31.10.25

ĦAL TARXIEN - PROBLEMA TA’ INDAFA U SANITÀ PUBBLIKA FIL-MADWAR TAL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-AGOSTINJANI

31454. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30582 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?

 

15/10/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li meta fis-16 ta Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani Ħal Tarxien, ma ġiex innutat ħamiem salvaġġ fl-akkwati.

 

Seduta  393

27/10/2025

No comments:

SANTA LUĊIJA - INFRASTRUCTURE MALTA - SPIŻA FUQ TOROQ

31629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid...