18.11.25

BORMLA - RESTAWR TA’ MTIEĦEN

31950. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28911 dwar ir-restawr ta’ mtieħen f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-Mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa tiġi restawrata? Jista’ jgħid ukoll x’hemm maħsub fir-rigward tal-Mitħna ta’ Santa Margerita?

 

04/11/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li r-Restawr fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa issa jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jitlesta fl-ewwel xhur tal-2026. Sadanittant bdew ukoll jitħejjew is-sejħiet għall-offerti għar-restawr tal-Mitħna ta’ Santa Margherita, bil-pjan li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jinbeda fit-tieni nofs tal-2026. Ir-Restawr taż-żewġ imtieħen hu mmexxi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

 

Seduta  404

12/11/2025

No comments:

VUĊIJIET GĦAS-SEWWA

1. Dawk li jkollhom il-poter, ħafna drabi jinsew li hemm linja importanti fil-ġudizzju tal-ħajja. Dik li permezz tagħha tagħżel dak li...