4.5.23

VETTURI PPARKJATI QUDDIEM GARAXXIJIET PRIVATI U UŻATI

8321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nbidlet il-prattika kostanti li vetturi pparkjati quddiem garaxxijiet privati u użati li jkunu qed jimblukkaw l-aċċess liberu, la jingħataw ċitazzjonijiet u lanqas jiġu towed?

 

27/04/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi ma nbidlet l-ebda prattika kemm mill-Pulizija kif ukoll minn Uffiċjali tal-LESA, dwar vetturi pparkjati quddiem garaxxijiet privati u użati, li jimblukkaw l-aċċess liberu. F’każijiet bħal dawn is-sidien tal-vetturi kienu, u għadhom qed jingħataw kontravenzjoni. Jista' jkun hemm istanzi fejn vetturi jiġu rmonkati jekk ma jinstabx is-sid. 

 

Seduta  117

03/05/2023

No comments:

BORMLA - PJAZZA GAVINU GULIJA – TISWIJA TA’ ĊANGATURA

26964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...