Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
24.9.24
IS-SINJALI TAŻ-ŻMINIJIET
Alexis de Tocqueville (1805-1859)
2. L-awtur ta’ ktieb mhux daqshekk familjari bħal ma huwa l-klassiku Democracy in America (1835-1840), fil-ktieb tiegħu bl-isem ta’ The Old Regime and the French Revolution (1856), dan il-ħassieb jibda l-analiżi tiegħu b’osservazzjoni interessanti. Waqt li ser jibda jgħarbel x’wassal għar-Rivoluzzjoni Franċiża huwa jgħid hekk: “Philosophers and statesmen may learn a valuable lesson of modesty from the history of our Revolution, for there never were events greater, better prepared, longer matured, and yet so little foreseen.” (Filosfi u bnedmin tal-Istat jistgħu jitgħallmu lezzjoni siewja fil-modestja mill-istorja tar-Rivoluzzjoni tagħna għax qatt ma kien hemm eventi daqshekk kbar, ippreparati tajjeb, misjura fit-tul, però li xorta ftit setgħu jagħrfuhom.) Tista’ tħares filgħodu lejn ix-xemx tielgħa kuljum, imma ma tagħrafx il-ġurnata meta ser ikun hemm il-maltempata. Taħseb li taf u li inti kapaċi tikkontrolla, imma fil-fatt ma tkunx qed tanalizza sewwa l-affarijiet.
Aqra sew
3. Hemm min kontinwament jistedinna sabiex naqraw bejn il-linji. Naqraw dak li mhuwiex miktub jew dak li mhuwiex magħdud imma li ġej għalina. Iktar u iktar f’soċjetà fejn hemm abbandun tal-għeruq tagħna, traskuraġni fl-affarijiet li jimmeritaw attenzjoni u dożi ta’ disprezz lejn il-kultura u l-istorja. Kif qrajt u nħoss li ninsab fih meta ngħadli mill-ġurista Manlio Bellomo: “Un continente che ignora il proprio passato è come una persona che ha perso la memoria.” (Kontinent li jinjora l-passat tiegħu huwa bħal din il-persuna li tilfet il-memorja). Forsi sforz id-dinja u l-ambjent sħiħ li ngħixu fih. Inkella aktar, in-nuqqas fil-prijoritajiet nazzjonali sabiex il-bnedmin fuq dawn il-gżejjer jaqraw u jixtru aktar kotba bħala proċess essenzjali lejn il-paċi u l-istabilità. Proċess li jekk ma jseħħx jaf iwassal għal iktar indifferenza.
David Lammy (1972)
4. F’dan il-kuntest qrajt dak li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit reċentement maħtur għandu xi jgħid fil-ktieb Tribes (2020): “Indifference is poison to democratic politics. Meaningful options are vitali f we are to offer people choice. Debate is necessary for us to further understanding, to synthesise opposing viewpoints and to come to wise conclusions. Yet complaints about apathy in our politics feel strange and foreign now.” (L-indifferenza hija velenuża għall-politika demokratika. Alternattivi siewja huma vitali jekk irridu noffru għażla lill-poplu. Id-dibattitu huwa neċessarju għalina biex nifhmu aktar, biex niġbru f’daqqa fil-qosor opinjonijiet differenti u li naslu għal konklużjonijiet għaqlin. Madanakollu l-ilmenti dwar l-apatija fid-dinja politika tagħna nħossha stramba u barranija llum.) Kliem li jimmeritaw aktar riflessjoni fid-dinja Maltija tagħna.
L-indifferenza
5. F’dan għandu jkun hemm qbil li l-indifferenza mhijiex ta’ ġid għas-sistema demokratika tagħna. Parti mill-messaġġ kontinwu tal-Papa Franġisku fl-appell tiegħu sabiex nieħdu sehem fid-dinja fl-aspetti sħaħ tagħha. Elaborat aktar, u fil-każ tiegħu iktar u iktar wara l-aħħar vjaġġ tiegħu. Xhud ħaj kontra l-indifferenza. Imma fid-dinja politika hemm żewġ livelli tagħha. Dik tal-poplu li qiegħed jinqata’ mill-ħajja pubblika, għalkemm mhux neċessarjament mill-ħidma tiegħu għal bnedmin oħra. Fuq l-oħra, dak tad-dinja politika li flok tibgħat messaġġi ta’ tama u li minnhom il-mexxej jagħraf id-direzzjoni li l-pajjiż irid, hemm minflok il-kontra. Iktar u iktar fil-kuntest sħiħ li hemm l-għarfien li numru ta’ problemi soċjali ħarġu barra mill-idejn u ma jistgħux jiġu kontrollati. Fejn ma hemmx, anqas, forom ta’ soluzzjonijiet ta’ xi ħadd li qiegħed ifiehem u jispjega, imma li qed jieqaf biss fil-linji tal-platitudnijiet.
Dibattiti
6. F’dan, kif jgħid tajjeb Lammy, hemm bżonn ta’ soċjetà fejn ikun hemm iktar dibattiti. Aktar diskussjonijiet pubbliċi bejn il-mexxejja varji fid-dinja politika, soċjali, ekonomika u kulturali. Wiċċ imb’wiċċ nagħrfu aktar li ż-żewġ naħat huma bnedmin. Mhux biss, imma aktar f’dan iżżarma l-ideat żbaljati u fundamentalisti. Iktar minn dan taħrab is-saħħa li tingħata lill-estremiżmi tal-lemin u tax-xellug, li jsibu ruħhom komdi jiddikjaraw mingħajr ma jiġu kontestati bil-fatti. Forsi f’dan għandna nagħrfu li l-indifferenza hija magħna u hija parti miż-żminijiet. Minnha però rridu nagħrfu li ser jitwieldu reazzjonijiet varji li jridu lil min jifhimhom, qabel ma jkun tard wisq għalina. F’dan, ċertament inħares ’il quddiem u nittama fil-vantaġġi li joħorġu minn soċjetà demokratika li tiddibatti, fil-bżonn qawwi u attwali sabiex verament tagħraf is-sinjali taż-żminijiet tagħna.
TIBDILIET
Kontenut
2. Tlaqt nikteb għax nippreżumi li Draghi m’għandux bżonn wisq ta’ introduzzjoni magħna. Ilu fl-istituzzjonijiet demokratiċi Ewropej u x-xenarju jafu sewwa. Gvernatur tal-Bank Ċentrali Taljan u dak Ewropew, kif ukoll Prim Ministru tal-Italja. Bniedem ta’ ideat u kultura li dak li jgħid jiġbed l-attenzjoni. Mimli b’esperjenzi varji, illum fl-età ta’ sebgħa u sebgħin sena. Proprju għalhekk li wieħed ma jistax jinjora dak li jindika dan ir-rapport. Hemm twissijiet varji li jmissu fil-laħam il-ħaj, fuq naħa u jitlob miżuri determinanti. Fih hemm sejħiet varji biex jinbidlu diversi direzzjonijiet. Dan f’dak li jikteb tant tajjeb meta jgħid li din hija sfida eżistenzjali għall-Unjoni Ewropea.
Futur tal-Kompetittività
3. Dan huwa t-titlu ta’ dan id-dokument twil, iżda li fih ma hemmx ripetizzjonijiet, u li kull paġna titlob riflessjoni. F’dan, il-kliem huwa meqjus. Fuq naħa ma jaħrabx mir-realtà, u fuq in-naħa l-oħra jindika fejn irridu nimxu bħala Ewropej. Partikolarment għal dawk li setgħu, jew jistgħu jaslu sal-introduzzjoni jagħrfu li kien attent ħafna għall-għażla tal-kliem, li huma preċiżi ħafna. Il-figuri ma jmerihom ħadd, iktar u iktar jekk hemm l-analiżi tagħhom minn bniedem bħalu. Forsi wkoll f’dan wieħed jagħraf li hemm riflessjonijiet li huwa ilu jagħmel tul dawn is-snin ta’ esperjenzi varji li jimmarkawh fl-importanza ta’ dak li jingħad.
Iktar produttività
4. Huwa jgħid hekk: “If Europe cannot become more productive, we will be forced to choose. We will not be able to become, at once, a leader in new technologies, a beacon of climate responsibility and an independent player on the world stage. We will not be able to finance our social model. We will have to scale back some, if not all, of our ambitions.” Sejħa diretta sabiex fuq naħa nifhmu r-realtà fl-Ewropa li qegħda ssib ruħha attakkata f’dak li kienet, u fuq l-oħra sabiex inkunu iktar razzjonali f’ħidmietna. F’ħafna sens ukoll sejħa sabiex il-vantaġġi tal-Unjoni Ewropea jiġu utilizzati b’għaqal. Mhux biss, imma l-kriterji tar-riformi, tibdiliet, direttivi varji li jingħadu u jsiru jidħlu fil-kwadru ta’ strateġija komuni. Komuni fi ħdan il-Membri. Komuni wkoll internament fid-diversi dekasteri u partijiet tagħha.
Fl-Għaqda
5. Hemm mumenti fl-istorja tagħna meta imperi, sabiex jaħdmu aħjar, inqasmu fi tnejn, jew tlieta, jew erbgħa. Imma hawn, l-argumenti huma preċiżament il-kontra ta’ dan. Is-sejħa Ewropea hija li wieħed jifhem li dak li hemm bżonn li jiġi maqbul u mibdul isir minn kull Stat Membru. Ħadd mhu ser jirnexxilu jkampa waħda u għal rasu, jekk mhux f’daqqa. Iktar u iktar meta tul dawn il-ħames snin ser nibqgħu naraw ukoll aktar Stati Ewropej li jsiru membri. It-tkabbir fl-influwenza politika ma jistax jiddependi biss minn dik ġeografika, imma jrid ferm aktar. Hemm bżonn qawwi li nikkordinaw iktar f’daqqa. Imma f’dan, kemm il-mexxejja preżenti fl-Istati varji tal-Unjoni huma kapaċi, l-ewwel jifhemu, u t-tieni jaġixxu, hija ħaġa oħra.
Ma hemmx dewmien
6. F’dan wisq nibża’ li ser ikun hemm min jaħseb li dan huwa wisq ambizzjuż, u li politikament ma jaqbillux jidħol għalih. Fid-dinja hemm dejjem il-qasma bejn dawk li jwettqu dak li għandu jkun fis-sewwa u dawk li jħarsu lejn il-konvenjenzi tagħhom. Mentri s-sejħa għall-bidliet hija neċessarja, u fi gradi varji, urġenti. Fid-diversi partijiet li laqtuni, hemm hekk: “We should abandon the illusion that only procrastination can preserve consensus. In fact, procrastination has only produced slower growth, and it has certainly achieved no more consensus. We have reached the point where, without caution, we will have to either compromise our welfare, our environment or our freedom.” Jekk lesti nibqgħu għaddejjin kif aħna u ninjoraw dak li qiegħed jinġabar madwarna naħseb li nkunu qed niżbaljaw.
Dibattitu Nazzjonali
7. F’dan ninkwieta iktar jekk dan ir-rapport ma jsirx parti mid-dibattitu f’pajjiżna. Iktar u iktar jekk fi ftit jiem oħra ser nidħlu fil-kuntest tal-Budget għas-sena li ġejja. Naħseb li rridu nqegħdu sew il-pożizzjoni ekonomika tagħna fil-kuntest. Nifhmu dak li l-Unjoni Ewropea hija mħajra li taqbad u fl-istess ħin nikkalibraw ħidmitna fiha. Hemm partijiet kbar li japplikaw direttament għalina. Miżuri li ser jitolbu deċiżjonijiet politiċi differenti hawn. Fuq l-oħra li nifhmu numru ta’ vantaġġi li diġà għandna fil-kuntest sħiħ ta’ dak li Mario Draghi qiegħed jindika. Ċertament huwa mument ta’ sfidi kbar u waqt li fuq naħa nistaqsu kemm aħna kapaċi għalihom politikament u ekonomikament, fuq l-oħra rridu nassiguraw li aħna ser inkunu f’pożizzjoni li jsiru. Ejja ma nibqgħux nilludu ruħna, u nifhmu li l-proċess tal-bidliet beda u rridu nkunu ippreparati għalihom.
20.9.24
FIT-TRIQ ID-DRITTA
Riedu saħħa
2. M’hemmx dubju li s-sejħiet għall-indipendenza u forom aqwa ta’ libertà mill-kolonjaliżmu Ingliż saru qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Diversi politiċi, l-iktar ukoll, imma mhux uniċi, min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li semmew il-vuċi tagħhom u kellhom il-kuraġġ iħarsu lejn futur differenti. Wieħed immexxi mill-Maltin, mingħajr il-bżonn ta’ ebda Stat ieħor dominanti. Ma kenitx faċli dik l-opinjoni, fi gżira fejn biha tassigura li tkun imqiegħed fil-ġenb. Mhux favorit, u anqas mogħti l-ispazju li għandu jingħata ċittadin liberu tad-dinja. Biss, anki f’dan, kien daqshekk ieħor kuraġġuż li wara dak li għaddiet minnu d-dinja bdew jikbru aktar il-vuċijiet favur. Vuċijiet favur it-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħna.
Traġedja mondjali
3. Tmiem dak il-konflitt ma kienx għal dawk li kienu għadhom qed jgħixu fil-prospett ta’ ħajja aqwa. Pajjiżna mkisser u l-Ewropa ta’ madwarna wkoll. Il-futur kien isbaħ għax kien hemm ġej żmien ta’ paċi. Imma biex tibni ekonomija u tibni lura dak kollu li twaqqa’ ma kienx ser ikun faċli. Iktar u iktar jekk kellna nsiru indipendenti u nimxu għal rasna. F’dan seta’ kien hemm min qagħad lura. Kien hemm min ħass li ma kienx il-mument propizju. U diversi wkoll li kellhom il-fehma li aħna m’aħniex kapaċi nimxu ’l quddiem waħedna. Fortunatament, minkejja dawn iċ-ċirkostanzi fejn kien hawn faqar u akkarija, xorta kellna politiku li ried li nibqgħu nimxu lejn din il-mira. Persuna li kellu l-ideat ċari, li storikament konna kapaċi u għalhekk, storikament konna ser inkunu kapaċi.
4. Dawn is-sittin sena wrew bil-provi li George Borg Olivier u dawk kollha li ngħaqdu warajn fis-snin kellhom ilkoll raġun. Pajjiżna mexa sew f’linja ta’ progress kbir. Anzi, kull darba, f’kull żmien rajnih jirbaħ dejjem iktar il-fiduċja fih innifsu. Jemmen li kapaċi u jimxi. It-triq ma kienet faċli xejn, imma kien hemm diġà min ħa ħsieb li barra l-ħolm politiku jkollu wkoll programm politiku. Kif tibni Stat demokratiku u modern sabiex, biċċa biċċa, jinbena aħjar. Il-passi inizjali tagħna kienu mimlija kawtela u attenzjoni. Imma immirati sabiex niġu aċċettati fost l-istati tad-dinja, Mediterranji u Ewropej. Ma sirniex bravi mill-ewwel, imma kellna diversi bnedmin li tgħallmu u mxew sabiex isem il-Maltin u l-Għawdxin ikun fil-kotba t-tajba tagħhom.
Tiskopri
5. Meta tmur lura f’dawk is-snin ta’ qabel l-Indipendenza u wara, kull darba tiskopri kemm diversi bnedmin kellhom għal qalbhom is-sens tal-Istat Malti. Kemm ħarsu sabiex jaħdmu biex l-affarijiet isiru sewwa u kif għandhom ikunu u mhux skont il-konvenjenza. L-Arkivji Nazzjonali tagħna huma miżgħuda b’informazzjoni fuq ħidmet dawk li ġew qabilna. F’dan tgħallimna, ċertament, għax kien hemm mumenti fejn kien hemm kunflitti politiċi u l-pożizzjoni mimlija tensjoni, imma għarafna nissuperawhom. Għarafna, fil-kumplikazzjonijiet, li d-dinjiet soċjali u ekonomiċi ressquna li nimxu lejn dak li aħna llum. Fil-verità għandna għax inkunu kburin bina nfusna u b’dak li waslna għalih. Ħadd ma jista’ b’xi mod jgħid li kien hemm min, f’xi mument, li riedna mmorru lura u nitilfu l-indipendenza tagħna. Il-poplu seta’ kien indeċiż u maqsum, imma wara ma kienx hemm partit jew bnedmin li nsistew li nsiru kolonja mill-ġdid. Dak li sar, fil-fatt, irnexxa.
Inħarsu ’l quddiem
6. F’dan, aktar, għandna raġunijiet biex inħarsu ’l quddiem Jekk fil-preżent hemm il-kritika u l-polemika, din mhijiex fattur ta’ passi lura, imma l-kontra. Il-verità hija li tant ilkoll irridu l-ġid ta’ pajjiżna, tant irriduh jimxi aktar, li leħinna nsemmgħuh sabiex nibdlu dak li narawh mhux qiegħed jaħdem kif għandu. Għad għandna d-demm politiku jbaqbaq biex il-viżjoni u l-ħolma ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ u twal ta’ Maltin tibqa’ tirnexxi u titwettaq. Inħares lura u ngħid kemm aħna debituri lejn id-diversi li ħadmu għal dan. Kemm għandna nuru, fuq naħa r-rikonoxximent, u fuq l-oħra kemm għandna nkunu aktar attenti biex nirrispettawhom. Forsi nħoss ftit aktar dan f’dan l-anniversarju meta nħares lejn dak li persuni fil-familja, nannuwi u missieri wettqu sabiex dan iseħħ. Għamlu huma lkoll l-għażliet ġusti u tajba għalina. Ħadmu b’determinazzjoni u perseveranza. Illum, fis-sittin sena tal-Indipendenza tagħna, għandna għalhekk nagħrfu dejjem aktar li dan seħħ għax qabdu għalina t-triq id-dritta: dik tal-libertà u l-ġustizzja.
FIL-QALB TAJBA - APPREZZAMENT TA' KARL GOUDER
Sirt nafu
2. Lil Karl Gouder ma kontx nafu salv meta ġie elett fil-Kamra tad-Deputati. Kien żiffa ħelwa ta’ bidla. Bniedem li kien moħħu biex isir jaf u jsegwi. Ma ġiex jinfurmana li x-xemx kienet telgħet u daħlet hemm ġew meta daħal hu. Ġie, anzi, b’umiltà kbira u b’qalb daqstant ieħor ippreparata biex titgħallem. F’ebda mument ma qbadtu jissuppervja jew idawwar wiċċu. Ġie maħbub minn diversi kollegi, speċjalment dawk li bdew jammiraw lil dan il-ġuvnott mimli enerġija u ideat differenti. Dan kien iktar jidher għax ma kienx ibati biex iressaq argument, u d-diskorsi tiegħu kienu diretti lejn il-punt. B’attenzjoni, bil-galbu, immirati biex jilħqu l-kostitwenza tiegħu. Imma mhux biss. F’ebda mument ma kien jiżra’ l-mibgħeda jew jagħmel għadu politiku.
Mhux darba jew tnejn
3. F’dik il-leġislatura mill-iktar diffiċli u mimlija bi problemi x’jiġu ikkonfrontati konna ngħidu xi kelma jew tnejn. Biss, hu kien fost dawk li spikka fil-lealtà u fl-onestà. Ħadd ma kellu xi kelma iebsa jew tmaqdir kontra tiegħu. Biss, anki f’dan, ma nistax ngħid li sirt nafu biżżejjed u naħseb li anqas hu lili f’dak li kelli naffronta, speċjalment fix-xhur tal-gwerra ċivili Libjana u wara. Kif żviluppaw l-affarijiet, fl-elezzjoni ġenerali tal-2013, sforz miżinformazzjoni kbira u tkasbir tagħna b’dożi qawwija ta’ assassinju tal-karattru fix-xejn u kollox barra veritiera, numru ta’ deputati sodi u twajba ma ġewx ri-eletti. F’dan, il-Partit tilef diversi komponenti importanti, li wara dak iż-żmien diffiċli u qares waqqfu l-esperjenza politika tagħhom. Imma hu, fortunatament, baqa’ għaddej.
Ri-elett
3. Sab ruħu lura magħna ftit wara, ri-elett mill-volontà popolari. Hemm ġejna ftit iktar viċin, għax kont tlabt lill-Kap ta’ dak iż-żmien biex jikkunsidra li jibgħatu fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej. Hekk seħħ, u attendejna numru sew ta’ laqgħat flimkien. Attent bħas-soltu, u ma kienx jitlaq jiġri. Ħidma koordinata sabiex dak li ridna jsir nippruvaw inwettquh. Kien żmien li kellu huwa wkoll il-kumplikazzjonijiet tiegħu, fi staġun li naħseb li jien u hu kellna l-kelma ‘paċi’ f’qalbna. F’dan ridtu jieħu kemm jista’ esperjenza u kont ninsisti mal-Frosta, anzi nippreferi, li f’numru sew ta’ laqgħat kien jattendi hu biex jirrappreżenta lill-Kumitat min-naħa tal-Oppożizzjoni. Qatt ma żbalja, u wara kien jiltaqa’ miegħi biex jgħidli x’ġara u niddiskutuh.
F’dan fehem
4. Għalkemm fl-aħħar elezzjoni ma kienx ġie elett, u seta’ jikkontesta wara l-elezzjonijiet każwali, għażel li jibqa’ lura. Daħal b’aktar ħidma u dedikazzjoni fl-organizzazzjoni tal-vuċi tal-Partit. Fehem li l-Partit kellu aktar bżonn tat-talenti uniċi tiegħu hemm ġewwa milli fil-Kamra tad-Deputati. F’dawn is-sentejn, ċertament b’mertu partikolari tiegħu, ġejna mismugħa ferm iktar minn qabel. Pass importanti ħafna, dejjem jekk partit mill-bank tal-Oppożizzjoni jrid verament imur iservi fil-Gvern. Ried jibgħat il-messaġġ li hemm it-tiġdid, u ried ukoll jesponi deputati li kienu għadhom kif ġew eletti. Biex jitgħallmu u jiġbru l-esperjenza. Paġni ġodda fil-Partit. U f’dan huwa kien qiegħed iwettaq l-ikbar sagrifiċċju personali. Ħalla l-karriera parlamentari għat-twettiq tal-ġid tal-Partit.
Kienet sorpriża
5. Kienu ġew qaluli li wara li l-kollega Michael Piccinino kien iddikjara li ser jieħu pass lura mill-kariga, huwa kien imħajjar isir Segretarju Ġenerali. Għidt: proċess ieħor. Biss ukoll: tirbħu naħa u titilfu oħra. B’sorpriża għalija kien ċempilli ftit ilu biex jgħidli li dan kien minnu, u ried jinfurmani direttament. Ħassejtu ġest mill-isbaħ, aktar u aktar meta l-bibien kien hemm min sakkarhom sew għalija. Awgurajtlu u fakkartu li ma kellix vot fl-Eżekuttiv tal-Partit, imma huwa xorta ried, b’kordjalità u naħseb biex ma jonqosnix, jgħidli fejn kien sejjer. Għidtlu biss li jekk ried l-għajnuna, naħseb li għadni kapaċi nagħtiha fil-bżonn li norganizzaw verament mill-ġdid il-Partit.
Ma kellux ikun
6. Kif nafu, il-bniedem jipproponi, imma ma jistax jiddisponi. L-affarijiet ħadu triq oħra. Waħda li caħħditna mill-kapaċitajiet u t-talenti kbar tiegħu. Waħda li nafu li diffiċli ssib lil min hu kapaċi bħalu. Waħda li tweġġa’ u żżommna f’niket kbir, imma li m’għandniex nintilfu fejn huwa, għal min kien jafu, ċertament ma ridniex li mmorru. Waħda li kull persuna għandha taċċetta u li ħadd ma jista’ jipprova jistaqsi għala talab appuntament kmieni mal-Ħallieq Tagħna lkoll. Nistgħu biss nirrikonoxxu l-qalb tajba u umli tiegħu. Niftakruh bit-tbissima li kellu u fl-għarfien li għalkemm seta’ kellu punt li ried iwassal, ma kellux ħlief intenzjonijiet tajba. Inżommuh għalhekk f’qalbna f’dak li qsamna miegħu, u f’dak li jiswa’ l-aktar: fit-talb tagħna. Mill-qalb noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja tiegħu.
LEZZJONIJIET TAJBA
Proprju f’dan
2. Ħassejt li m’għandix nillimita ruħi għall-Partit Laburista u ġibt ukoll tnejn min-naħa Konservattiva. Memorji ta’ Teresa May (1956) u min kien imexxilha l-uffiċċju tagħha. Deherli però li għandi nitlaq minn dawk fil-Gvern biex nagħtihom preċedenza u fl-istess ħin nagħrbilhom xi ftit aħjar. F’kelma waħda, x’tip ta’ politiċi u ministri hemm. Huma dawk li għandhom ideat, li għandhom kultura, li għandhom formazzjoni politika. Inkella humiex persuni popolari li daqu wkoll il-velenu tal-populiżmu u sabu ruħhom bil-poter f’idejhom minħabba dan. B’hekk forsi wieħed jifhem xi ftit aktar sewwasew min ser imexxi: jekk huwiex il-ministru jew il-potenti Civil Service Ingliż. Mhux biss, imma aħjar, il-metodoloġija u d-direzzjoni ġenerali fil-konflitti li invarjabbilment f’kull soċjetà tal-bnedmin jinqalgħu u diġà nqalgħu.
Lisa Nandy
3. Bdejt f’din it-triq minn kitbet din il-politiku ta’ ħamsa u erbgħin sena magħluqa. Twieldet fl-1979 u tirrappreżenta parti mill-ġenerazzjoni l-ġdida fi ħdan il-Partit Laburista. Bħalissa qegħda tokkupa l-kariga xejn faċli ta’ Secretary of State for Culture, Media and Sport. Ħajja interessanti, okkupata b’impenn kostanti favur il-batut u dawk li huma l-iktar ’l isfel fis-soċjetà. Fix-xellug, imma forsi ferm aktar lejn iċ-ċentru xellug li Tony Blair (1953) kien u għadu jadvoka. Qrajt f’din it-triq il-ktieb tagħha All in. How we build a country that Works (2023), li ġie stampat ftit qabel l-elezzjoni ġenerali. Fih hemm diversi kapitoli li minnhom tista’ tifhem mill-ewwel li hija politiku ta’ kwalità. Taffronta l-problemi soċjali u ekonomiċi b’onestà u trasparenza diretta. Tħares lejn id-deċiżjoni Brexit b’attenzjoni u responsabbiltà. Tgħarbel dak li għadda u dak li jista’ fil-fatt isir mingħajr wegħdi fiergħa, u anzi, b’rabta kostanti mar-realtà. Kważi biża’ li tiddikjara li ser issir xi ħaġa li għada pitgħada tista’ ma sseħħx.
Qari
4. Tul il-ktieb stajt nosserva aktar li hija persuna li qrat u li għamlet ħafna riċerka. Ma titkellimx qabel tkun taf il-fatti u dak kollu li hemm fuq wara ta’ ċirkostanzi partikolari. L-isbaħ turi li għandha, fil-fatt, kultura politika. Tiċċita numru ta’ awturi li llum jiffurmaw u jsawru lil dawk li jridu politika serja, ’il bgħid mill-ipokresija. Waħda li torbot aktar ma’ trasparenza fid-deċiżjonijiet u r-responsabbiltà tagħhom. F’ħafna mumenti tiddeskrivi l-impenn soċjali tagħha flimkien ma’ diversi li raw it-tessut soċjali tagħhom jitmermer. Bnedmin li minħabba raġunijiet ekonomiċi jsibu li jingħalqu serviċċi bażiċi proprju jew għax il-Gvern naqqas l-ispiża, inkella għax kumpanniji kbar għamlu l-istess. Banek, uffiċċji tas-servizzi soċjali, dawk tal-posta, dawk fejn jinġabru l-bnedmin filgħaxija. Dak kollu li kien jikkostitwixxi ġabra u fl-istess ħin post ta’ diskussjoni.
Demokrazija
5. Il-ktieb jimmerita li jinqara minn dawk li jridu analiżi friska u differenti tax-xenarju politiku fil-pajjiż u fid-dinja wkoll. Hemm numru ta’ punti li joħorġu f’dan il-proċess. Bħal meta titkellem dwar demokrazija aħjar. Hija tgħid hekk: “Britain, a country that once was emulated across the world for its model of democracy, is failing at its own game. As we struggle to define who we are in the world after leaving one of the world’s biggest trading blocs, our democracy and our values should be our best export. Instead, we are in crisis. For all the lip service paid to moving power closer to the people, it remains too remote and too unaccountable to too many.” Proprju dan huwa wieħed mill-punti ċentrali tagħha: kif id-demokrazija ssir strument aqwa għall-ġid komuni tal-poplu.
Fiċ-Ċentru
6. Iktar interessanti huwa li hi li hi ġejja mix-xellug tal-Partit Laburista, fil-fatt taqbel mal-filosfu Amerikan Michael Walzer (1953) li jgħid li: “We have to stand in the centre and on the left at the same time. That may be complicated but it is our historical task.” Iċ-ċentru fih ħafna vantaġġi li l-istorja tgħallem u tagħti lezzjonijiet dwarhom.
X’inhija l-politika
7. Biss f’dan tiddikjara aktar, kważi bi proċess ulterjuri, x’inhija l-politika għaliha ’l quddiem. Hija tgħid hekk: “For me, politics is about negotiating shared challenges in the interest of the many. It is rarely straightforward. Just like life, it requires give and take, compromise and the ability to change your mind. Politics is complicated because life is complicated. We need a political system that doesn’t try to erase that complexity and messiness at the heart of the human condition but embraces it and finds the way through.”. Pożizzjoni politika mill-iktar interessanti u li tmiss direttament mar-realtà tal-ħajja.
Hemm iktar
8. Il-ktieb fih ferm iktar x’taqra minn dawn il-punti, imma ċertament jimmarka kwalità aqwa ta’ bnedmin fis-servizz tal-ħajja pubblika. Ovvjament, altru tikteb u altru tipprova tqiegħed fil-prattika dak li taħseb. Fis-snin li ġejjin ser inkunu nistgħu nagħrfu aħjar kemm ilkoll f’daqqa, fejn “All in”, naraw jekk irnexxiex il-pjan sabiex wieħed jara “How we build a country that Works.” Lezzjonijiet tajba anki għalina fil-Partit Nazzjonalista.
REAZZJONARJI, ĠUSTIZZJIERA U PURITANI
1. Xi żball politiku huwa dak li partiti moderati jabbandunaw il-vokazzjoni tagħhom. Jaqbdu toroq li jeħduhom lejn l-estremi, fil-ħsieb li hekk ser jiġbru l-kunsens elettorali. Id-dinja dak trid turina. Nittama biss li aħna f’dawn il-gżejjer ma nkomplux nittieħdu. Iktar u iktar meta hemm kriżi li ma tinftehimx ta’ identità politika. Waqt li nsegwu dak li hu għaddej f’xenarji politiċi oħra qed nagħrfu aktar kif il-partiti li għandhom ikunu fiċ-ċentru, ċentru-xellug jew ċentru-lemin sejrin lejn iktar xellug u iktar lemin. U ppermettuli ngħid dan: min jaħseb jew jilludi ruħu li m’għadhomx jeżistu dawn il-pożizzjonijiet, fil-fatt huma ħajja u b’saħħithom. Fuqhom jiddependu l-futuri tajba ta’ popli u stati nazzjonali.
Fid-Dinja Ewropea2. F’dan, huwa iktar ċar dak li qiegħed jitwelled u jittieħed f’kuntesti oħra ix-xenarju fil-Partit Konservattiv Ingliż. Flok passi lura lejn iċ-ċentru moderat fil-valuri u l-ħsibijiet Ewropej u Nsara tagħhom, sejrin il-kontra. Il-kandidati li resqu ’l quddiem biex jimlew il-post ta’ Kap tal-Partit qegħdin joffru aktar lemin. Diġà l-Partit huwa nieqes minn demm ġdid. Diġà huwa fi kriżi elettorali wara l-aħħar telfa kbira tiegħu, fejn tilef siġġijiet mal-Partit Laburista kif ukoll mal-Partit Liberali u l-Ħodor. Diġà f’dan għandu għaddejja diffikultà ta’ identità ideoloġika tiegħu bl-isfidi li mess mal-partiti tal-lemin estrem. Dan kollu, flok qiegħed iġib il-Partit biex jaqbad it-triq li jkun alternattiva demokratika f’elezzjonijiet futuri, minflok qiegħed jipprova biss jogħġob lis-segwaċi l-iktar konservattivi tiegħu. Ċertament xejn qawwi fil-futur.
Meta tibqa’ lura
3. Meta partit jibqa’ lura mis-sejħa li twaqqaf għaliha sabiex ikun fiċ-ċentru moderat jiftaħ l-ispazju għall-estremi. Ma jkunx hu li jkun kapaċi jirrappreżenta dawn l-ideat, imma jikkrea aktar il-vojt fejn ħaddieħor jimraħ. Fil-Ġermanja, dan huwa li proprju qiegħed jerġa’ jikber. Iż-żewġ partiti prinċipali, dak Soċjal-Demokratiku fil-Gvern u dak Demokristjan fl-Oppożizzjoni, f’dożi u ċirkostanzi politiċi differenti hekk qed iġibu. Fl-aħħar riżultati reġjonali jidher li hemm żieda fil-voti lill-partit tal-lemin estrem AFD (Alternattiva għall-Ġermanja) u dak ukoll tax-xellug estrem BSW (Raġuni u Ġustizzja). Pożizzjoni li ċertament tfakkar diversi storiċi u politiċi f’dak li kien qiegħed jiżviluppa mitt sena ilu fil-passi qabel id-deċiżjonijiet tal-mistħija li ttieħdu. Jekk hemm min jaħseb li maż-żmien dawk fl-estremi jsiru moderati u raġjonevoli, naħseb li jkun qiegħed jidħak bih innifsu. Dawn, kif turi l-istorja, ġaladarba jaqbdu dik it-triq ikompli jmorru iktar fiha. Linja politika li, terġa’, l-esperjenza turi bil-fatti li kienet traġika mhux biss għalihom, imma wkoll għad-dinja. Għalkemm f’dan irid jibqa’ jingħad li għadu minnu li ħafna jibqgħu jiċħdu l-fatti u s-sewwa magħruf u jilludu aktar ruħhom.
Hemm indikazzjonijiet
4. Hemm aktar ċar li dawk li jimxu f’din it-triq jużaw metodi u strateġiji politiċi ripetuti. Numru ta’ drabi huwa aktar ċar li hemm ammirazzjoni diretta jew indiretta lejn mexxejja li nafu li kienu estremisti. Jekk minħabba ideat xejn ċari li jġorru, inkella minħabba kitbiet li jaqraw, jilludu ruħhom li hemm vantaġġi politiċi f’dik it-tattika. Jimitawhom mingħajr ma jammettu li qegħdin sakemm finalment jaġixxu aktar bħalhom. Din il-linja titlaq ċertament minn dik reazzjonarja. Hu x’inhu s-suġġett iridu jaqbżu fih u jridu jkunu kontroversjali. Ma jivverifikawx il-fatti u sempliċement jikkummentaw fuq dak li jidher u mhux fuq dak li attwalment hu. Jintervjenu fejn m’għandhomx. Inkella, fejn m’għandhomx. Flok jaġixxu ta’ persuni razzjonali narawhom bħala dawk li jappellaw għal istinti oħra. Fejn l-bieb għall-mibgħeda, għall-intolleranza u għat-tkissir demokratiku jinfetaħ beraħ.
Giljottini
5. Kemm huwa aħjar u ferm iktar demokratiku li wieħed isegwi l-linja fejn l-ewwel jiġbor il-fatti u wara jikkummenta politikament. Kemm huwa aħjar li wieħed jagħraf jikkalkula wara u mhux jitlaq jiġri qabel. Jifhem il-pożizzjoni vera u jħares lejn il-futur. Numru ta’ drabi jsir diskors politiku għal xi forma ta’ vantaġġ li, fil-fatt, wara jirriżulta fi żvantaġġ. Nistgħu nikkritikaw lil xulxin, nikkundannaw aġir minn ieħor u nsejħu għall-ġustizzja, imma wieħed irid jara jekk dan, fil-fatt, huwiex ukoll jixħet dell ikrah sħiħ fuq il-pajjiż. Tkattir jew tkabbir ta’ reputazzjoni li tieħu snin twal biex tibni mill-ġdid. Il-ġustizzja umana, għax hemm dejjem dik Divina, timxi fuq il-fatti umani u d-dixxerniment uman. Fl-imperfezzjoni umana tagħha, wieħed irid joqgħod pass attent fil-moderazzjoni. Ma jitlaqx jiġri aktar fit-triq fejn kull persuna hija ħażina u kull persuna trid tiġi ġustizzjata mill-ġustizzjiera.
Minn dawk li huma fuq
6. Hemm min, f’din il-linja xejn moderata, isib ruħu fl-istess żraben li l-puritani daħlu fihom. Jaraw tal-oħrajn, u tagħhom le. Jikkritikaw tant li qisu dak kollu li jwettqu huwa perfett. Jippruvaw jieħdu dik il-pożizzjoni politika mal-elettorat u, f’mumenti, jafu jimpressjonaw. Imma r-realtà hija oħra. Diversi llum jaqraw u jsegwu dak li hu għaddej. Jiftakru dak li jkun seħħ u ma jimpressjonawx wisq ruħhom. Anzi, agħar minn hekk, hemm iktar nies li jridu jimmarkaw ruħhom ’il bogħod. Ix-xenarju politiku Ewropew qiegħed, f’dan, jirrifletti ruħu f’dak nazzjonali. Bl-estremiżmu, bin-nuqqas ta’ politika tal-fatti u moderata fiċ-ċentru, il-voti ma jiżdidux. Minflok, jonqsu. Jonqsu aktar f’dawk li, kif qegħdin naraw, ma jridux jivvutaw.
Mill-ġdid
7. Proprju għalhekk li wieħed irid, f’dawn iċ-ċirkostanzi, iktar minn qatt qabel jagħraf mill-ġdid il-linja politika Demokratika-Kristjana tagħna u jimxi biex jaffermaha mill-ġdid. Linja moderata, fiċ-ċentru, li twassal verament lejn programm politiku veru li jwettaq il-ġid lil pajjiżna. Waħda ’l bgħid minn dak li qegħdin naraw. Waħda li serviet biex inbena pajjiż demokratiku, modern u Ewropew.
ĦAL TARXIEN - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA
19786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
05/06/2024
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Ħal Tarxien kien hemm 38 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €155,987, u 40 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €138,447, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żgumbrament.
Seduta 253
01/07/2024
ĦAL TARXIEN - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI
19785. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Tarxien u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
05/06/2024
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Seduta 253
01/07/2024
SANTA LUĊIJA - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA
19784. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
05/06/2024
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Santa Luċija kien hemm benefiċjarju 1 li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €3,421.18, u 2 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €9,563.96, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta żgumbrament.
Seduta 253
01/07/2024
SANTA LUĊIJA - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI
19783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
05/06/2024
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Seduta
253
01/07/2024
IL-GUDJA - SUSSIDJI FUQ KIRJIET LI SARU QABEL L-1995 U WARA
19782. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
05/06/2024
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Gudja kien hemm 7 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €38,407.01, u 16-il benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €58,636.80, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta’ żgumbrament.
Seduta 253
01/07/2024
IL-GUDJA - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI
19781. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Gudja u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
05/06/2024
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Seduta 253
01/07/2024
5.9.24
IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA
19088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI:
PQ Numru |
Lokalita’ |
Kotba mixtrija ġodda – Jan
sa April 2024 |
Infiq fuq kotba fiżiċi
ġodda – Jan sa April 2024 |
Donazzjonijiet inkluż
mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 |
Kotba Bil-Malti |
Kotba bl-Ingliż |
Kotba bit-Taljan |
Kotba bil-Franċiż |
19088 |
Il-Gudja |
45 |
€ 187 |
164 |
147 |
62 |
Xejn |
Xejn |
Seduta 241
13/05/2024
SANTA LUĊIJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA
19087. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI:
PQ Numru |
Lokalità |
Kotba mixtrija ġodda – Jan
sa April 2024 |
Infiq fuq kotba fiżiċi
ġodda – Jan sa April 2024 |
Donazzjonijiet inkluż
mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 |
Kotba Bil-Malti |
Kotba bl-Ingliż |
Kotba bit-Taljan |
Kotba bil-Franċiż |
19087 |
Santa Lucija |
9 |
€ 73 |
9 |
11 |
7 |
Xejn |
Xejn |
Seduta 241
13/05/2024
IL-FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA
19086. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI:
PQ Numru |
Lokalità |
Kotba mixtrija ġodda – Jan
sa April 2024 |
Infiq fuq kotba fiżiċi
ġodda – Jan sa April 2024 |
Donazzjonijiet inkluż
mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 |
Kotba Bil-Malti |
Kotba bl-Ingliż |
Kotba bit-Taljan |
Kotba bil-Franċiż |
19086 |
Il-Fgura |
16 |
€ 104 |
64 |
43 |
37 |
Xejn |
Xejn |
Seduta 241
13/05/2024
ĦAL TARXIEN – LIBRERIJA PUBBLIKA - XIRI TA' KOTBA ĠODDA
19082. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul din is-sena u sal-aħħar ta' April 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għall-istess xiri ta’ kotba ġodda? Jista’ jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet u kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din
il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 241
STUDENTI FL-ISKEJJEL SEKONDARJI LI MA KOMPLEWX L-ISTUDJI TAGĦHOM
19081. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex separatament li matul l-aħħar sena akkademika ma komplewx bl-istudji tagħhom f’livelli oħra u wara l-perjodu preskritt?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON GRIMA:
Ninforma
lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li ma komplewx bl-istudji
tagħhom wara l-perjodu preskritt tas-sekondarja hu ta’ 757.
Seduta 241
13/05/2024
STUDENTI FL-ISKEJJEL SEKONDARJI LI MA KOMPLEWX L-ISTUDJI TAGĦHOM
19080. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex separatament li matul l-aħħar sena akkademika, ma komplewx bl-istudji tagħhom matul il-perjodu preskritt?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON GRIMA:
Ninforma
lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li ma komplewx bl-istudji
tagħhom matul il-perjodu preskritt f’din is-sena skolastika kien ta’ 10.
Seduta 241
13/05/2024
NAGIB MAHFOUZ
Ħassejt
2. Proprju f’dan ħassejt li għandi nikteb dwar dan l-awtur. Forsi ftit magħruf magħna. Eġizzjan li kellu l-unur li jiġi onorat bil-Premju Nobel. Persuna li ħalla wirt uniku mhux biss lil pajjiżu, imma wkoll lill-popli Mediterranji. F’dan ix-xahar ta’ Awissu nfakkruh aktar għaliex kien fih li fis-sena 2006 ġie nieqes. F’dan kabbar u kompla influwenza li ilha ġejja s-sekli, minn żmien il-Farawni. Dawk li b’xi mod qraw dik l-istorja twila ta’ dik iċ-ċiviltà. Dawk li marru jaraw il-piramidi u l-mużewijiet li hemm jifhmu aktar li hemm rabtiet kbar magħna. Sija bl-għerf tagħhom u l-kapaċitajiet kbar li żviluppaw. Kif ukoll fis-sehem dirett li għandhom fil-paġni tat-Testmenti, ibda minn Ġużeppi mibjugħ minn ħutu u ibqa’ sejjer sal-mument meta San Ġużepp ħa lill-Familja Mqaddsa hemm.
Kitbietu
3. F’dan aktar nagħmel referenza għal dak li ħalla warajh dan l-awtur, imwieled il-Kajr fl-1911 u li għamel għomru jgħix hemm. Kitbietu huma mill-iktar interessanti u diretti. Jirrappreżentaw, fis-sabiħ tagħhom, soċjetà li għaddiet minn ħafna, sija biex kibret, sija biex ħadet l-indipendenza, sija biex affermat ruħha fid-dinja tad-diplomazija Għarbija u internazzjonali. Vuċi importanti u li tingħata widen diversi drabi, għax hemm piż politiku fil-kalatura tagħha. Mahfouz kellu din is-sejħa sabiħa li jikteb b’mod tant ċar u tajjeb, li permezz tiegħu mess direttament mal-bnedmin ta’ ħajtu. Il-pinna hija mimlija valur, aktar u aktar għax tmiss mal-kwalitajiet u mal-ideat ta’ komunitajiet Musulmani, li aħna mhux dejjem nagħrfuhom jew nifhmuhom. Kitba li mwielda wkoll mid-dedikazzjoni li kellu lejha. Dam biex jiżżewweġ sal-età ta’ 43 sena, proprju għax kien konvint li dan l-istat kien ser ineħħilu ħafna mill-ħin li ried jiddedika lill-kotba.
Hikayat Haritna
4. Ġie lura f’idi l-ktejjeb b’dan l-isem fl-oriġinal. Għandi ġie bil-lingwa Taljana, Il Nostro Quartiere (1975) li fl-apparenza huwa sempliċi, imma meta taqrah tifhem li hemm iktar x’tagħrax. Hemm dożi ta’ realiżmu, eżistenzjaliżmu. Imma hemm iktar. Sempliċi għax huwa bażat fuq numru qasir ta’ rakkonti u stejjer dwar il-ġirien tal-familja tiegħu. Kollox idur ma’ nukleu ta’ persuni li meta taqrahom tagħraf li mhumiex il-bogħod minn dak li konna fis-soċjetà tagħna u f’ċerti rkejjen għandna. Bnedmin jafu lil xulxin. Imorru spiss għand il-ġirien. Jitkellmu, jaqsmu ħajjithom fid-diffikultajiet li l-ħajja, iż-żwieġ, l-ulied u l-mewt iġibu magħhom. Ir-rakkonti huma verament fondi fl-għeruq ta’ soċjetà li kull persuna għaliha kienet meqjusa importanti. Fejn il-preżenza femminili hija soda, rispettata u determinanti. Lezzjonijiet għal-lum. Tlifna ħafna; irbaħna ftit.
Monasteru
5. Fir-rakkonti li ssib ruħek taqra malajr u kważi kapitolu jieħdok f’ieħor, hemm il-preżenza ta’ Monasteru. Dan fl-isfond tad-dinja Musulmana, fejn il-qarrej jiġi ħelu ħelu introdott għad-diversi talbiet u riti li jsiru. Anzi l-ktejjeb jitlaq proprju mill-pożizzjoni tiegħu bħala tifel li jiltaqa’ barra ma’ membru tal-komunità. Fis-silenzju u fid-dinja reliġjuża u fil-kurżità li tikber fuq dak li jsir u l-importanza tiegħu hemm ġew. Però, il-preżenza kostanti tal-Monasteru tibqa’ hemm f’kull kapitolu, simbolu ta’ stabilità u kostanza. Is-sitwazzjoni tidher li tkun ser tinbidel fis-sitta u sebgħin rakkont. Meta aħbar normali u komuni għalina tinfirex u li tkun tidher li ser tibdel kollox.
Valuri
6. Kif jispjega l-awtur, il-post kien oriġinarjament fid-deżert, maqtugħ mid-dinja tal-belt. Imma biċċa biċċa, il-komunità li jiddeskrivi l-awtur kibret f’villaġġ madwaru. F’dan il-kapitolu, imma, tinfirex l-aħbar li skont pjani lokali tal-Gvern Ċentrali, il-Monasteru kien ser jitwaqqa’ biex minfloku jsir proġett pubbliku f’bini ta’ residenzi pubbliċi. Imma l-ġirien jipprotestaw. Dan huwa l-post li jipproteġina, iddikjaraw, dak li jżommna milli nitilfu l-identità tagħna. Jistaqsu: “Kif ġietkom f’raskom din l-idea żbaljata?” L-awtur jgħid hekk: “La discussione si anima, l’agitazione aumenta, si firmano petizioni, la tensione e la tristezza divampano nel nostro quartiere, come main è accaduto in precedenza.” (Id-diskussjoni tisħon, l-aġitazzjoni tikber, jiġu ffirmati petizzjonijiet, it-tensjoni u d-dwejjaq jinfixru fil-post daqs qatt qabel.)
Messaġġi
7. L-awtur ikompli u jgħidilna li l-maġġoranza tirbaħ u l-ministeru jaħsibha, jeżita u jħalli l-proġett jistenna. F’dan, ċertament, hemm dak li diversi komunitajiet jgħaddu minnu. Il-valuri tagħhom jiġu attakkati. Uħud jiddefendu ruħhom kontra u jaffermaw prinċipju. Oħrajn inqas. F’dan, l-awtur, waqt li jirnexxilu jidħol f’ħajjet il-bnedmin f’dak kollu li huma r-relazzjonijiet umani, ma jillimitax ruħu għal sempliċi deskrizzjoni. Hemm ferm iktar fil-fond. Fejn l-imħabba, ir-rispett, l-onestà, l-irġulija u l-imġieba t-tajba jispikkaw. Proprju f’dan ma nistax ma nirrakkomandax kitbietu. Huma sbieħ u mimlija b’messaġġi. Dawk it-tajba li hemm bżonn jiġu affermati mill-ġdid f’pajjiż li b’dak li qed naraw qiegħed jissogra, kuljum, li jitlef ruħu.
THE POLITICS OF WAR
Gabriele Kolko (1932-2014)
2. F’dan ġie lura f’idejja dak kollu li kien kiteb dan l-awtur Amerikan li din is-sena taħbat l-għaxar sena minn mewtu. Id-diversi kotba tiegħu fihom x’taqra, imma partikolarment dan, The Politics of War. The World and United States Foreign Policy (1943-1945), stampat fl-1968. Riflessjonijiet varji dwar kif il-mexxejja kienu jħarsu lejn dak li kien għaddej fil-konflitt u jindirizzawh mil-lenti politika. Kull pass kien għalihom strateġiku u kemm setgħu ma ħallewx il-mazz joħroġ minn idejhom. Biss, f’dan aktar, l-awtur jeżamina id u moħħ l-Istati Uniti tal-Amerika f’dak li kienet qegħda tara li ġej u dak li kien bżonn li taħdem għalih f’dinja nieqsa min-Nażi Faxxiżmu. Żoni ta’ influwenza u tibdil fl-ordni u l-ekwilibriju mondjali li għadu mmarkat f’ħafna magħna llum.
Bidliet
3. Din il-forma nġiebet fis-seħħ proprju għax partikolarment it-Tieni Gwerra Mondjali neħħiet l-istituzzjonijiet li kien hemm u r-rabtiet bejn l-istati preċedentement eżistenti. Huwa b’dan li l-awtur jibda bħala riflessjoni li kien kiteb fl-1990, meta ġie stampat mill-ġdid il-ktieb: “The men who initiated WWII, just as had those who unleashed WWI, began their venture with false expectations regarding its duration and cost.” (Il-bnedmin li bdew it-Tieni Gwerra Mondjali, bħal dawk li bdew l-ewwel waħda, daħlu għal dan bil-premessi żbaljati dwar kemm kienet ser iddum u kemm kienet ser tiswa.) Xejn differenti mil-lum, fejn fil-proċess il-bnedem innifsu sab u għadu jġarrab l-iktar telf. Ir-rabtiet, l-għeruq, id-djar, il-familja, ix-xogħol jitkissru u jiġu distrutti. Daħlu l-ġuħ, il-periklu b’miljui jaħarbu miż-żoni tal-kunflitt ifittxu s-sigurtà. Il-persuna umana li tilfet id-dinjità tagħha fin-normalità tal-ħajja li wara fittxet kif tiġi lura biex tifdi soċjetà mfarrka.
X’baqa'
4. Kolko f’dan jgħid, jirrifletti u jiddikjara aħjar hekk: “In brief, everywhere the war and the surviving of man transformed the political and social landscape drastically even decisively, to define the preconditions of world politics over the subsequent decades.” (Fil-qosor, kullimkien il-gwerra u l-bnedmin li baqgħu ħajjin ittrasformaw l-ambjent politiku u soċjali drastikament u deċiżament, biex jiddefinixxu aħjar il-prekundizzjonijiet tal-politika mondjali għas-snin sussegwenti.) Dak li f’ħafna konna qegħdin ngħixu, sija minħabba l-linja politika li nbniet tul il-kunflitt f’dak li kellha tkun id-dinja wara. Inkella, forsi aħjar, fl-opportunitajiet li pprevedew u bnew il-parametri biex setgħu jinfetħu u li attwalment infetħu wara. F’dan wieħed jistaqsi fuq x’ser ikun ix-xenarju għalina għada pitgħada.
Attwalment
5. F’dan hemm ferm iktar x’wieħed jeżamina f’dak li jidher għaddej u dak li l-partijiet fiċ-ċentri rispettivi tal-operazzjonijiet qed jippruvaw jimmarkaw. Fuq naħa hemm l-aġenda ta’ min irid iżomm ċertu sopravvent u fuq l-oħra min irid jibdel dak li t-Tieni Gwerra Mondjali bniet. Supremaziji kontra ideat oħra f’dinja li miexja mingħajr ma aħna nifhmu xejn. Hemm ukoll, f’dan, iktar min irid ukoll jelimina lil dawk li qegħdin idejquh u jirritawh. Aġendi f’aġendi varji li ma jidhrux, imma li ċertament qegħdin f’moħħ id-diversi li jinsabu fil-kunflitt f’partijiet attivi, passivi jew fit-triq tan-nofs. Fil-laqgħat varji li qed isiru u li jiġu rappurtati u dawk id-diversi l-oħra li mhumiex, imma li huma għaddejjin.
Kif ser tkun id-dinja
6. X’ser ikun it-tmiem ta’ dawn il-kunflitti u dan meta għadhom iduru magħna? L-aħħar passi, sija fuq il-front Russu-Ukren, sija f’postijiet oħra mhumiex isolvu, imma qed jikkumplikaw. Kemm it-teħid ta’ partijiet mill-Federazzjoni Russa mill-Ukrajna ser “jgħinu” għat-tmiem tal-kunflitt, ftit għandhom fidi. Kemm ser jikkumplika aktar, fis-sens li ma jidhirx verament strateġiku fit-tul hija oħra. Jekk hemm min qiegħed jittama li ser jitwieled xi Vladimir Lenin ieħor li jaqleb il-poteri ta’ Vladimir Putin illum naħseb li mhux viċin ir-realtà. Fuq l-oħra hemm attakki bejn il-Libanu u l-Iran jew viċi versa lejn Iżrael li ftit ser isolvu. Anzi, jafu jkomplu jħawdu aktar. Fejn sejrin f’dan kollu ma nafux, iktar u iktar meta d-deċiżjonijiet fiċ-ċentru tagħhom jinsabu f’mument iktar differenti.
L-Istati Uniti
7. F’dan aktar wieħed jifhem kif hemm min qiegħed jirrealizza li hija iktar determinanti l-għażla għall-Presidenza Amerikana. F’kemm kien inevitabbli li tidħol Kamala Harris flok Joe Biden. Naħseb, minn dak li sa issa qrajt, li fil-mument attwali hemm viżjoni iktar fit-tul fil-kamp Demokratiku minn dak Repubblikan. Dak li ser isir f’dawn ix-xahrejn hemmhekk huwa daqshekk ieħor għaldaqstant, għalina wkoll, parti sħiħa minn din il-linja ta’ “Politics of War”. Dik li qegħda timxi fuq żewġ binarji mhux neċessarjament paralleli. Fuq naħa fix-xenarju li tirbaħ il-linja tat-trattattivi li minnhom il-paċi tiġi stabbilita mingħajr parti ma tiġi eliminata. Fuq l-oħra dik iktar kiefra fil-proċess tal-gwerra fejn parti titlef effettivament. Huwa x’inhuwa l-proċess finali li ġej għalina ser ikun inevitabbli li r-realtà li nsibu ser tittrasforma l-eżistenza futura tagħna.
SANTU WISTIN
Kitbietu
2. F’dan nammetti li ġejt influwenzat pożittivament minnu ta’ għoxrin sena. Għaraft ferm iktar u bnejt determinazzjoni interna lejn fejn ridt naqdef. L-iktar u ċertament bil-ktieb voluminuż De civitate Dei contra paganos. Wieħed mimli b’ideat, argumenti li ċċarawli diversi punti teoloġiċi, filosofiċi u storiċi. Il-kitba titqiegħed fil-kuntest ta’ bnedmin li qed jgħixu fil-mumenti l-iktar diffiċli tal-Imperu Ruman. Attakkati u megħluba f’diversi punti. Dak li kien għal ġenerazzjonijiet twal jidher bħala stabbli u invinċibbli, f’daqqa waħda qabad proċess irriversibbli. Fl-24 ta’ Awissu tas-sena 410 WK, Ruma kienet għaddiet f’idejn il-Viżigoti, u għalhekk spiċċaw sekli twal ta’ ċiviltà u dominanza li diversi kienu parti minnhom. Kuntest xejn ’il bgħid minn dak li aħna qegħdin naraw għaddej madwarna fil-kunflitti li fl-aħħar mill-aħħar deni kbir ser iħallu għalina.
Akkuża
3. Bħal dejjem, l-akkuża falza kienet li dan kollu seħħ għax il-valuri Nsara dgħajfu dak li kien hemm qabel. Il-Qaddis mhux biss jargumenta abbilment il-kontra, imma bil-fatti juri kemm dan kollu ma kienx minnu. Anzi, ifiehem li proprju l-valuri marbuta mal-idoli li l-paganiżmu kellu fih li kienu r-raġuni fundamentali tad-deklin. U anki jekk kien hemm dik il-kriżi fil-belt fejn fis-sena 396 WK kien laħaq fiha bħala isqof, dik ta’ Hippo Regius fl-Alġerija (illum Annaba), fejn oħrajn ħarbu minnha, huwa baqa’ hemm. Persuna, f’dan, mimli għerf u għaqal. Ma straħx fuq il-formazzjoni li kellu, u wisq inqas fuq il-qari li kien diġà għamel. Imma ħa ħsieb li jkompli jitgħallem. Organizza aħjar il-Knisja u kien hu li jagħżel il-kitbiet mit-Testmenti li kellhom jinqraw fil-knejjes fil-programmi li kien jistabbilixxi. Kollox organizzat f’temi, direzzjoni, intiżi direttament biex jikkonvertu u jissudaw lil dawk li kienu kkonvertew. Aktar u aktar quddiem il-fatt li l-ħajja tal-Insara, bil-persekuzzjonijiet varji li batew u li kienu qed jaraw ġejjin aktar fuqhom, ma kinitx tant faċli. Diversi nqatlu, oħrajn batew l-eżilju u diversi sabu dinja dejjem iktar inġusta magħhom.
Salmi
4. F’dan, però, wieħed irid jimmarka li kienu x’kienu d-diffikultajiet tiegħu, huwa ma waqafx jippriedka, jgħallem u jikteb. Ċertament, fortunatament għalina. F’dan huwa iktar ixxurtjat min irid iqatta’ parti sew minn ħajtu jaqra kitbietu u dak li oħrajn kitbu fuq kitbietu. Ħassejt iktar dan meta fittixt ktieb li jiftaħli iktar il-bibien tal-għarfien tas-Salmi. Naqrawhom kull ġurnata. Uħud nirrepetuhom aktar minn oħrajn. Imma dak li naqraw mhux dejjem nifhmu l-kuntest u l-għerf li hemm warajhom. Anzi, il-priedki ħafna drabi u kif mistenni, jindirizzaw il-Vanġelu u mhux dejjem is-Salm. F’dan, għalhekk, ġie f’idejja ktieb mill-isbaħ. It-titolu tiegħu huwa indikattiv: Nine Sermons of Saint Augustine on the Psalms (1958) tad-Duminkan Edmund Hill (1923-2010), magħruf u kkunsidrat bħala li kien awtorità dwar dan il-qaddis. Bniedemli huwa wkoll kiteb ħafna u huwa wkoll ippriedka kemm felaħ mal-erba’ irjieħat tad-dinja. Fonti ta’ informazzjoni u ġabra ta’ għerf.
Mill-isbaħ
5. Għal dawk bħali li jridu jifhmu aktar is-Salmi, dan huwa ktieb mill-iktar addattat. Jibda minn introduzzjoni ċara u, għalkemm twila, ma ddejqikx. Mhix waħda minn dawk li tkun moħħok biex teħles minnha biex tidħol għas-sustanza tal-kitba. Spjegattiva u neċessarja f’żewġ kuntesti. Dik tal-kuntest ta’ żvilupp u proċess li l-Kristjaneżmu kien qiegħed jieħu bid-diversi ereżiji li mess magħhom; u t-tieni, il-moħħ u l-metodu li bih il-qaddis jinterpreta l-Iskrittura. Essenzjali li tinqara. Wara jinqabdu numru limitati ta’ Salmi u jiġu fil-priedki partikolari riprodotti lilna b’Ingliż preċiż u fidil għat-test oriġinali: dak li ngħad u ġie traskritt. Kull priedka hija mill-isbaħ. Anzi, nistqarr li waqt li kont qiegħed naqrahom xtaqt, u kważi għirt, għal dawk il-bnedmin li semgħu, fil-ħajja vera, kliemu. Kollox spjegat f’ideat u kunċetti li wara tħoss li dak li qrajt diversi drabi fis-Salmi huwa kompletament ġdid.
Bibien ġodda
6. F’dan laqtitni aktar l-enfasi sabiħa u ħelwa li huwa jqiegħed fil-valur tal-umiltà. Dak li huwa jassoċjah mal-Insara fid-dmir u fid-dritt tagħhom. Fil-bżonn li jiġi ipprattikat verament sabiex soċjetà timxi ’l quddiem. Jgħid li akkademiċi u għorrief oħra ħaqqhom rispett, imma huma nieqsa minn dan l-element essenzjali fil-progress uman. Punt li huwa stess ipprattika, fis-sens li anki jekk kif manifestament jidher kien għaref sew, huwa għażel li jindirizza lil kulħadd. Mhux quddiem l-għorrief biss, jew dawk li jifhmuh biss, imma quddiem kull persuna. Dawn il-priedki, fil-fatt, imissu mar-realtà tal-ġurnata li kull Nisrani jmiss magħha b’eżempji li l-bnedmin ta’ dak iż-żmien u tal-lum jifhmu malajr. Dak li jidher ikkumplikat jiġi spjegat b’sempliċità, proprju minħabba l-umiltà. F’dan fetaħ bibien ġodda għalina.
Dak li huwa d-Dritt
7. Isejjaħ lill-bnedmin biex jimxu fuq it-toroq id-dritti u sewwa. Isejħilhom b’ideat sbieħ. Jgħidilhom hekk: “Because God is straight, the very measure of straightness, and so not to acquiesce in his will is the sign of a warped, bent mind. If you put a bent rod on a level surface, it will not fit, it won’t lie flat, it will wobble all the time, not because the surface is uneven, but because the rod is warped.” Kemm għandu raġun! Kemm huwa importanti li nifhmu dan, iktar u iktar f’soċjetà mqallba li għandha bżonn iktar direzzjoni. F’soċjetà li trid is-sewwa fil-qalb, imma tippreferi tħabbat bibien żbaljati. Soċjetà li trid, u għandha bżonn, lil dawk l-Insara u li tippreferi li tiċħadhom. Proprju f’dan niftakru aktar fis-sewwa dak li qal u kiteb dan il-Qaddis Kbir għax għamel il-ġid, u fil-verità huwa element essenzjali taċ-ċiviltà tagħna.
MEXXEJJA PARTIKOLARI
1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...
-
20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f...
-
18543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ ...
-
20869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoq...