31455. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30581 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
15/10/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li fis-16 ta’
Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
madwar il-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. Waqt din l-ispezzjoni ma ġiex
innutat ħmieġ ta’ ħamiem fit-triq, iżda kien hemm numru ta’ ħamiem fil-pjazza
ta’ quddiem il-knisja u fil-bandli ta’ wara l-knisja. F’ċertu partijiet
tal-faċċata tal-knisja, ġie nnutat xi akkumulu ta’ ħmieġ tal-ħamiem.
Seduta 393
27/10/2025
No comments:
Post a Comment