31620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?
23/10/2025
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lil Onor.
Interpellant li permezz tal-emendi fil-liġi tal-Kap. 604 li daħlu fis-seħħ
fl-ewwel ta’ Settembru, 2024, l-Awtorità tad-Djar tinvestiga kull rapport li
jaslillha fuq iffullar żejjed pertinenti għal kirjiet fil-privat.
Seduta 393
27/10/2025
No comments:
Post a Comment