4.5.23

MFHEA – ĊELEBRAZZJONIJIET F’GĦELUQ L-GĦAXAR ANNIVERSARJU

8326. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’  l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) matul is-sena li għaddiet iċċelebrat bil-kbir l-għaxar anniversarju tagħha b’attivitajiet varji, inkluż b’kunċert? Jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża u min awtorizza dan l-infiq?

 

27/04/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFHEA ċċelebrat kif inhu xieraq, fejn l-ispiża totali kienet ta €7,227.12. Din l-ispiża ġiet awtorizzata mis-CEO tal-MFHEA.

 

Seduta  117

03/05/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...