4.5.23

KONĠESTJONI TAT-TRAFFIKU

8317. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tal-25 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?

 

26/04/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li kmieni (07:44) fil-ġurnata indikata kien seħħ inċident serju fil-mina ta’ Santa Venera (direzzjoni Nofsinhar), il-mina l-oħra (direzzjoni Tramuntana) kellha tintuża fiż-żewġ direzzjonijiet b’kordinazzjoni bejn l-Awtorità tat-Trasport, il-Pulizija u l-LESA sabiex b’hekk tittaffa kemm jista’ jkun il-problema tat-traffiku fir-rush hour. Peress li s-sewwieq involut weġġa’ serjament, il-proċess twal u ż-żona reġgħet ġiet lura għan-normal fit-08:35.

 

Seduta  116

02/05/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...