16929. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fil-Gudja matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
01/03/2024
ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli minħabba li l-post li qed jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari m’għandux siti magħżula (designated sites) skont l-Avviż tal-Gvern 513 tal-2021.
Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali mhux obbligat jirrapporta lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti meta siġra tal-palm tkun ser titneħħa, kemm minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-bumunqar aħmar tal-palm. It-tħawwil mill-ġdid ta' siġar tal-palm ġodda mhuwiex fil-kompetenza tad-dekasteru tiegħi, u għaldaqstant m' hemm l-ebda rekords disponibbli.
Inżid ukoll li fi Frar tal-2021, ħarġet ‘Expression of Interest donation of Palm Trees from PPD and Fisheries Directorate’, fejn ingħataw l-ammont ta’ 475 siġra tal-palm skont it-tabella segwenti.
|
Kunsill Lokali: |
Numru ta' Siġar tal-Palm mogħtija: |
|
Ħamrun |
25 |
|
San Pawl il-Baħar |
95 |
|
Furjana |
25 |
|
Raħal Ġdid |
25 |
|
Santa Lucia |
25 |
|
Marsaxlokk |
25 |
|
Żabbar |
25 |
|
Kalkara |
25 |
|
Xgħajra |
25 |
|
Żebbuġ |
10 |
|
Attard |
25 |
|
Mġarr Malta |
15 |
|
Ix-Xagħra Għawdex |
25 |
|
Santa Venera |
25 |
|
Birżebbuġa |
25 |
|
Marsaskala |
30 |
|
Gudja |
25 |
|
TOTAL: |
475 |
Seduta 220
13/03/2024
No comments:
Post a Comment