10.11.25

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU - ILMENTI

31712. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31438 rigward il-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa, f’Pembroke, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità irċevitx ilmenti dwar dan, f’dawn l-aħħar ħames xhur?

 

27/10/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li kemm l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kif ukoll l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol irċevew ilmenti dwar trab u storbju f’siti ta’ kostruzzjoni ġewwa Pembroke. Apparti minn hekk nikkonfemra ukoll li uffiċjali miż-żewġt entitajiet għamlu spezzjonijiet dwar dawn l-ilmenti u ittieħdu l-passi neċċessarji.

 

Seduta  396

03/11/2025

No comments:

NISTENNEW IX-XEMX TIELGĦA?

1. Sena ġdida ġġib magħha ħafna tamiet lejn dak li ġej. Dawk marbuta ma’ ħajja aħjar u soċjetà daqshekk ieħor. Dawk personali fit-taql...