19788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Raħal Ġdid li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara, u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
05/06/2024
ONOR. RODERICK
GALDES: Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023,
f’Raħal Ġdid kien hemm 67 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet
li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €233,087, u 64 benefiċjarju li
bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta'
€228,933, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.
Seduta 254
02/07/2024
No comments:
Post a Comment