30.11.19

IL-FGURA – TRIQ WIED BLANDUN – TISBIĦ TAŻ-ŻONA




11922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

04/11/2019

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin studji fuq Ġnien Valperga fil-Fgura. Qed nitkellmu fuq medda ta’ art li taqbeż is-17,000 metru kwadru fejn l-għan prinċipali hu li ntejbu u nsebbħu l-ambjent. Dan ikun kompost minn titjib fil-landscaping, dwal li mhux biss idawwlu l-akwata iżda huma addattati għal dan it-tip ta’ sit.

Fl-istess proġett qed nesploraw faċilitajiet kemm ġodda kif ukoll eżistenti bħal:
·              titjib fil-parkeġġ li hemm fl-akwata,
·              noħolqu 5-a-side pitch,
·              tinħoloq xi forma ta’ trakka naturali fejn wieħed jista’ jagħmel eżerċizzju,
·              area għat-tfal,
·              dog park, u
·              faċilita’ kkontrollata għall-iscouts fost ideat oħra.

Bħalissa ninsabu fi stadu ta’ diskussjonijiet mal-entitajiet lokali kkonċernati.

Seduta  283
26/11/2019

HOME EQUITY RELEASE FOR PENSIONERS




12034. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu sabiex titwettaq ’l hekk imsejħa Home Equity Release for Pensioners?

11/11/2019

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  283
26/11/2019

KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAL-ĠNUS MAGĦQUDA - ĦIDMA





11921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma kompliet issir u beħsiebha ssir fis-sena li ġejja sabiex pajjiżna jottjeni siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda?

04/11/2019

ONOR. CARMELO ABELA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Seduta 283
26/11/2019

PERSUNI NIEQSA MIS-SMIGĦ, MUTI JEW NIEQSA MID-DAWL LI QED JIRĊIEVU EDUKAZZJONI





11920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smiegħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi edukazzjoni? Jista’ jindika kemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu? Jista’ jindika kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mis-smigħ u mid-dawl? Kif ukoll jista’ jgħid kemm huma dawk il-persuni li huma nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu?  Jista’ jindika kemm għandhom it-tliet diffikultajiet?

04/11/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti hemm 80 student li għandhom problema tal-vista u 132 student li neqsin mis-smigħ.

Hemm 16-il student li huma neqsin mis-smigħ u ma jikkomunikawx iżda minn dawn hemm min għadu kemm kellhom il-cochlear implant jew hearing aidu għadhom fil-fażi li qed jitgħallmu jikkomunikaw.  Fl-iskejjel mainstream m’hemmx studenti li għandhom problema tal-vista u neqsin mis-smigħ ukoll.  Fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa (Resource Centres) hemm numru ta’ studenti bi bżonnijiet kumplessi li jista’ jkollhom nuqqas ta’ vista, smigħ u komunikazzjoni.

In-numri ta’ studenti fi ħdan l-MCAST għas-sena akkademika 2019-2020 li huma neqsin mis-smigħ jew mid-dawl jew muti, huma kif preżentati fit-tabella hawn taħt:

Nieqsa mis-smigħ
13
Muti
4
Nieqsa mid-dawl
5
Nieqsa mis-smigħ u muti
3
Nieqsa mis-smigħ u mid-dawl
0
Nieqsa mid-dawl u muti
0
Nieqsa mis-smigħ, muti u nieqsa mid-dawl
0

L-informazzjoni dwar studenti fl-Università ta' Malta għas-sena 2019/2020 hija kif se nsemmi:
·              Persuni nieqsa, anke parzjalment, mis-smigħ – 23
·              Persuni muti – 0
·              Persuni nieqsa, anke parzjalment, mid-dawl – 20
·              Persuni nieqsa mis-smigħ u li ma jistgħux jitkellmu – 0
·              Persuni nieqsa mis-smigħ u mid-dawl – 0
·              Persuni nieqsa mid-dawl u ma jistgħux jitkellmu – 0
·              Persuni li għandhom it-tliet diffikultajiet – 0

Seduta  283
26/11/2019

ĠNUS MAGĦQUDA - INIZJATTIVI



11919. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi komplew jittieħdu tul din is-sena minn pajjiżna fil-Ġnus Magħquda u dan senjatament għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 2019? 

04/11/2019

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.


Seduta 283
26/11/2019

GĦAJNUNA SOĊJALI – PERSUNI NEQSIN MIS-SMIGĦ, MUTI U NIEQSA MID-DAWL


  
11918. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma nieqsa mis-smigħ, muti jew nieqsa mid-dawl li qegħdin jirċievu xi forma ta’ għajnuna soċjali?

04/11/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibli jingħad kemm hemm benefiċjarji li huma nieqsa mis-smiegħ u muti. L-istatistika` dwar l-Assistenza għall- Diżabilità Severa (SDA), ma tinżammx u ma tinġabarx skont it-tip ta’ diżabilità li għandu l-benefiċċjarju.

Rigward il-persuni b'vista batuta li jieħdu l-għajnuna għal nuqqas ta’ vista, liema benefiċċju huwa magħruf aħjar bħala Blind Pension, in-numru ta’ benefiċċjarji ta’ dan il-benefiċċju jammonta għal 371 persuna.

Seduta  283
26/11/2019

DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – TALBIET GĦALL-AJRUPLANI MILITARI JEW STATALI BIEX JIDĦLU FL-ISPAZJU TAL-AJRU TAGĦNA



12040. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il talba saret sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna tul din l-aħħar sena?

11/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll ircieva 122 talba sabiex ajruplani militari jew statali jinzlu Malta. Id-Direttorat irċieva wkoll 380 talba sabiex ajruplani militari jew statali jidħlu fl-ispazju tal-ajru ta’ Malta.

Seduta  284
27/11/2019


DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – TALBIET GĦALL-BASTIMENTI MILITARI JEW STATALI BIEX JIDĦLU F’PAJJIŻNA

12039. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastiment militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul din l-aħħar sena?

11/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2018 u Ottubru 2019 id-Direttorat tal-Protokoll irċieva 48 talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna. 

Seduta  284 
27/11/2019

KONSOLATI TA’ PAJJIŻI BARRANIN




12038. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsolati ta’ pajjiżi barranin li tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-exequatur minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019? 

11/11/2019




  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Novembru 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019 tlesta l-proċess neċessarju u nħareġ l-Exequatur ta’ 6 Konsli Onorarji. 

Seduta  284 
27/11/2019

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – AVVIŻI F’GAZZETTI LOKALI.




12037. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes f’reklami jew avviżi fil-gazzetti lokali mill-Ministeru tiegħu tul l-2018 u l-2019 s’issa?

11/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma li fl-2018 u 2019 intefqet is-somma ta' €24,127.85 f'reklami u avvizi fil-gazzetti lokali, li fil-maġġoranza tagħhom kienu ħlasijiet lill-Gazzetta tal-Gvern.

Seduta  284
27/11/2019


COMMUNITY WORK SCHEME – ĦADDIEMA INGAĠĠATI





12036. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Diċembru 2017?

11/11/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation fl-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien 671.

Seduta  284
27/11/2019


HOME EQUITY RELEASE FOR PENSIONERS




12035. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu sabiex titwettaq ’l hekk imsejħa Home Equity Release for Pensioners?

11/11/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  284
27/11/2019

26.11.19


Bl-ingrossa u bl-imnut.

1.Għadu kemm ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xogħol u l-funzjonament tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2018. Huwa rapport oġġettiv li ma jagħmilx distinzjoni bejn kunsilli lokali b’maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista u dawk b’maġġoranza tal-Partit Laburista. Huwa rapport interessanti u nistieden lill-qarrejja li jifluh. Minnu joħorġu l-merti u d-difetti. Mir-rapport joħroġ ukoll il-bżonn li nkomplu nsaħħu l-Kunsilli bi preparazzjoni akbar , iktar dettaljata u formattiva minn naħħa tal-Partiti politiċi kemm tan-nies kif ukoll tal-programmi.

Demokrazija u parteċipazzjoni.

2.Il-Kunsilli Lokali waqqafhom Gvern Nazzjonalista fl-1993 bl-Att numru XV ta dik is-sena, illum Kapitolu 363 tal-Liġijiet ta Malta. Meta twaqqfu kien hemm min ikkritika lill-Gvern ta Eddie Fenech Adami, minn ġewwa l-partit nazzjonalista stess. Dan għaliex kien hemm min kien tal-fehma li Gvern Nazzjonalista kien qiegħed jitlaq ċertu setgħat minn idejh, meta kien ġie fdat bis-setgħa fuq il-pajjiż kollu. Iżda l-Gvern Nazzjonalista kien irraġuna li d-demokrazija kellha titħaddem mhux biss fuq skala nazzjonali, iżda wkoll fuq skala lokali. Il-Partit jemmen fid-demokrazija u jemmen li ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt u d-dmir li jieħdu sehem u jagħtu sehemhom fit-tmexxija.

Jemmen fid-decentralizzazzjoni tal-poter.

3.Bħala demokratiċi anzi demokratiċi nsara, nemmnu fid-demokrazija kemm meta taqblilna bħala partit u kemm meta ma taqblilniex. Hekk huma l-prinċipji. Jekk temmen fihom, twettaqhom.

Strumenti

4.Il-kunsilli jistgħu jkunu strument ta amministrazzjoni tajba. Iċ-ċittadini ta kull belt jew raħal ta Malta u Għawdex ikunu jafu sewwa il-ħtiġijiet tal-lokalità tagħhom. Ikunu wkoll jafu n-nies li jeleġġu biex jirrappreżentawhom. Anzi jkunu jafuhom mil-qrib bil-merti u bid-difetti tagħhom, kif għandna lkoll. Il-Ministri tal-Gvern Ċentrali jkollhom jistrieħu fuq dak li jgħidulhom. Mhux dejjem min jinfurmahom, ikun kapaċi jtihom stampa ċara. Fil-lokalità il-Kunsulieri jistgħu jaraw b’għajnejhom u jmissu b’idejhom. Għalhekk il-kunsilli jistgħu u għandhom jamministraw aħjar.

Xogħol is-sezzjonijiet tal-Partit.

5.Il-kumitati tas-sezzjonijiet tal-Partit jeħtieġ li jgħassu fuq il-Kunsilli Lokali . Id-deputati wkoll għandhom dan id-dmir. Is-Segretarju Ġenerali naf li huwa konxju ħafna tal-bżonn li jkun hemm ko-ordinament bejn is-Sezzjonijiet  u r-rappresentanza tal-Partit fil-Kunsilli. Jaf u kif qed narawh beda process intern proprju fuq dan.

Kazini Taghna.

6.Il-politika ta pajjiżna ma titmexxiex biss bl-ingrossa mil-Kap tal-Partit, jeħtieġ li titmexxa ‘l quddiem ukoll bl-imnut.  Jiena nemmen li fil-Każini tal-Partit f’kull lokalità, id-diskussjoni dwar il-bzonnijiet partikulari taqbsd spontanjament.  Biex il-Partit jerġa jieħu l-maġġoranza għandu bzonn dan ix-xogħol fl-imnut. L-elezzjonijiet, speċjalment dawk lokali, iżda wkoll dawk nazzjonali, ma jintrebħux biss minn fuq is-siġġijiet tal-Parlament jew bl-artikoli fil-gażżetti. Jintrebħu fit-toroq, fil-każini, fil-ħwienet, kif ukoll bil-kuntatt dirett man-nies.

Il-Korruzzjoni u l-amministrazzjoni ħażina.

7. Ħafna drabi dawn jimxu id f’id. L-amministratur korrott huwa amministratur ħażin. Kultant ikun hemm min jamministra ħażin anki jekk ma hux korrott. Hemm, amministraturi għażżenin bħalma hemm amministraturi inkapaċi. Hemm amministraturi mogħmija bil-passjoni partiġjana. F’demokrazija hija l-opposizzjoni li tikxifhom.  Jeħtieġ li tkompli tkun attenta, bieżla, kapaċi. Għalhekk il-partit jeħtieġ li jrawwem kunsulieri tajba. Il-Kumitati sezzjonali maghhom wkoll jeħtieġ li jżommu moħħom hemm.

L-elezzjonijiet jintilfu, l-elezzjonijiet jintrebħu.

8.Mhux biss bil-Mass meetings, jew bit-taħdit minn fuq it-Televiżjoni  jew bil-kitba fil-gazzetti. Mhux biss bl-ingrossa. Bħalissa il-gvern qiegħed jitlef lil dawk li ma hux jissodisfa. U għal elf raġuni partikolari. Meta nagħmluha man-nies, nindunaw x’inhu għaddej.  Xogħolna fl-opposizzjoni hu li nkunu għassiesa mhux biss kontra d-diżonestà u l-korruzzjoni,  iżda wkoll kontra l-inġustizzja u ċ-ċaħda tad-drittijiet li qed naraw jkomplu jizdiedu.

L-għar dnubiet

9.Ta kull gvern u amministrazzjoni huma l-qerq u l-inġustizzja.  Qabel nikxfuhom, jeħtieġ li nsiru nafuhom.  Mingħand in-nies individwali li qegħdin isofru minnhom. Dan huwa xogħol bl-imnut li lkoll għandna dmi r li naqdu. Ilkoll: Kap, deputati,  tesserati, kunsuliera.





Ġara dak li ħadd ma ħaseb




1.   Għal diversi bħali, li twelidna u trabbejna fid-dell tal-Ħajt ta’ Berlin.  Tlajna naħsbu f’dinja maqsuma.  Dinja Ewropea maqsuma.  Dinja ta’ ideat politiċi differenti, id-demokrazija, id-dittatura, il-libertà u t-tirannija.  Il-viżjoni politika tal-punent u dik tar-Russja Sovjetika.  Konna nifhmu dak li għaddej.  Kellna wkoll appartenenza ċara, ta’ ideat, ta’ kultura, ta’ impostazzjoni u struttura tal-Istat.  Kellna wkoll, fuq kollox, il-biża’ li ser iseħħ dak li ma seħħx, imma li f’dak iż-żmien konna nifhmu li seta’: gwerra nukleari li teqred kollox.

Nukleari

2.   Ħafna kienu jagħrfu li din il-pożizzjoni kienet tfisser ebda viżjoni, ebda tama lejn il-futur.  Biss, ħafna bħali kienu konvinti li xorta dmirhom huwa li jaħdmu għas-sewwa.  Jaħdmu sabiex, kemm jista’ jkun, din it-traġedja ma sseħħx.  Trid tkun hemm biex tifhem aħjar dak li qed ngħid.  Bħalma trid tmiss b’idejk il-Ħajt ta’ Berlin biex tifhem iktar xi jfisser.  Il-politika tal-Partit Nazzjonalista kienet dejjem ċara: li hija favur l-Ewropa ħielsa.  Ħaddieħor daħal iltaqa’ u ma ddejjaqx jiġi assoċjat ma’ diversi mexxejja komunisti ta’ dak iż-żmien.  Kien hawn ġlieda ta’ ideat f’pajjiżna fuq dan.  Bil-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien jgħid u jirrakkomanda stil ta’ ħajja “soċjalista” f’dak li kienu jiddikjaraw li saret “rivoluzzjoni silenzjuża” magħna.

Dorna fil-każini

3.   Konna dorna kważi l-każini tal-Partit fil-gżejjer tagħna b’messaġġ dwar dan.  Kellna għad-dispożizzjoni tagħna film qasir li kont nissellef mill-Ambaxxata Amerikana.  Ma kellux kliem kumplikat.  Kien biss immaġini ta’ kif il-Ħajt inbena.  Kemm nies ħarbu jew tilfu ħajjithom jaħirbu.  Kemm djar sabu ruħhom filli naħa u filli oħra.  Niftakar li meta konna nerġgħu nixegħlu s-sala lura għad-dawl, l-uċuħ ta’ diversi.  L-uċuħ ta’ dawk li kienu semgħu, imma ma rawx, u anqas fehmu s-separazzjoni bejn il-libertà u t-tirannija kemm kienet netta.

Tletin sena ilu

4.   Illum infakkru t-tletin anniversarju mill-waqa’ ta’ dan il-Ħajt.  Infakkru li dak li għaddiet minnu l-Ewropa, issa spiċċa.  Ix-xenarju nbidel.  Dawk li kienu maħkuma mill-komuniżmu Sovjetiku qed jgħixu fid-demokrazija.  Mhux biss, anzi diversi Stati saru issa parti mill-Unjoni Ewropea, u oħrajn għandna nassiguraw li jsiru parti minnha iktar ‘il quddiem.  Il-Ħajt waqa’ meta ħadd ma kien jipprevedi.  Imma waqa’ għax iż-żmien kien sar.  Iż-żmien kien renda fix-xejn il-viżjoni totalitarja tal-Istat.  Kien hemm proċess li fih il-bnedmin fehmu li wasal il-mument tal-bidla għalihom ukoll.  Riedu f’qalbhom il-libertà u d-demokrazija.

San Ġwanni Pawlu II

5.   Kien proprju l-messaġġ li ħareġ mill-fatt li Kardinal Pollakk laħaq Papa.  Kien dan il-mument storiku li biddel ħafna.  Dak li kien jidher impossibbli sar issa possibbli.  Tkellem u mar fil-Polonja jiġbed il-folol, iwassal messaġġ li ħadd ma seta’ jiċħad.  Kien il-bniedem li influwenza lill-oħrajn.  Kien dak li ċaqlaq ‘l-popli u ‘l-politiċi. Ir-riħ tal-bidla lejn is-sewwa kaxkar kollox.  Niftakruh dan kollu.  Niftakruh iseħħ quddiemna.  Kien iktar u iktar “loġiku” li, kif waqa’ l-Ħajt, waqgħu miegħu l-ħakmiet l-oħra.

Niċċelebraw

6.   Għaxar snin ilu kelli x-xorti unika li nkun Berlin fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-għoxrin sena.  Hemm iltqajt ma’ diversi protagonisti.  Kien hemm atmosfera differenti.  Dawk li qabel kienu avversarji, rajthom jieħdu b’idejn xulxin u jifirħu li kienu, bil-parti rispettiva tagħhom, wasslu għall-bidla.  Illum, id-dinja fiha l-isfidi ġodda tagħha, imma ċertament għandna għalfejn niċċelebraw.  Nifirħu li qed ngħixu f’art li hija parti mil-libertà u d-demokrazija, u mhux f’dik tad-dittatura li ħaddieħor kien imħajjar jeħodna fiha.




Mumenti ta’ prova


 1.     Il-pajjiż tagħna għaddej minn mument diffiċli.  Dak li rajna għaddej quddiemna f’dawn l-aħħar jiem jitkellem waħdu.  Kif iseħħ f’dan, il-bnedmin f’dawn il-gżejjer jieqfu jistennew.  Jieqfu jaraw u jirriflettu fuq kollox.  Hawn inkwiet mas-saqajn.  L-attivitajiet soċjali qegħdin, biċċa biċċa, jnaqqsu mir-ritmu tagħhom.  Fir-realtà, dak li konna ilna nisimgħu snin u ftit tawh piż.  Dak li diversi kienu qed jistaqsu dwaru issa ġie fuqna lkoll.

Min għandu r-responsabbiltà

2.     Il-piż ta’ din ir-responsabbiltà hija deċiżament fuq il-partit fil-Gvern.  Hija t-tmexxija tiegħu li għamlet numru sew ta’ kompromessi mal-verità, mas-sewwa, li ġiebet din is-sitwazzjoni.  Hija wkoll in-nuqqas ta’ ħeġġa u determinazzjoni sabiex jittieħdu l-passi legali u neċessarji sabiex l-iktar delitti politiku faħxi, wieħed jipprova jsolvih.  F’pika żbaljata mal-Oppożizzjoni, il-Kabinett Laburista ddeċieda sabiex jinjora dak li kien qiegħed jiġi mitlub.  Ħassu iktar kunfidenti jiddependi fuq il-messaġġi ta’ propaganda tiegħu, milli fuq il-pedamenti ta’ dejjem: il-fatti, il-verità.

Hemm stat ta’ fatt

3.     Issa wasalna f’punt fejn xejn ma jista’ jmur lura.  X’imkien ser naraw pożizzjoni li ser ikollha ċċedi.  Iktar u iktar meta kellna numru ta’ passi li wasslu lil diversi li indipendentement mis-simpatija, jew nuqqas tagħha, bdew jiddubitaw sew mit-tmexxija tal-pajjiż.  Hemm rabtiet li n-nies jaraw fil-gazzetti u fl-aħbarijiet bejn politiċi u negozjanti.  Hemm involvimenti ta’ politiċi li daħlu fin-negozju fil-poter tal-Gvern.  Hemm iktar minn dan – li aħna pajjiż żgħir, u n-nies jafu lin-nies.  Il-pajjiż żgħir tagħna jagħti iktar informazzjoni u fatti milli ħaddieħor jaħseb.

Ġieb lilu nnifsu

4.     Din il-kantuniera politika daħal fiha l-Gvern.  Ilu jaħrab biex ma jwettaqx dak li kellu qabel.  Ilu jdur naħa jew oħra, u issa sab li għandu għoqda fil-pettne.  Jew jaqtagħha, inkella jibqa’ mdendel għaddej biha.  Tibqa’, kif diġà hija, evidenti f’rasu, imur fejn imur.  Imma dak li daħal għalih ħadd ma jista’ jgħinu sabiex joħroġ minnu.  Irid isolvi huwa stess il-problemi li daħal għalihom.  Dawn huma kumplikazzjonijiet li ma ġewx fuq ħoġru, imma kien huwa, dan il-Gvern stess li daħal għalihom, għax ma ħax id-deċiżjonijiet li kellu jieħu qabel.

Triq demokratika

5.     F’dan, anke jekk hemm rabja li nġabret f’dan il-proċess ta’ ċaħda, xorta waħda l-fiduċja tagħna tibqa’ waħda demokratika.  Tibqa’ waħda bażata fuq il-fatti.  Waħda bażata fuq ir-raġuni u l-persważjoni.  Fid-demokrazija ma hemmx spazju, la għal xi forma ta’ forza, u wisq anqas għall-vjolenza.  Dak li għandna ngħidu, ngħiduh.  Ngħiduh b’intelliġenza, b’attenzjoni, bil-kalma u fid-direzzjoni li rridu naraw li l-problemi li għandna jiġu determinati.  Infakkar li r-raġuni ma tridx forza, u li fil-passat tagħna hija baqgħet il-linja gwida li wasslet sabiex isiru tibdiliet progressivi.

Fil-Kamra tad-Deputati

6.     F’dan, il-Kamra tad-Deputati qed issir dejjem iktar il-lok fejn id-dibattitu politiku qiegħed iqum u jiġi stabbilit.  Hemm diversi pożizzjonijiet u mozzjoni li l-Gvern qiegħed isib ruħu konfrontat bihom, li preżentement qiegħed jaħrab, daqqa għal raġuni u daqqa għal oħra.  Imma iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar jiżdiedu, u mhux jonqsu, il-kumplikazzjonijiet.  L-Oppożizzjoni għandha tkompli timxi fil-linja li qabdet.  Għandha tkompli tmexxi ‘l-quddiem l-aġenda nazzjonali sabiex il-verità toħroġ, u dak li ilu biex isir jiġi, finalment, fi tmiemu.  Hawn huwa l-post tar-raġuni.  Hawn huwa l-post tal-persważjoni.  Hawn huwa l-post li, għal darb’oħra, il-pajjiż ser idur isegwih biex jifhem aħjar dak li għaddej.

Mument determinanti

7.     Bħal ma huwa mument ta’ prova għall-Gvern huwa wkoll, fi gradi inqas, għalina.  Dak li qed nagħmlu jrid jibqa’ fil-linja ċara, li ma nippermettux li nibdlu, jew naqilbu, l-argument.  Hemm bżonn iktar attenzjoni, umiltà u koordinazzjoni ma’ dak li qed iwettaq il-Partit.  Ħadd, infakkar, ma huwa partit waħdu.  Huwa hekk għax huwa ma’ oħrajn f’daqqa.  Ikollu xi jkollu ideat, irid jara jekk hemmx qbil ġenerali, u mhux partikolari.  Il-forza tal-argument tal-Partit jiddependi minn dan ukoll.  Il-pożizzjoni għandha tibqa’ marbuta mas-soluzzjoni ta’ dawn il-problemi.  Għandna nibqgħu ffukati kemm nistgħu fuqhom.  Dan għax huwa ċar li qed iżommu lura lill-pajjiż milli jimxi ‘l quddiem.

Il-linja hija ċara

8.     Għalhekk, il-linja hija ċara.  Id-direzzjoni tal-Kap tal-Partit, f’dan kollu, hija f’dik tas-sewwa.  Hija f’dik tal-għaqal politiku, li titlob li nżommu ruħna mar-raġuni.  Għax f’dan il-mument ta’ prova rridu nibqgħu niftakru li r-raġuni ma tridx forza, għax hija fiha nnifisha l-forza li twassal għas-sewwa.

IL-FGURA – TRIQ WIED BLANDUN – TISBIĦ U RIJABILITAZZJONI




11917. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex ikun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

04/11/2019

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  282
25/11/2019

FTEHIM/TRATTATI PENDENTI MA’ PAJJIŻI U ISTITUZZJONIJIET INTERNAZZJONALI




11916. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati/ftehim pendenti ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali varji u jista’ jindika liema huma?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Rigward trattati pendenti ma' istituzzjonijiet internazzjonali varji, nistieden lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku.

Seduta  282
25/11/2019

MIŻURI GĦALL-KONFORMITÀ MA’ REGOLAMENT UE 2016/1191 TAL-PARLAMENT EWROPEW





11915. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8625, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni nbidletx u jinforma għalhekk x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?

04/11/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  282
25/11/2019


SCHENGEN – FONDI EWROPEJ


  
11914. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ewropej li l-Ministeru tiegħu għamel użu minnhom tul is-sena li għaddiet sal-aħħar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jindika b’mod partikolari dak li hemm fil-programmi marbuta mas-sistema Schengen?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma  lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmatli l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ qed jibbenifika minn fondi taħt il-Programm għas-Sigurtà Interna 2014-2020.  Dan il-programm jiskadi f’Diċembru 2021 u għalhekk il-proġetti kollha taħt dan il-programm iridu jkunu lesti sa qabel ma jiskadi il-perjodu u kif miftiehem mal-entità responsabbli għall-Fondi Ewropej.

L-ammont ta’ flus li ġew użati sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ €2, 457,415.65.

Seduta  282
25/11/2019


IL-FGURA – TRIQ WIED BLANDUN – TISBIĦ U RIJABILITAZZJONI




11913. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu mill-Ministeru tiegħu tul is-sena li ġejja sabiex jkun hemm tisbiħ u rijabilitazzjoni taż-żona mhux mibnija li hemm il-Fgura bejn Triq Wied Blandun sa fuq nett ta’ Triq il-Foss kif kien ġie indikat f’diskorsi preċedenti tal-baġit?

04/11/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr se jkun qed jikkontribwixxi lejn ir-rijabilitazzjoni tal-imsemmija żona permezz ta’ xogħol ta’ restawr tal-Bastjun ta’ San Ġwann, li jifforma parti mis-swar tal-Kottonera, u li huwa ippjanat li jibda għal nofs l-2020.

Se jkun qed isir ukoll ir-restawr tas-Sur biswit il-Bastjun, u cioe’ is-Sur ta’ San Ġwann, li huwa ippjanat li jibda aktar tard fis-sena.  Iż-żewġ proġetti mistennija li jieħdu sal-2021 biex jitwettqu.

Intant minn naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzzjoni ser jsiru interventi ta’ tindif kull meta jkun hemm il-bżonn.

Seduta  282
25/11/2019

TRADE MALTA – FONDI EWROPEJ




11912. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema fondi ewropej u f’kemm Trade Malta għamlet użu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u kemm se jkollha għad-dispożizzjoni tul is-sena li ġejja?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-progett li qed timplimenta TradeMalta jaghmel uzu mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014 – 2020. In-nefqa mill-bidu tas-sena sa’ Ottubru tal-2019 kienet ta’ €172,483.24. TradeMalta ser ikollha ghad-dispozizzjoni tagħha €100,000 fl-2020 minn dan il-fond.

Seduta  282
25/11/2019

25.11.19

IL-FGURA – TRIQ HOMPESCH – BUS STAGES ĠODDA




11911. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew installati l-bus stages ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch Fgura u kemm dawn ġew jiswew?

04/11/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, iż-żewg bus shelters ġodda li hemm fi tmiem Triq Hompesch, Fgura ġew installati għall-ħabta ta’ Novembru 2018.

Rigward l-informazzjoni mitluba ta’ kemm ġew jiswew, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li kienet ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10266 ta’ Seduta 230.

Seduta  281
20/11/2019

IX-XGĦAJRA – MANUTENZJONI TAX-XATT





11910. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra billi hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih u hemm biċċiet nieqsa?

04/11/2019

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar xhur, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) għamlet diversi xogħlijiet fil-lokalita’ tax-Xgħajra fosthom tisbiħ fil-playground, żebgħa ta’ bankijiet, ġiet irranġata l-latrina pubblika, xogħol ta’ xkatlar, tkaħħil u żebgħa tad-dawra tal-playground, fost xogħlijiet oħra.

Seduta  281
20/11/2019


MARDA TAL-LEBBRA - BENEFIĊĊJU




11909. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jieħdu xi forma ta’ benefiċċju marbuta mal-marda kiefra tal-lebbra? Jista’ jindika x’inhuma dawn il-benefiċċji li huma għad-dispożizzjoni tagħhom?

04/11/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn 22 persuna li jirċievu l-Għajnuna għall-Lebbra. Il-benefiċċju li jirċievu dawn il-persuni jammonta għal €36.58ċ fil-ġimgħa.

Seduta  281
20/11/2019

KONVENZJONI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA 176 EUROPEAN LANDSCAPE CONVENTION




11908. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex se jieħu pożizzjoni differenti u hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176 “European Landscape Convention”?

04/11/2019

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.

Seduta  281
20/11/2019

FIERI - KUMPANIJA




11907. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ġew mogħtija l-attenzjoni, informazzjoni u sostenn sabiex jesebixxu ġewwa fieri barra minn xtutna?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2019 Trade Malta għamlet mad-disgħin (90) intervent ma’ intraprizi bbażati f’Malta li ħadu sehem attiv permezz ta’ ‘stands’ ġewwa fieri internazzjonali.

Seduta  281
20/11/2019

IX-XGĦAJRA – MANUTENZJONI TAX-XATT




11906. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra billi hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih u hemm biċċiet nieqsa?

04/11/2019

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra ma taqgħax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru u għalhekk għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Seduta  281
20/11/2019

19.11.19

MINISTRI, DINJITARJI U AMBAXXATURI – VIŻTI F’PAJJIŻNA






11899. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

04/11/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li -Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019 huma:




Pajjiż
Dinjitarju
Data taż-żjara
Libja
L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja
9 ta’ Jannar 2019
L-Olanda
L-E.T.  Stef Blok Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda
9-11 ta’ Jannar 2019
Iraq
L-E.T. Ahmad Bamarni, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Iraq akkreditat ghall-Malta
11 ta’ Jannar 2019
Alġerija
L-E.T. Abdelkader Messahel, l-eks  Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Alġerija
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Unjoni għall-Mediterrean
L-E.T. Nasser Kamel, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterrean
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Franza
L-E.T. Jean-Yves Le Drian, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Franza
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Spanja
L-E.T. Josep Borrell, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Spanja
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Italia
L-E.T. Enzo Moavero Milanesi, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Italia
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Portugal
L-E.T. Augusto Santo Silva, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Portugal
17 u 18 ta’ Jannar 2019
Tuneżija
L-E.T. Beji Caid Essebi, l-eks President tat- Tuneżija
5 u 6 ta' Frar 2019

Germania
Is-sinjura Sibylle Katharina Sorg (Assistent Diretur Generali u  Representativ Speciali ghall- Relazzjonijiet mall-Membri tal-UE, Fruntieri u Koperazzjoni Regjonali)

19-20 ta’ Frar 2019
Slovakja
Is-sinjura Lucia Marcišiaková (Assistent Kap ta’ Missjoni fl-Ambaxxata tas-Slovakja f’Ruma)
21-22 ta’ Frar 2019
Franza
Is-sinjur Stéphane Lacroix, Assistent Professur tal-iskola tal-Affarijiet Internazjonali tax-Xjenza ta’ Parigi
22 ta’ Frar 2019
Każakistan
L-E.T Sergey Nurtayev, Ambaxxatur tar- Repubblika tal-Każakistan akkreditat għall-Malta
28 ta’ Frar 2019
Iran
L-E.T. Hamad Reza Bayat, Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran akkreditat ghall-Malta
28 ta’ Frar 2019
New Zealand
L-E.T. Nigel Fyfe, Il-Kummissjarju Għoli ta’ New Zealand akkreditat ghall-Malta
28 ta’ Frar 2019
Germanja
L-Honorevoli Christopher Ploss (Membru Parliamentari CDU)
6 ta’ Marzu 2019
Etjopja
L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta
8 ta’ Marzu 2019
Stati Uniti
Ambaxxatur Philip T. Reeker, Assistent Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti għall-Ewropa u l-Ewrasja
11 ta’ Marzu 2019
Ġeorġja
L-E.T. Konstantine Surguladze, Ambaxxatur tal- Ġeorġja akkreditat għall-Malta
14 ta’ Marzu 2019
Portugal
L-E.T. Pedro Nuno De Abreu Emelo Bartolo, Ambaxxatur tal-Portugal akkreditat għall-Malta
14 ta’ Marzu 2019
Israel
L-E.T. Eyal Sela, Ambaxxatur ta’ l-Israel akkreditat ghall-Malta
13 u 14 Marzu 2019
Ghana
L-E.T. Nana Akufo-Addo, President tal-Ghana
25 u 26 ta’ Marzu 2018
Ażerbajġan
L-E.T Mammad Ahmadzada, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ażerbajġan akkreditat għall-Malta
4 ta’ April 2019

OSCE
Is-Sur Harlem Desir, Rappreżentant għal-Libertà tal-Midja tal-OSCE
15 ta’ Ottubru 2019
Organizzazzjoni internazzjonali għall-migrazzjoni
Is-Sur Federico SODA, Kap tal-Missjoni, Ruma
17 ta’ April 2019
Kummissjoni Preparatorja għall-Organizzazzjoni Komprensiva tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari (CTBTO)
L-E.T. Dr Lassina Zerbo, Segretarju Eżekuttiv
8-10 ta’ Mejju 2019
Baħamas
L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal-Baħamas akkreditat ghall-Malta
9 ta’ Mejju 2019
Ir-Renju Unit
Is-Sur Nick Bridge, Rappreżentant Speċjali għat-Tibdil fil-Klima
9 ta’ Mejju 2019
Commonwealth Secretariat
Prof Prajapati Trivedi, Senior Director,
9 ta’ Mejju 2019
24 – 25 ta’ Ġunju 2019
Baħamas
L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal- Baħamas akkreditat ghall-Malta
22 ta’ Mejju 2019
Cijpru
L-E.T. Minas A. Hadjimichael, Kummissarju Gholi ta’ Cijpru ghall-Malta
22 ta’ Mejju 2019
Slovakia
L-Honerevoli Jan Richter, Ministru ta’ Xoghol
23 ta' Mejju 2019
Vietnam
L-E.T. Nguyen Thu Bich, Ambaxxatur tal-Vietnam akkreditat ghall-Malta
23 ta' Mejju 2019
Libja
L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja
27 ta’ Mejju 2019
Ġappun
L-E.T. Keiichi Katakami, Ambaxxatur tal-Ġappun akkreditat ghall-Malta
30 u 31 ta' Mejju 2019
Ċina
Delegazzjoni Ċiniża mil-Konferenza Konsultattiva u Politika tal-Poplu Ċiniż (CPPCC) u delegazzjoni milll-Kumitat Ċentrali tal-Assoċjazzjoni Ċiniża għall-Promozzjoni tad-Demokrazija
2-5 ta' Ġunju 2019
Kroatzja
L-E.T. Marija Pejèinoviæ Buriæ, anzjan Deputat Prim Ministru u Ministru Ta’ L-Affarijiet Barranin u taL-Ewropa
12 ta’ Ġunju 2019
Ċilì
L-E.T. Sergio Romero, l-Ambaxxatur taċ-Ċilì akkreditat għall- Malta
19 ta’ Ġunju 2019
Tuvalu
Hon. Enele Sosene Soopaga, Prim Ministru
24-27 ta’ Ġunju 2019
Ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana
Hon. Winston de Costa Jordan, Ministru ta’ Finanzi,
24-27 ta’ Ġunju 2019
Dominica
L-E.T. Janet Charles, Aġent Kummissarju Għoli
24-27 ta’ Ġunju 2019
Grenada
L-E.T. Lakisha Abba Grant, Kummissarju Għoli
24-27 ta’ Ġunju 2019
Tuvalu
L-E.T.Aunese Makoi Simati, Kummissarju Għoli
24-27 ta’ Ġunju 2019
Botswana
L-E.T. John Ndebele G. Seakgosing, Kummissarju Għoli
24-27 ta’ Ġunju 2019
Solomon Islands
L-E.T. Eliam Tangirongo, Kummissarju Għoli
24-27 ta’ Ġunju 2019
Bangladesh
Is-Sur Mohammad Shafiul Allam, Segretarju tal-Kabinett
24-27 ta’ Ġunju 2019
Tonga
Is-Sur Etika Koka, Segretarju tal-Kabinett
24-27 ta’ Ġunju 2019
Kummissjoni Ewropea
Is-Sur Gaspar Frontini, Direttur Ġenerali Koperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp
26 ta’ Ġunju 2019
Brażil
L-E.T. Antonio de Aguiar, l-Ambaxxatur tal-Brażil akkreditat għall-Malta
12 ta’ Lulju 2019
Venezwela
Is-Sinjur Felipe Z. Carles, Rappreżentant Speċjali ta’ l-E.T Juan Guaido, il-President tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela
15 ta’ Lulju 2019
Etjopja
L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta
23 ta’ Lulju 2019
Stati Uniti
Marshall Billingslea, l-Assistent Segretarju għall-Finanzjament tat-Terroriżmu fid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan, 
30 ta’ Lulju 2019
Angola
L-E.T. Florencio de Almeida, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Angola akkreditat ghall-Malta
31 ta’ Lulju 2019
Ġnus Magħquda
L-E.T. Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tas- Segretarju Ġenerali għall-Oċean
2 ta’ Awwissu 2019
Commonwealth
The Rt. Hon. Patricia Scotland, Segretarju Ġenerali
2 ta’ Awwissu 2019
Kummissjoni Ewropea
L-E.T. Karmenu Vella, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd
2 ta’ Awwissu 2019
BBNJ, Konferenza Intergovernattiva
L-E.T. Rene Lee, President
2 ta’ Awwissu 2019
Norveġja
L-E.T. Vidal Helgesen, Mibgħut Speċjali għall-Oċean
2 ta’ Awwissu 2019
Iżvezja
L-E.T. Helen Agren, Ambaxxatur għall-Oċean
2 ta’ Awwissu 2019
Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO)
Assistent Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura,             
2 ta’ Awwissu 2019
Maritius
L-E.T Jagdish D. Koonjul, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għall- Ġnus Magħquda
2 ta’ Awwissu 2019
Ġnus Magħquda
L-E.T. Ghassan Salamé, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Magħquda għal-Libja
21 ta’ Awwissu 2019
Fondazzjoni EU-LAC
Paola Amadei, Direttur Eżekkutiv tal-Fondazzjoni EU-LAC
18 ta’ Settembru 2019
Etjopja
L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata ghall-Malta
30 ta’ Settembru 2019
Svizzera
L-E.T. Rita Adam, Ambaxxatur ta’ l-Isvizzera akkreditata ghall-Malta
16 ta’ Ottobru’ 2019
Kanada
Is-Sinjur Anna Kapellas, Kap tas-sezzjoni Affairijiet Politici u Ekonomici, Ms Cristina Faessler fil-Kummissjoni Għolja Kanadiża akkreditata ghall-Malta f’Ruma   
16 ta’ Ottobru’ 2019
Awstrija
L-E.T. Heinz Fisher (President Emeritus)
24 ta’ Ottubru 2019
Kolombja
L-E.T. Gloria Isabel Ramirez Rios  L-Ambaxxatriċi tal-Kolombja akkreditata ghall-Malta
30 ta’ Ottobru 2019
Malasja
L-E.T. Westmoreland Edward Palon, l-Ambaxxatur tal-Malasja akkreditat ghall-Malta
31 ta' Ottubru 2019


Seduta  279
18/11/2019




UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...