31453. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30583 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
15/10/2025
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li fis-17 ta’
Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
fi Triq Santa Marija, Gudja u l-madwar. Waqt din l-ispezzjoni ma ġie nnutat
l-ebda ħmieġ jew ħamiem salvaġġ fl-akkwati.
Seduta 392
22/10/2025
No comments:
Post a Comment