20.9.24

SANTA LUĊIJA - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA

19784. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

 

05/06/2024

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Santa Luċija kien hemm benefiċjarju 1 li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €3,421.18, u 2 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €9,563.96, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta żgumbrament.

 

Seduta  253

01/07/2024

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...