23.10.25

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

31438. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31143, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika rispettivament u jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa?

 

15/10/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni jagħmlu spezzjonijiet regolari marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju ġewwa Pembroke.

 

Seduta  390

20/10/2025

No comments:

FIT-TRIQ IT-TAJBA

1. Hemm numru ta’ punti li wieħed irid jieħu ħsieb jikkunsidra fl-għarbiel ta’ x’soċjetà u struttura demokratika nħaddnu. Bejn realtà ...