31623. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30209 u 30210, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31327 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30209, jista’ l-Ministru jara li d-direzzjoni li jitneħħew it-tliet parking bays fi Triq Biċe Mizzi Vassallo, f’Santa Luċija u jinġieb kollox kif kien qabel, tiġi effettwata billi sa issa tneħħiet waħda biss u dan b’diffikultajiet varji għar-residenti?
23/10/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali ta’ Santa Luċija li l-Parking Bays fi Triq Biċe Mizzi Vassallo li qed
issir riferenza għalihom, ġew imneħħija fis-6 ta’ Ottubru 2025.
Seduta 393
27/10/2025
No comments:
Post a Comment