9.10.19

IL-FGURA – TRIQ VALPERGA – TINDIF U RIJABILITAZZJONI




10562. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għat-tindif u rijabilitazzjoni taż-żona u t-Triq Valperga, fil-Fgura?

17/06/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ż-żona msemmija, fejn jidħlu toroq u bankini dawn qegħdin jitnaddfu fuq bażi kontinwa u id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni twettaq xogħol ta' qtugħ ta’ ħaxix u tneħħija ta’ rimi ta skart illegali meta jkun meħtieġ.

Intant infurmat ukoll li d-Direttorat tar-Restawr qed jagħmel xogħol ta’ dokumentazzjoni fuq is-sur ta’ San Ġwann li jinstab fil-viċinanzi ta’ Triq Valperga. Dan qed isir bil-ħsieb li jinħareġ tender għar-restawr ta’ dan is-sur fix-xhur li ġejjin, kif ukoll infurmat li hemm l-intenzjoni li jinħareġ tender ieħor għar-restawr ta’ parti oħra tal-istess sur matul is-sena d-dieħla.

Seduta  251
08/10/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...