iktar u iktar meta fid-diskors tal-Budget kien hemm din l-isfida ndikata. Il-Ministru tal-Finanzi għaraf din l-isfida mingħajr verament soluzzjoni. Huwa kien iddikjara tajjeb: “Ilkoll naqblu li s-soluzzjonijiet biex il-familji jlaħħqu mat-trobbija ta’ uliedhom jew saħansitra biex ikollhom iktar ulied, huma varji. Iżda nisġa ta’ diversi miżuri li jkunu effikaċi jistgħu jħallu impatt pożittiv fuq il-familja.” Punt li għandna naqblu fuqu. Biss dan kien forsi mhux fil-post propizju, fis-sens li kien introduzzjoni sabiex jiġi dikjarat li ser titnaqqas it-taxxa fuq il-familji. Punt tajjeb u kontinwità imma mhuwiex ser iġib żieda fit-twelid. Dan għax, kif qed naraw fid-dinja u kif jingħadu studji varji, hemm bżonn iktar minn flus.
Appell favur il-Familja
8. Hemm appelli varji li qed isiru sabiex din il-pożizzjoni tingħata iktar attenzjoni, vera u sħiħa. L-iktar riċenti dik tal-14 ta’ Ottubru 2025 tal-Papa Ljun XIV, li talab li jkun hemm dak kollu possibbli biex il-familji jingħataw il-fiduċja biex iħarsu b’serenità lejn il-futur. F’dan ċertament hemm bżonn naraw jekk f’dawn is-snin, mertu wkoll fost oħrajn tal-effetti varji tar-rivoluzzjoni industrijali, għamilniex politika li tmur kontra l-valur tal-familja. M’għadhiex moda, u anzi, m’għadhiex parti sħiħa mill-politika nazzjonali tagħna. Għalkemm nifhem il-pożizzjoni tal-Gvern illum xorta m’hemmx, fil-qalba politika, ix-xewqa li titwieled mill-bżonn li tipproteġiha.
9. Dik il-politika li tinsab ukoll f’dik li tista’ tifhem fuq naħa li biex nimxu trid ukoll tibdel, taġġusta u tmur ukoll kontra dak li wettqet f’dawn is-snin tiegħu. Imma hemm bżonn aktar Hemm bżonn li jkollna “nisġa ta’ diversi miżuri” li jistgħu jgħaddu kull studju. Gvern differenti mmexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid jifhem li din hija okkażjoni sabiex jafferma lilu nnifsu. B’aktar riflessjoni u b’kuraġġ sabiex fil-futur id-direzzjoni tinbidel. Imma dawn jistgħu jimxu ’l quddiem jekk ma jibqgħux ispirati minn prinċipji etiċi materjalisti u minflok f’dawk li jagħrfu u jirrikonoxxu li huwa fl-interess sħiħ tal-Istat li l-familja trid tiġi protetta u kkultivata. Politika li tibda mill-ħarsien tal-familja u wara tal-Istat. Jekk dan isir, naħseb li jkunu qed jitqegħdu ferm aħjar pedamenti sodi u veri milli kellna s’issa.
2.12.25
IL-FURJANA - TRIQ L-INDIPENDENZA - RESTAWR TA’ LAPIDA
32651. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-lapida fi Triq l-Indipendenza l-Furjana taħt il-mina int u sejjer lejn il-Belt, tiġi restawrata billi bl-elementi sofriet deterjorament?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali tal-Furjana li jeħtieġ indikazzjoni eżatta tal-lapida li qed issir
referenza għaliha sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba.
Seduta 416
01/12/2025
IX-XGĦAJRA - RESTAWR TA’ LAPIDA
32650. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-lapida li hemm fil-ġnien bejn l-aħħar parti ta’ Triq Qaċċawiet u Dawret ix-Xatt fix-Xgħajra, tiġi restawrata billi bl-elementi sofriet deterjorament?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali tax-Xgħajra li r-restawr tal-lapida f’dan il-ġnien ser tiġi diskussa
fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss.
Seduta 416
01/12/2025
IX-XGĦAJRA - RESTAWR TA’ LAPIDA
32649. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-lapida li hemm fix-Xgħajra int u sejjer lejn il-Kalkara, tiġi restawrata billi bl-elementi sofriet deterjorament?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali tax-Xgħajra li r-restawr tal-lapida f’din it-triq ser tiġi diskussa
fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss.
Seduta 416
01/12/2025
HERITAGE MALTA - OFFERTA
32648. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ta’ Heritage Malta u x’passi ttieħdu senjatament dwar l-offerta li saret mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar fdalijiet misjuba f’Għar Dalam?
25/11/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Heritage
Malta wieġbet għal din l-istqarrija pubblikament, u t-tweġiba tagħha ġiet
ippubblikata fil-ġurnali lokali. Id-diskussjonijiet mal-Prof. Aida Gómez-Robles
komplew, tant li din il-Professoressa tagħmel parti minn tim ta’ esperti minn
istituzzjonijiet internazzjonali, li flimkien ma’ Heritage Malta,
is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Università ta’ Malta qed iwettqu għadd
ta’ studji tekniċi u speċjalizzati fuq dawn il-fdalijiet. Dawn l-istudji
għadhom għaddejjin u jiġu ppubblikati meta jkunu lesti.
Seduta 416
01/12/2025
MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI - FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32357. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefika l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
18/11/2025
ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Seduta 416
01/12/2025
MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32356. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32116 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
18/11/2025
ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Seduta 416
01/12/2025
IL-BIDLA POLITIKA
Il-qari politiku
2. Id-direzzjoni t-tajba li wieħed jista’ jieħu mill-formazzjoni politika serja hija dik li titmexxa minn qari ta’ kotba mimlija direzzjonijiet. Fil-verità hemm il-politika li ssir mingħajr dan, li hija ifqar minn dik li ssir bih. Huwa proprju għalhekk li jekk irridu nitkellmu fuq bidla politika fil-kuntest storiku tal-lum irridu nagħrfu din il-verità. Anzi iktar, irridu nippreparaw irwieħna għas-serjetà tas-sitwazzjoni sabiex nifhmu dak li hemm bżonn jinbidel u kif ser inwettqu din il-bidla. Min jaħseb li huwa tant intelliġenti li m’għandux bżonn dan il-proċess qiegħed, fil-fatt, jidħaq bih innifsu. Nieħu pjaċir nara iktar parteċipazzjoni politika, imma ninkwieta meta nara li hemm diversi li ser jinħarqu għax għadhom mhumiex ippreparati.
L-immaġini
3. F’dan hemm dawk li qed jilludu rwieħhom li tista’ titwettaq kampanja politika bażata fuq kif tidher. Fil-kundizzjonijiet inevitabbli li f’dan il-mument hemm abbandun tax-xiri u tal-qari tal-gazzetti u t-teħid tal-ħin għall-informazzjoni jew il-fatti qed jingħata lill-mezzi soċjali. Dawk li fir-realtà huma bażati fuq ritratti sbieħ jew le fejn il-messaġġ huwa sekondarju. Hemm min qiegħed jipprova jibdel biex jagħti aktar sustanza politika, storika u letterarja, imma xorta dan mhux popolari. Biss anki jekk hemm kalatura politika fir-ritratt, xorta waħda hemm parti sostanzjali tas-soċjetà li mhijiex interessata f’dan u li anzi qed titlob iktar sustanza milli dehriet.
Fortunati
4. F’dan ukoll ngħid li, f’ħafna sens, il-ġenerazzjoni li jien parti minnha kellna vantaġġi differenti. Kellna iktar lil min jimbuttana lejn il-qari u kellna wkoll lil min kien attent sabiex ikollna kotba li stajna naqraw u li anzi ridna naqraw iktar minnhom. Tul din il-ġimgħa sellimna l-memorja ta’ persuna partikolari li f’dan għen ħafna. Arthur Gruppetta, li nafuh direttament mid-diversi kotba bil-Malti li konna nsibu f’idejna proprju bil-mod li bih biddel il-Merlin Publishers. Niftakarni naqra l-kotba varji tal-famuż Fra Mudest ta’ Charles Casha. Bħal sħabi qattajt ħafna ħin naqra, u għadni niftakar sal-lum id-diversi stejjer minn tiegħu. Is-Sur Gruppetta kien, fil-karattru ġentili tiegħu, miftuħ u mill-iktar umli: dak li kellu viżjoni, ideat u sustanza li permezz tagħhom wettaq b’abbiltà kbira bidla li għadha magħna sal-lum.
Ċertament telfa
5. Is-sejħa tiegħu lura għand il-Ħallieq tagħna hija telfa għalina. Ħalla warajh eżempju u memorja mill-isbaħ. Fuq naħa dak li huwa mis-sewwa jikber u jitkattar. Fuq l-oħra dik li kellu sehem dirett fil-formazzjoni ta’ ħafna, proprju għax kien kapaċi jidentifika u jressaq quddiemna aġenda ċara, bażata fuq il-valuri u l-ideat li bihom iffurmajna aktar ruħna. Vuċi unika f’dan iż-żmien li jrid jitlef l-għerf tal-missirijiet biex jiġbor l-injoranza tal-ġurnata. Bnedmin li kellhom fiduċja fil-ġenerazzjonijiet il-ġodda sabiex bil-gwida t-tajba jimxu ’l quddiem. Bniedem li jixraqlu attenzjoni u rikonoxximent fil-wirt li qed iħallilna.
Eżempju
6. F’dan aktar wieħed irid iħares ’il quddiem sabiex nassiguraw li l-politika futura tagħna tkun waħda bażata iktar fuq is-sustanza. Jekk irridu bidla fil-pajjiż irridu nibdew niddiskutu iktar fil-fond sabiex insibu: l-ewwel, bil-preċiż dak li jrid jinbidel; u t-tieni, il-proċess, metodu u alternattiva sabiex dan iseħħ. Hija sfida politika li nistgħu nieħdu jew inkella li nistgħu nħallu fil-ġenb. Dan għax jekk trid issir, allura taħrab mill-politika tal-inqas u tal-għażż u tmur lejn dik tal-iktar u tal-ħidma ħawtiela. Is-sejħa qed issir lilna u għal darb’oħra rridu nifhmu li hemm differenza bejn kwantità u kwalità. Nifhmu li jekk trid issir fl-ispirtu u fi proċess demokratiku trid aktar bnedmin jieħdu sehem attiv fiha.
Inħares ’il quddiem
7. F’dan aktar għax għandna iktar żmien għad-dispożizzjoni tagħna. Il-fatt li kif qed jiġi dikjarat mhuwiex ser ikollna elezzjoni bikrija, anzi, kif qed nara l-affarijiet illum ser ikun hemm leġislatura sal-aħħar tagħha, hija iktar okkażjoni għalina. Aktar u aktar meta qiegħed jidher li l-Gvern qiegħed inaqqas mill-viżjoni, l-ideat politiċi u fejn il-kunsens elettorali tiegħu qiegħed jonqoslu. Daqt nidħlu fil-perjodu tal-Milied u dak kollu li dan iġib miegħu. Waqfien ta’ attività politika parlamentari imma f’dan aktar żmien għad-dispożizzjoni tagħna lejn preparazzjoni ta’ politika ta’ sustanza. Biex ikollna bnedmin li jridu jivvutaw aktar għalina u mhux sempliċement kontra l-Gvern irridu ngħaddu minn dan il-proċess.
Jissudana
8. Dan għax matulu nissudaw iktar fid-determinazzjoni tagħna, fil-preċiżjoni tal-ħsieb u fil-viżjoni ta’ proġett politiku veru. F’dan inkunu aktar il-politiċi li l-poplu li mhuwiex jivvota jrid. Inkunu aktar dawk li kapaċi jwettqu soċjetà aħjar milli għandna, fejn almenu l-valuri li nħaddnu jitħaddmu. Inqas artifiċjalità u iktar proposti konkreti li tant hemm għatx għalihom. Dawk ta’ qabilna tawna eżempju f’dak li jgħodd u hemm bżonn ir-rieda li jkollna l-kuraġġ sabiex nidħlu sew għal din il-bidla. Il-bieb huwa miftuħ. Nappella sabiex iktar nies jingħaqdu magħna fil-bżonn tal-bidla politika li pajjiżna jeħtieġ.
25.11.25
L-AGĦAR JATTAKKA L-AĦJAR
Kif għandna nkunu
2. Il-bniedem ilu sekli sħaħ jiddibattu u jikteb f’kif jaħseb li hu l-aħjar mod li bih is-soċjetà tiġi mibnija u organizzata. Uħud dehru li qed jitkellmu mingħajr kuntest jew realtà. Imma diversi kienu qed jirriflettu fuq is-sitwazzjonijiet soċjali u politiċi li kienu fihom. Uħud aċċettaw dak li kien hemm u b’pariri ppruvaw jibdlu lir-renjanti, lil dawk li kellhom il-poter assolut f’idejhom. Oħrajn ħolmu b’soċjetà ġdida differenti, qisu d-dinja setgħet tibda ddur mill-ġdid. Proġetti li wara Sir Thomas More (1478-1535), bil-ktieb tiegħu Utopia (1513) ġew ikklassifikati bħala ‘utopistiċi’. Dawk li wħud raw, f’dak li dan il-qaddis kiteb, il-proġett ta’ soċjetà li ma tistax tieħu l-ħajja. Dan għax għalkemm mibnija fuq premessi u intenzjonijiet mimlija bil-valuri, kienet qed tinjora lill-bniedem f’dak li hu u f’dak li l-istorja għaġnitu li jkun.
Xorta waħda
3. Warajh ġew diversi bi proġetti politiċi li wħud ġew implimentati f’termini puristi u oħrajn le. Karl Marx u d-dixxendenti tiegħu għaddew minn dan. Dak li seħħ fl-Unjoni Sovjetika hemm min jgħid li ma kienx it-twettiq kif kellu jkun, oħrajn le. Il-fatt però jibqa’ li miegħu ġew diversi oħrajn, f’reazzjonijiet varji, bl-isfumaturi żbaljati li n-Nażiżmu u l-Faxxiżmu ġiebu magħhom. Ħolm ta’ soċjetà perfetta, mibnija fuq is-suppost bnedmin perfetti u puri. Direzzjonijiet varji li meta mfassla fuq utopiji imprattikabbli, u inzi aktar indirizzati fuq kunċetti anti-umani, li jmorru kontra n-natura u d-dinjità tal-bniedem, ifallu. Xorta hemm diversi atti li saru li wieħed irid jikkonsidra u jeżamina sabiex jifhem x’effett u x’impatt kellhom fuq l-istorja u l-Istati. Xorta aktar li l-bniedem ma qatax qalbu milli jittama li huwa kapaċi jibni proġett utopiku li huwa iktar realistiku minn oħrajn qablu jew miegħu.
Wieħed għandu jistaqsi
4. F’dan, quddiem il-fallimenti ta’ proġetti politiċi fuq il-lemin u fuq ix-xellug fl-estremiżmi tagħhom, fil-puriżmi apparenti tagħhom, hemm pożizzjonijiet li żviluppaw. Iktar u iktar f’dawn it-tmenin sena mit-tmiem tal-aħħar gwerra dinjija jidher li barra l-paċi u l-organizzazzjoni nterna Ewropea waqfu dawk li kitbu kotba utopiċi ġodda kif nafuhom. Id-domanda li però baqgħet tiġi mistoqsija f’moħħ diversi, u hekk għadha. Ideat u kunċetti li l-perit u filosfu Amerikan Richard Buckminister Fuller (1895-1983), fil-ktieb miġbur mid-dixxendenti Utopia or Oblivion (2008) iħares fihom. Ktieb li, fl-introduzzjoni tiegħu, jibda b’dawn il-kliem: “All of humanity now has the option to “make it” successfully and sustainably, by virtue of our having minds, discovering principles and being able to employ these principles to do more with less.” (L-umanità kollha issa għandha l-għażla li “tirnexxi” b’suċċess u b’sostenibilità, bil-gwida li nidderieġu l-imħuħ tagħna biex jiskopru prinċipji li bihom ikunu kapaċi jwettqu iktar b’inqas.”
Dibattitu kontinwu
5. F’dan il-punt, fin-nuqqas ta’ kunċetti ġodda “utopistiċi” sibt ktieb interessanti li jiddibatti dan kollu fi sfond iktar preċiż u miftuħ: passat, preżent u futur. Il-ktieb Occidente senza utopie (2016) fih is-sabiħ ta’ żewġ trattati ta’ bnedmin intelliġenti u li huma akkademikament u politikament impenjati. Qrajt dak li l-istoriku u politiku Paolo Prodi (1932-2016), (li kien jiġi ħu l-ex Prim Ministru Taljan Romano Prodi), kif ukoll dak li l-filosfu u politiku Massimo Cacciari (1944) kitbu. It-tnejn b’linji etiċi differenti, imma jaqblu li hemm bżonn li l-bniedem jibqa’ joħlom u jħares ’il quddiem. Mingħajr dan, il-bniedem u s-soċjetà li jgħix fiha, imorru lura. Element neċessarju fl-eżistenza umana.
Ideat
6. It-tnejn huma trattati fi sfond akkademiku qawwi, però b’ħafna għerf politiku li tawhom l-esperjenzi diretti rispettivi tagħhom. Dawk li fil-ħajja tagħhom it-tnejn jindikaw li għad hemm lok għall-Utopija u li għad hemm bżonn ta’ bnedmin li jħarsu ’l quddiem f’dak li s-soċjetà għandha tkun. Difatti Cacciari jgħidilna hekk, fi kliem mill-iktar rilevanti għal-lum: “Sicurezza e pace non potranno mai essere garantite se Politica e Accademia non celebreranno indissolubili nozze. È la natura stessa dell’impresa scientifica a esigerle.” (Is-sigurtà u l-paċi ma jistgħu qatt ikunu garantiti jekk il-Politika u l-Akkademja ma jiċċelebrawx żwieġ li ma jinħallx. Huwa min-natura stess tal-kunċett xjentifiku li jitlobha.) Punti li jfakkruna iktar li jekk dan ma jsirx ser ikollna iktar politika amministrattiva, kif diversi uffiċjali tal-Gvern jissugraw li jkunu, minn dawk li kapaċi jibnu soċjetajiet aqwa milli għandna.
Sewwa nittamaw
7. F’dan, f’soċjetà fejn il-politika abbandunat l-ideoloġija taħt il-ħsieb li m’għadhiex iktar rilevanti, wieħed jistaqsi jekk dan huwiex minnu jew huwiex ir-raġuni ta’ deklin b’mod partikolari magħna li ninsabu fl-Oċċident. Dan fis-sens li għad għandna partiti politiċi li għandhom kunċett ċar fil-politika tagħhom ta’ x’tip ta’ soċjetà għandu jkollna. Meta wieħed jistaqsi l-politika xi trid twettaq ma ssibx linja sħiħa bażata fuq prinċipju etiku uniku, imma varjetà ta’ ideat li ħafna drabi anqas ma jiffunzjonaw jew jistgħu jiffunzjonaw flimkien. Dan iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li fl-għażla li ġejja, il-Gvern irid iżomm il-poter f’idejh taħt il-messaġġ indirett li huwa hu biss li kapaċi jamministra tajjeb il-pajjiż, u huwa minħabba dan li jista’ jkun hemm xi forma ta’ progress.
L-Isfida u l-Proposta
8. F’dan, ovvjament, għal min irid iħares li jibni pajjiż oċċidentali bħal tagħna li jkollu kunċett ta’ ‘Utopia’ pożittiv u ċar ġej minn isfel għal fuq ċert li jagħraf li għandu s-sogru qawwi li jiġi akkużat li dan huwa fil-ħolm li ma jitwettaqx. F’dan wieħed irid jistaqsi ma’ dawn l-awturi proprju kemm hemm lok għat-tama. Cacciari, fil-ħsieb tiegħu, jgħidilna hekk: “Filone, soprattutto in Quod deterius, era giunto quasi a identificare essenza dell’uomo e speranza: ‘che cosa è più proprio dell’uomo della speranza? ‘solo chi è capace di sperare è uomo, il disperato non è uomo. Vivere è vivere nella speranza ripeterà Agostino. Ma la fondatezza della speranza è più entrambi “gioia prima della Gioia”, e proviene dalla fede in Lui.” (Filone, il-filosfu Lhudi, l-iktar fil-ktieb tiegħu Quod deterius potiori insidiari soleat, jasal viċin l-essenza tal-bniedem u t-tama: ‘x’inhuwa l-iktar proprju fil-bniedem mit-tama? Huwa dak biss li kapaċi jittama li huwa bniedem; l-iddisprat mhuwiex hekk. Li tgħix huwa li tgħix bit-tama, jirrepeti Santu Wistin. Imma l-bażi tat-tama hija iktar f’daqqa, hija “l-ferħ qabel il-Ferħ” u ġejja mill-fidi f’Alla.) F’dan nibqa’ nittama li nkun kontributur lejn proġett politiku ċar u futur. Nibqa’ nħoss fija l-ferħ qabel il-Ferħ li dan jista’ jsir għax hemm bażi fuq x’jista’ jsir. Għax l-agħar, minnu nnifsu, jattakka l-aħjar.
JAQTAGĦULHOM L-GĦATX BL-ILMA TAL-PERŻUT
Tibqa’ miżmuma
2. Trid però tibqa’ tiġi miżmuma għax nafu li mhijiex mogħtija mill-Gvern l-attenzjoni sħiħa li ħaqqha. Id-demokrazija mhijiex xi rigal jew xi pjaċir tal-Gvern tal-ġurnata, imma hija valur li aħna lkoll ħaqqna, u li nagħrfu li għandu jkollna. Hija dejjem fi proċess ta’ bidla, imma hija iktar dik li wieħed irid jikkura kontinwament. Fuq naħa jara li dak li għandu jaħdem ikompli jaħdem u jassigura miżuri sabiex isostniha. Fuq l-oħra jara dak li huwa ta’ theddida għaliha u jaġixxi. Fil-verità huwa parti minn triq li fiha kulħadd irid jieħu sehem. Is-sostenn tad-demokrazija jiġi mill-abbiltà tal-Gvern li jġib lill-bnedmin f’daqqa sabiex dan il-valur li għandu jippreservah u jgħaddih lura lil min jiġi warajh. Irid jiftaħ u jirrikonoxxi li, waħdu, mhuwiex kapaċi li jwettaq dan.
Ir-Raba’ Pilastru
3. F’dan ninsabu aktar fil-bżonn veru li nsostnu l-gazzetti tagħna, ta’ pajjiżna. Għal snin twal kienu l-indikaturi ċari li, b’xi mod, d-demokrazija f’pajjiżna teżisti. Almenu, kienu x’kienu ċ-ċirkostanzi, bqajna fil-libertà li jkollna l-pubblikazzjoni tagħhom. Anki jekk kien diffiċli fi klima politika u kkumplikata ħafna, biss kienu hemm, jum wara jum. Imma llum irridu naċċettaw il-fatt li hawn ħafna inqas bnedmin li jixtruhom u li ma għandhom ebda raġuni li twassalhom jagħmlu dan. Iktar u iktar fid-diffikultajiet ekonomiċi li huma lkoll jiffaċċjaw. Diffiċli biex tistampa, biex iżżomm persuni li jaqbdu l-karriera tal-ġurnaliżmu. Diffiċli biex iżżomm kamra tal-aħbarijiet li tħares iktar ’il bgħid minn dak li jsir fin-normalità. Bil-limitazzjonijiet li għandhom nafu li hawn inqas ġurnalisti jduru mat-toroq ifittxu li jkunu parti mir-realtà li jgħixu l-bnedmin. Nafu li fl-aħħar tal-ġurnata jkun hemm riproduzzjoni ta’ ċertu aħbarijiet fil-gazzetti kollha. Xejn ma jkun jidher ġdid, salv l-interpretazzjoni ta’ dak li jiġi ripetut.
Mingħajrhom
4. M’hemmx dubju li mingħajrhom ikollna inqas demokrazija f’pajjiżna. Jekk irridu nżommu l-livell ta’ kredibilità ekonomika rridu nassiguraw li, bħala poplu, ninvestu fihom. F’dan, tul ftit ta’ żmien ilu daħal il-kunċett li l-Gvern qiegħed, kull sena, jivvota nofs miljun biex jinqasam bejn kull gazzetta. Meta tikkunsidra kollox huwa ċar li l-ammont imqiegħed għad-dispożizzjoni huwa żgħir ħafna. Hemm bżonn li nassiguraw li jkun hemm iktar għajnuna għax f’ħafna niddependu minn ħidmiethom. Għandna bżonn inkunu nafu dak li ħaddieħor ma jridx jgħidilna. Għandna bżonn ikollna iktar gazzetti li jiddefenduna kontra l-falsitajiet. Għandna bżonn iktar li jkollna difiżi sodi u kostanti f’era meta nafu li hemm aġendi ta’ tiranni li jridu jattakkaw u jiskreditaw id-demokrazija.
Id-Demokrazija taħdem
5. Ma hemmx dubju li d-demokrazija taħdem biex tassigura ħajja aħjar għall-bnedmin. Tagħtina iktar libertà, ġustizzja, drittijiet fundamentali u ambjent sħiħ. Biss il-futur tagħha jitlob li jkollna moħħna ċar fuq il-prijoritajiet. Inħarsu fit-tul iktar ’il quddiem milli sempliċement għal-lum. Għax nista’ nifhem li jqum l-argument żbaljat li l-Gvern m’għandux iħallas lil dawk li jikkritikawh. Dan hu żbaljat, għax il-Gvern għandu l-bżonn ta’ min jikkritikah. Għandu bżonn li jkollu ġurnalisti mħarrġa, b’esperjenza, li jfittxu u jsibu dak li m’għandux ikun. Għandu dan il-bżonn sabiex huwa jkun aħjar, jaħseb iktar ċar, jamministra aħjar lil pajjiżna u jżommu jħares ’il fuq. F’dan, għalhekk, lill-gazzetti għandna dejjem nassigurawlhom l-indipendenza tagħhom, skomda kemm tista’ tidher li hija għalina li aħna fil-politika.
Iktar aħjar
6. Iktar ma gazzetta jkollha l-mezzi, iktar tista’ titkixxef u tikxef dak li fis-soċjetà mhuwiex sewwa. Hija għodda sabiex tiġi mfittxija l-verità u tikkuntrasta kontra l-aħbarijiet foloz. Anzi pajjiżna jrid li ma jkunx hemm monopolji, li kull gazzetta jkollha iktar is-saħħa biex tibbilanċja l-vuċijiet fis-soċjetà. Fil-ġid li smajna mħabbar, dan huwa wieħed li ġie traskurat. Il-Gvern ma qalilniex li hija mira tiegħu li jissoda d-demokrazija billi jissoda aktar il-gazzetti. Fil-verità, mhijiex prijorità. Hija biss sitwazzjoni li jrid jittollera billi kollox jibqa’ kif inhuwa, f’forma ta’ kontroll indirett fejn għax ma jistgħux jikbru jibqgħu fejn huma. Dan huwa żbaljat ħafna. Irridu ngħinu aktar lill-gazzetti billi nsostnuhom b’żewġ mezzi: l-ewwel, iktar finanzi diretti; u t-tieni, b’kampanji sabiex nibdew inħajru mill-ġdid bnedmin fis-soċjetà tagħna sabiex jixtruhom kollha. Persuni nfurmati fuq il-fatti huma edukati aħjar sabiex jivvutaw aqwa. Edukazzjoni aqwa tfisser demokrazija aqwa.
Proposta
7. F’dan ngħid li tant din hija importanti għall-Istat Demokratiku tagħna li għandna nassiguraw l-eżistenza futura tagħhom. Bħala Partit Nazzjonalista, li kien u li jibqa’ identifikat mad-demokrazija f’pajjiżna, din hi opportunità m’għandniex nitilfuha. Dik li nieħdu ħsieb li: l-ewwel, ninsistu mal-Gvern preżenti sabiex iżid fl-għajnuna, minn issa, u jwettaqha mal-gazzetti kollha; u t-tieni, li jiddikjara li huwa li hu fil-Gvern jara li jkun hemm iktar finanzi u politika li hija favur, u mhux avversa, għalihom. Ngħid dan għax nara li hemm forom ta’ deklin f’dawn is-snin li fihom il-gazzetti ġew direttament jew indirettament imqegħda f’dawl mhux wisq tajjeb fejn huma mistennija li jaqtgħu l-għatx bl-ilma tal-perżut. Sitwazzjoni li trid tinbidel, għax mingħajr ir-Raba’ Pilastru ma nistgħux nibqgħu navvanzaw fil-progress soċjo-ekonomiku tagħna.
MINISTERU GĦALL-FINANZI – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32114. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. CLYDE CARUANA: Nitlob lill-Onor. Interpellant
biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 408
18/11/2025
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32113. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. SILVIO SCHEMBRI: Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu
lill-Ministru kkonċernat.
Seduta
408
18/11/2025
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32112. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. CLIFTON GRIMA: Nitlob lill-Onor. Interpellant
sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 408
18/11/2025
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32111. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. CLINT CAMILLERI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 408
18/11/2025
MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32110. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. JULIA FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant
biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 408
18/11/2025
MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL – FONDI U PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA
32109. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
11/11/2025
ONOR. MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor. Interpellant
sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 408
18/11/2025
18.11.25
VUĊIJIET GĦAS-SEWWA
Diġà nafu
2. Il-politika diġà, fiha nfisha, mhijiex faċli biex twettaqha. Imma hija iktar ikkumplikata meta dawk il-komponenti li għalik huma kuxjenza, twarrabhom. Ħdejk trid bnedmin li ma jaqblux miegħek. Trid lil dawk li għandhom ideat differenti minn tiegħek. Iktar u iktar meta diġà nafu li hemm poter iswed li jaħdem fid-dlamijiet tal-kurituri. Dawk li fl-aġenda tagħhom m’għandhomx il-prinċipji etiċi Nsara u li jaħsbu li l-poter jista’ jintuża kontra tagħhom. Fil-politika hemm ġlieda għas-sewwa li trid issir li numru ta’ mexxejja jinsew, jew jaħsbu li huma mhumiex hemm għalhekk ukoll. Dak li jsir minnhom fis-sewwa jibqa’ hemm warajhom, u dak li jibnu jkun pedament għall-futur tal-poplu li jkunu ġew magħżula biex imexxu. Jekk il-bnedmin fil-poter ma jkunux ippreparati, jekk ma jkunux miftuħa għal opinjonijiet differenti minn tagħhom, jinħakmu minnu. Jinħakmu mill-velenu li dan iġib miegħu.
David Amess (1952-2021)
3. Ftakart iktar dwar dan quddiem il-memorja ta’ dan il-politiku Ingliż li ġie assassinat fil-15 ta’ Ottubru 2021. Persuna li serva fit-tul lill-kostitwenti tiegħu u lill-Partit Konservattiv li kien jimmilita fih. Bniedem uniku fil-vuċi tiegħu favur dawk li kienu l-iktar ’l isfel fis-soċjetà. Kif kien deskritt minn The Economist ta’ dak iż-żmien: “Sir David was also the quintessential local MP who believed that the highest calling of an elected member was to represent the people to the state rather than the state to the people.” (Sir David kien dak li għandu jkun membru parlamentari lokali, li kien jemmen li l-ogħla sejħa għal membru elett kienet dik li tirrappreżenta lill-poplu lill-Istat u mhux l-Istat lill-poplu.) Il-bniedem li kien iddikjara li: “The rise of professional politicians was turning Parliament into a rubber stamp.” (In-numru akbar ta’ politiċi “professjonisti” kien qed jibdel il-Parlament f’timbru). Ovvjament f’kuntrast tal-post fejn l-ideat varji jiġu u jiġu diskussi u l-aħjar, dawk sewwa, jiġu magħżula.
Dawk li jirrappreżenta
4. Kien il-bniedem li ħalla warajh imġieba eżemplari. Kien, tul ħajtu kollha, Kattoliku konvint u prattikanti. Bniedem li kien iħobb lill-poplu tiegħu. Miftuħ għall-ideat u dejjem irid jiltaqa’ ma’ kemm jista’ jkun bnedmin minn kull triq jew klassi. Ħafna drabi ma’ dawk l-iktar ’l isfel u fil-bżonn. L-istess ġurnal jikteb hekk dwaru, riflessjonijiet li minn dak li qrajt, diversi oħra ħaddnu bħalhom: “Sir David was happiest with his constituents.” (Sir David kien ikun l-iktar ferħan meta kien ikun fost il-kostitwenti tiegħu.) U jkompli: “His proudest achievements were all local – keeping schools and hospitals open and preventing a forest of silver birches from being razed to the ground.” (Dawk li kienu l-iktar atti politiċi li kien kburi bihom kienu kollha marbuta mal-kostitwenza – li nżammu skejjel u sptarijiet miftuħa jew li jżomm foresta ta’ siġar tal-betula (betula pendula) milli jinqatgħu kompletament.)
Eżempju
5. Anki jekk din is-sena għaddew erba’ snin mit-telfa tiegħu, huwa jibqa’ dawl sabiex ikun ta’ gwida għal dawk li jridu jimxu fis-sewwa. Dak li wettaq għadu hemm u dak li kiteb u ddikjara għadu magħna. Bniedem li għandu jgħin lil dawk f’pajjiżna li jridu jaħdmu għas-sewwa fil-pożizzjoni politika kkumplikata tal-lum. Sitwazzjoni li qed taħdem fid-dell tad-dlam, iktar u iktar meta huwa evidenti li dawk li huma segwaċi tas-sewwa qed jiġu mwarrba. Tul dawn is-snin fl-Oppożizzjoni stajt, u għadni nista’ nara bnedmin validi emarġinati, imwarrba, imminati u attakkati. Bnedmin li jridu jaħdmu bi żvantaġġi kbar, waqt li jinżammu lura u fl-irkejjen soċjali. Persuni li jaqraw u jifhmu li l-politika ssir billi jinstemgħu l-vuċijiet sħaħ tas-soċjetà. F’dawn is-snin sibtni nara persuni ta’ esperjenza u ideat validi jispiċċaw mill-karriera politika tagħhom. Dawk li għażlu huma li jwarrbu. Dawk li ħaddieħor għażel għalihom u dawk li jagħrfu d-dożi tat-tnejn.
Inżomm quddiemi
6. F’dan ninsab iktar inkwetat nara bnedmin bħall-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi li jagħżel li ma jkomplix bil-karriera politika tiegħu. Narah bniedem ta’ ideat u li kapaċi jiddikjara dak li huwa sewwa minn dak li mhuwiex. Bniedem li jaqra u li jżomm ruħu aġġornat ma’ dak li hu għaddej fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja ta’ madwarna. Fl-iktar, li huwa parti importanti mis-sustanza li l-Partit Laburista jirrappreżenta għall-poplu tagħna. Tastiera essenzjali u ħajja. Bniedem li huwa fuq ix-xellug moderat u f’ħafna għandu l-imħabba tal-kostitwenza li jirrappreżenta.
Ninkwieta
7. Ninkwieta iktar f’dan li min imexxi, flok iħossu skomdu f’dak li qed jiġri u jinkwieta serjament b’dak li qiegħed jitlef, jarah bħala xi forma ta’ proċess ‘normali’. Il-politika t-tajba titlob li jkollok ħdejk ukoll lil dawk li ma jaqblux miegħek. Sfortunatament, min jilħaq f’pożizzjoni huwa komuni ħafna li jaħseb li huwa biżżejjed għalih li jimxi waħdu ’l quddiem u jinsa li jrid ikollu lil diversi oħra li jimxu warajh. Infakkar biss li l-vuċijiet għas-sewwa jiswew u huma determinanti għal min irid iwettaq il-politika kif għandha tkun.
IL-KALATURA TAL-KONTRA
Xi żball
2. Dan huwa mill-iktar żbaljat, għax tagħżel li tisma’ biss id-diska li trid tisma’ u ma tippruvax tagħti spazju lil min ma jaqbilx miegħek. Il-biża’ l-kbira tat-tiranni ġejja mill-ideat li jitwieldu mill-verità tal-fatti. Iktar fl-inkarnazzjoni ta’ dawk li l-verità jkollhom l-ardir li jgħiduha u jxandruha skont kemm jirnexxilhom. Dan għax minkejja kull progress li għandna, il-pożizzjoni tibqa’ li s-soċjetà tillimita l-ideat u l-vuċijiet ta’ dawk li ma jaqblux ma’ dawk li huma fil-poter. Sfortunatament u żbaljatament hija kkunsidrata bħala konsegwenza tal-fatt li, skont huma, hekk għandhom ikunu l-affarijiet. F’dan hemm l-injoranza li tillimita lil ħaddieħor. Dan għax l-ideat jgħinu sabiex il-proċess tal-bidla li tant hemm bżonn iseħħ aħjar, biex isir u jsir dejjem aħjar.
Għaliex?
3. Huwa dejjem iktar ċar li f’dan l-irjus jistgħu jinbidlu, u magħhom it-tmexxija, imma l-ġisem jibqa’ l-istess. L-immaġini tipprova tkun differenti, bi bnedmin differenti, imma fil-fatt, fl-aħħar mill-aħħar kollox jibqa’ l-istess. Jibqgħu l-istess ftit, jiddikjaraw dak li l-poter ċentrali jrid jibqa’ jiddikjaralna. Dejjem insibu bnedmin ‘ġodda’ biex jgħidulna dak li qalulna qabel huma. Dawk li nsibuhom f’argumenti illoġiċi għall-aħħar, li jiddikjaraw mill-ġdid dak li qabel ġie diġà dikjarat. Fejn il-proċess veru tal-bidla ma jseħħx għax l-ideat huma kontrollati. Hemm min jimmaġina li dak huwa l-forma ta’ “għerf” tas-sistema demokratika: il-ħażen li tidher miftuħ meta tkun magħluq. L-ideat li huma għal qalbek biss u ta’ dawk li jmeruk le.
Jekk irridu
4. F’dan, l-aqwa huwa li tillimta d-diskussjoni u tirrestrinġi wkoll il-ħin għaliha. F’dan iktar fil-Kamra tad-Deputati, fejn id-dibattitu veru qiegħed jiġi arġinat kontinwament fir-ritwali li dħalna fihom u li ma rridux noħorġu minnhom. Id-deputat irid aktar ħin u jrid ukoll iktar opportunità sabiex jikkontribwixxi f’dak li hu għaddej u f’dak li ma jingħadx. Mertu tad-diskussjonijiet li għaddejjin fil-ministeri varji tifhem kemm hemm bżonn diskussjoni u kemm hemm bżonn li l-Gvern jisma’ l-kontra. Bżonn demokratiku u li jassigura iktar li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jifhmu kemm hawn aspetti li ma jiġux ikkunsidrati. Aktar minn hekk huwa kważi proċess inevitabbli li kull min jitkellem, wara jirrifletti aktar mill-ġdid fuq dak li qal u li sema’ u jimxi fl-ideat tiegħu.
Bżonn
5. Pajjiżna għandu bżonn iktar li nifhmu kemm huwa importanti li jkollna bnedmin li jkunu l-kontra. Ħafna drabi huma l-melħ li ġej mill-iktar qiegħ tas-soċjetà, li jiddetermina kif u b’liema mod tiġi dikjarata l-vuċi popolari. Il-poplu jħossu maqtugħ mill-Kamra tad-Deputati proprju fuq tlett livelli: l-ewwel, għax dak li jingħad hemm huwa maqtugħ mill-prijoritajiet veri tiegħu; it-tieni, għax id-dibattitu jingħad b’diskors li jew huwa kkumplikat, jew inkella għax jingħad minn bnedmin li jaħsbu bl-Ingliż li mbagħad jippruvaw jitkellmu bil-Malti; u t-tielet, għax jippretendi mġieba ċivili, diskors rispettuż u li jindika li min qiegħed hemm għandu għal qalbu l-veru interess tal-poplu u mhux tiegħu nnifsu jew tal-parti tal-partit tiegħu.
Nagħraf
6. Naċċetta aktar dan fl-esperjenza politika li missejt magħha sa issa. Napprezza lil min huwa kontra tal-ideat li nirrappreżenta, jew oħrajn bħali fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, biex nifhem aħjar. Nagħraf aktar li l-uniku mod li hemm għad-dispożizzjoni tagħhom huwa ta’ kif iżommuna barra. Nifhem dan kollu, u sfortunatament napprezza li, fl-aħħar tal-ġurnata, il-proċess tal-bidla jibqa’ ma jsirx. Il-proċess mhux fl-uċuh, imma fis-sustanza tal-ideat li tant hemm bżonn li jsir. Sa issa, dak li kien, għadu. Dak li kien jingħad, għadu jingħad hekk, bl-istess mod. Il-metodu baqa’ l-istess fi kważi kollox u ma hemmx min irid jiċċaqlaq minn dak li dejjem sar. Jekk wieħed irid iżid il-kunsensi għandu bżonn jifhem li jrid bilfors jibdel. Finalment jifhem dak li trid tmexxija demokratika futura. Jifhem fis-sustanza kemm huwa tajjeb li jdaħħal fil-kalatura tiegħu, u miegħu, lil dawk li għandhom ideat kontra tiegħu.
BORMLA - RESTAWR TA’ MTIEĦEN
31950. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28911 dwar ir-restawr ta’ mtieħen f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-Mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa tiġi restawrata? Jista’ jgħid ukoll x’hemm maħsub fir-rigward tal-Mitħna ta’ Santa Margerita?
04/11/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li r-Restawr fuq il-mitħna ta’ San
Ġwann t’Għuxa issa jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jitlesta fl-ewwel xhur
tal-2026. Sadanittant bdew ukoll jitħejjew is-sejħiet għall-offerti
għar-restawr tal-Mitħna ta’ Santa Margherita, bil-pjan li l-ewwel fażi ta’ dan
il-proġett jinbeda fit-tieni nofs tal-2026. Ir-Restawr taż-żewġ imtieħen hu
mmexxi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.
Seduta 404
12/11/2025
FIT-TRIQ IT-TAJBA
1. Hemm numru ta’ punti li wieħed irid jieħu ħsieb jikkunsidra fl-għarbiel ta’ x’soċjetà u struttura demokratika nħaddnu. Bejn realtà ...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...