10.5.23

UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT TAL-ISTAT – KUNDIZZJONIJIET TAL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI

8478. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7941 u 8315, issa li ġie stabbilit li union għandha l-maġġoranza tal-impjegati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li ser idumu għaddejja dawn it-trattattivi, senjatament meta diġà hemm dawk li ġew stabbiliti mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jkun għaqli li ma jkunx hemm diverġenza bejn il-kondizzjonijiet rispettivi? 

 

03/05/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- mistoqsijia parlamentari 7941 fejn diġà ġie spjegat li dan ser ikun proċess ta’ negozjati mal-union rikonoxxuta. Konvint li l-Onor. jifhem illi l-proċess ta’ negozjati jrid isir b’mod għaqli u  li jeħtieġ  jieħu in konjizzjoni r-realta unika tal-entità partikulari filwaqt li juri sensittività lejn ir-relattività. Dan jassigura li n-negozjati jiġu ffinalizzati fl-iqsar żmien possibbli fiċ-ċirkostanzi filwaqt li jassiguraw sostenibilità.

 

Seduta  119

09/05/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...