9.10.19

IL-FGURA – TRIQ VALPERGA – TINDIF U RIJABILITAZZJONI



10565. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għat-tindif u rijabilitazzjoni taż-żona u t-Triq Valperga, fil-Fgura?

17/06/2019


  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li materjal, kif wkoll ħaxix ħażin u skart ieħor li gie mormi fil-passaġġ li jagħti min Triq Valperga għal Għajn Dwieli ġie mneħħi f'April 2019 biex dan il-passaġġ ikun aċċessibli mill-publiku.  L-aċċess tal-vetturi fil-wied min naħa ta' Għajn Dwieli ngħalaq biex jonqos rimi ta skart goff fil-wied u magħtul dan il-passaġġ. Il-branch ta' Kordin tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati u ingħatatilhom kopja taċ-ċwievet biex ikollhom aċċess f'każ ta' inċident.

Mil-24 ta' Mejju, sar wkoll intervent ta' tindif min materjal mormi u tneħħija ta' siġar invażivi  f'Wied Blandun biswit Triq il-Kampanella u Vjal it-28 ta' April.


Fil-ġranet li ġejjin ser isir ukoll tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin li hemm ma ġenb is-swar fi Triq Valpegra.


Seduta  251
08/10/2019


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...