19792. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Bormla li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
05/06/2024
ONOR. RODERICK
GALDES: Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023,
f’Bormla kien hemm 34 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li
saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €142,900, u 32 benefiċjarju li bbenifika
mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €81,376,
filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.
Seduta 254
02/07/2024
No comments:
Post a Comment