4.5.23

KALKARA – BAJJA TAR-RINELLA - XOGĦLIJIET

8316. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru, jew hemm il-ħsieb li jsiru, tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?

 

26/04/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġranet li ġejjin ser isir intervent permezz ta’ makkinarju min-naħa tad-Diviżjoni tal-Tindif u Manutenzjoni sabiex jitneħħa l-ġebel kollu li tela’ bil-maltemp fuq din il-bajja. Qed isir ukoll koordinament bejn din id-Diviżjoni u t-TZRA sabiex tingħata assistenza fuq żebgħa tal-promenade wara diskussjoni li dawn kellhom ma’ rappreżentanti mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

 

Seduta  116

02/05/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...