16.10.25

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

31144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?

 

03/10/2025

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  387

13/10/2025

No comments:

IL-MEDJAZZJONI F'PAJJIŻNA

1. Huwa dejjem tajjeb li dawk li jispiċċaw, jew jafu li ser jispiċċaw f’kawża, ikollhom mod ta’ kif jaslu fi ftehim qabel. Fis-sistema...