16.10.19

SANTA LUĊIJA - SKOLA SEKONDARJA - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA


  
10789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskola sekondarja Santa Luċija Malta tul dan is-sajf?

01/07/2019




  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija dan is-sajf kienu kif se nsemmi:

·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Xogħol ta’ ristrutturar f’parti mill-binja sabiex tospita l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, inkluż aperturi, xogħol ta’ tikħil u żebgħa, xogħol ta’ partitions u installazzjoni ta’ faċilitajiet sanitarji
·              Installazzjoni ta’ gradi ġodda
·              Tlestija ta’ xogħol f’sitt workshops ġodda


Seduta  253
14/10/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...