4.5.23

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN– TISWIJIET TAĊ-ĊANGATURA

7954. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5686, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, fil-parti li tibda minn Triq ir-Repubblika sa Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u periklu kbir għal min jagħmel użu minnha?

 

11/04/2023


ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta illi ċ-ċentru pedonali mhux responsabbiltà tal-Kunsill lokali. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  115

26/04/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...