31624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31326 u jindika kemm kien hemm dgħajjes magħrufa bħala tal-pass li kienu reġistrati sal-aħħar ta’ Settembru 2025 mal-awtoritajiet taħt il-Commercial Vessel Certificate u li għandhom dak li jissejjaħ is-siġill aħmar, kif ukoll jgħid kemm kien hemm dgħajjes li huma reġistrati taħt il-Commercial Vessel Certificate sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
23/10/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm total ta’ 1,601
dgħajsa reġistrata taħt l-Commercial Vessel Certificate, li 65 minnhom għandhom is-siġill aħmar.
Seduta 394
28/10/2025
No comments:
Post a Comment