10.7.24

IL-FGURA - TRIQ BEJN TRIQ IL-FOSS U TRIQ KOTTONER - XOGĦLIJIET

19933. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid?  Jekk iva, tista’ tgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?

 

12/06/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett biex jiġi estiż in-netwerk tan-New Water fin-nofsinhar ta’ Malta biex il-bdiewa jkunu moqdijin aħjar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fi Triq il-Foss li jestendu sa Triq id-Dejma.  Ix-xogħol huwa mmirat li jitlesta lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena u dan qed isir f’fażijiet biex jippermetti li partijiet mit-toroq ikunu miftuħin waqt li jkun għaddej ix-xogħol f’partijiet oħra. Dwar xogħlijiet fi Vjal il-Kottoner nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

 

Seduta  256

09/07/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...