9.10.19

IDENTITY MALTA - DIXXENDENTI MALTIN LI JGĦIXU FIT-TUNEŻIJA, FL-EĠITTU U FL-ALĠERIJA



10567. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ Identity Malta sabiex numru ta’ persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu fit-Tuneżija, l-Eġittu u l-Alġerija u għar-raġunijiet storiċi ma jistgħux jippreżentaw ċertifikat tat-twelid oriġinali mill-Istat, jistgħux minnflok iressqu ċertifikati tal-magħmudija?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Servizzi Konsulari fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ għamel ir-rappreżentazzjonijiet meħtieġa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Identity Malta sabiex ikun esplorat l-aħjar mod kif persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija, li għal raġunijiet storiċi ma jistgħux jippreżentaw ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat jingħataw il-possibbiltà li minflok jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Id-Direttorat huwa nfurmat minn Identity Malta li każi ta’ dan it-tip se jibdew jiġu trattati każ każ, u deċiżjoni dwarhom tittieħed kif meħtieġ.

Seduta  251
08/10/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...