8.10.25

IL-BELT VALLETTA - PJAZZA JEAN DE LA VALETTE - RESTAWR TA’ MONUMENT

30872. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29757, jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta wara l-ispezzjoni li kellha ssir fuq il-monument dedikat lill-Gran Mastru Jean La Valette, fil-Belt Valletta, billi dan għandu bżonn ta’ attenzjoni?

 

25/09/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Wara li rajt li ssir spezzjoni ninsab infurmat li kien sar condition assessment minn Heritage Malta li rriżulta li l-monument għandu bżonn intervent li jdum madwar ġimgħa bi tnejn min-nies. Nippreċiża li dan m'huwiex inkluż fil-lista tal-monumenti nazzjonali. Għaddejjin it-taħditiet interni meħtieġ mal-Kunsill Lokali tal-Belt biex dan ix-xogħol isir.

 

Seduta  382

01/10/2025

No comments:

IL-GUDJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ki...