8943. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Għassa tal-Pulizija tal-Gudja nfetħietx tul is-sena li għaddiet u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kif ukoll kemm ġew rappurtati delitti tul is-sena 2022 u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u frodi?
18/05/2023
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
l-għassa tal-Pulizija tal-Gudja tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk
jiddettaw. Madankollu ma’ din l-għassa
hemm istallata sistema ta’ intercom, li permezz tagħha l-pubbliku jista'
jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum,
għall kull assistenza. Dan barra illi
din il-lokalità hija koperta u tintlaħaq mir-ronda regulari li ssir min membri
tal-RIU, permezz tal-vetturi tagħhom, kif ukoll dawk tad-distrett skont
il-ħtieġa u disponibilità. Ukoll huwa previst li jkun introdott is-servizz ta'
pulizija tal-komunità. Għal din il-lokalita fis-sena 2022 kien hemm
irrappurtati mija u sebgħa u sebgħin rapport, li minnhom tmintax kienu marbuta
ma frodi u sebgħa u ħamsin kien marbuta ma' serq.
Seduta 125
23/05/2023
No comments:
Post a Comment