20.9.24

IL-GUDJA - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA

19782. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

 

05/06/2024

 


ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Gudja kien hemm 7 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €38,407.01, u 16-il benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €58,636.80, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta’ żgumbrament.

 

Seduta  253

01/07/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...