9.10.19

IL-FGURA - SKEJJEL PRIMARJI - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI ORDINARJA U STRAORDINARJA



10785. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja se jsiru fl-iskejjel primarji fil-Fgura tul dan is-sajf?

01/07/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel primarji tal-Fgura dan is-sajf kienu:

·              Xogħol ta’ tikħil u żebgħa
·              Irranġar ta’ sistemi ta’ drenaġġ u ilma
·              Xogħol fuq turġien biex jinħoloq aċċess għall-bejt

Seduta  252
09/10/2019



No comments:

THE WAR OF THE ROSES

1. Bħalissa ninsab qiegħed naqra l-ktieb mill-iktar interessanti tal-mibki Professur Ingliż John Gillingham (1940), magħruf fil-linja ...