20.9.24

ĦAL TARXIEN - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA

19786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

 

05/06/2024

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Ħal Tarxien kien hemm 38 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €155,987, u 40 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €138,447, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żgumbrament.

 

 Seduta  253

 01/07/2024

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...