31709. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31332, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti imwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella twasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli, ġewx ippreparati?
27/10/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li t-tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni
tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan
l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali
tal-Fortizza Ricasoli qegħdin fil-fażi ta’ preparazzjoni.
Seduta 396
03/11/2025
No comments:
Post a Comment