30.6.19

AMBAXXATA F’THE HAGUE - ĦIDMA




10403. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa The Hague?

05/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ijja l-ħidma li saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa The Hague.
Bilaterali

· Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Olandiż Stef  Blok f’Malta 9-10 ta’ Jannar, 2019.
· Żjara ta’ Uffiċjali Għolja tal-MCAST (Kulleġġ Marittimu) fl-Olanda  (24-27 ta’Frar) bil-għan li jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-MCAST u Kulleġġi Olandiżi impenjati fl-istess oqsma.
· Ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku tas-sossten mal-Olanda għall- kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation).
· Laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż dwar il- kandidatura ta’ Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 2023/2024.
· Sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi Membri tal-Gvern u Uffiċjali Għolja fl-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali  Olandiża (eż. Tweente, Noordoostpolder) kif ukoll fl-organizzazzjonijiet Internazzjonali stabbiliti f’The Hague.

· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-kungressi tal-partiti politiċi Olandiżi.
· Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lir-Reġina Margrethe tad-Danimarka mill-Ambaxxatrici Marlene Bonnici (Marzu 2019).

· «Monitoring» tal-medja Olandiża u Daniża.
· Parteċipazzjoni f’diversi avvenimenti kulturali, ekonomiċi, politic u diplomatiċi  organizzati minn entitajiet u  Ministeri Olandiżi u mill-korp diplomatiku f’The Hague bħala parti mill-ħidma diplomatika ta rutina.

Kummerċjali
· Żjara f’Emmeloord u l-inħawi fil-qrib biex ikomplu jissaħħu l-kuntatti mal-kumpaniji li jimportaw il-patata minn Malta.
· Għajnuna lill-kumpaniji Maltin biex jesportaw lejn / isibu suq  fl-Olanda.
· Kuntatti ma’ Uffiċjali fl-ajruport ta’ Schiphol bil-għan li jiżdiedu « landing slots » għall-Air Malta.

Kulturali
· Kuntatti mar-Rijksmuseum van Oudheden fil-Belt ta’ Leiden bil-għan li ssir wirja tal-monumenti pre-istoriċi Maltin fl-istess Mużew fis-sajf 2021.  Dawn il-kuntatti ssarfu fi’ żjara ta’Uffiċjali Għolja tal-Mużew Olandiż f’Malta fejn saru laqgħat mal-Heritage Malta (Marzu 2019) kif ukoll fi żjara ta’ Uffiċjali Għolja tal-Heritage Malta f’Leiden (Ġunju 2019) bħala parti mill-preparamenti għall-wirja.
· Stabbiliti kuntatti mad-diriġenti tal-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ Almere (Frar 2019) bil-għan li jsiru skambji bejn l-Orkestra Olandiża u dik Maltija.  L-ewwel skambju mistenni jsir fis-sajf 2020.
· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminars għal studenti tal-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali (li tinsab f’The Hague).
· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fis-sessjoni THIMUN 2019
· Parteċipazzjoni fil-laqgħat u attivitajiet tal-EUNIC

Konsolari
· Ħidma biex jiġi identifikat Konslu Onorarju ġdid għar-reġjuni ta’ « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht »fl-Olanda kif ukoll ieħor fir-reġjun ta’ Zeeland (Copenhagen) fid-Danimarka.
· Kuntatt kontinwu mal-Awtoritajiet  Olandiżi   waqt l-attakk terroristiku li sar f’Utrecht f’Marzu, 2019, biex jiġi stabbilit kienx  hemm ċittadini Maltin li nqabdu fl-attakk.
· Informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza.  Tiġdid ta’ numru ta’ passaporti.  Maħruġa numru ta’ passaporti ta’ emerġenza .
· Għajnuna lil ċittadini Maltin fl-Olanda u d-Danimarka .


Promozzjoni ta’ Malta
· Parteċipazzjoni ta’ membri tal-Ambaxxata fil-fiera tat-turiżmu Vakantiebeurs f’Utrecht, Jannar, 2019.
· Żjarat f’kumpaniji, istituti edukattivi u aġenziji li huma responsabbli mill-investiment u l-kummerċ  fl-Olanda bil-għan li ssir promozzjoni ta’ Malta bħala pajjiż attraenti għall-investiment.


Oħrajn

Multilaterali:

OPCW
· Parteċipazzjoni ta’ Malta fil-laqgħat regolari ta’ koordinament (WEOG u EU) dwar ix-xogħol fl-OPCW
· Parteċipazzjoni fil-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW (fejn Malta ilha Membru Elett mis-sajf tal-2018) EC-M-62 f’ Jannar 2019; EC-M-63 fi  Frar 2019;  EC-90 f’Marzu;

ICC
· l-Ambaxxatriċi Bonnici maħtura bħala “facilitator” tal-baġit tal-Qorti għas-sena 2020.  Diversi laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja tad-diversi Organi tal-Qorti biex jitmexxew id-diskussjonijiet tal-baġit.
· Parteċipazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat tal-Baġit (April)
· Parteċipazzjoni regolari fil-Grupp ta’ Ħidma li jiltaqa’ f’The Hague.

HCCH

· Laqgħat informali tal-baġit (Jannar 2019)
· Parteċipazzjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-HCCH  5-8 Marzu, 2019.
· Preparamenti għal-laqgħat li ser isiru f’The Hague f’Ġunju dwar il-“Judgements Project”.
              

ICMP

· Diversi laqgħat mal-Uffiċjali tal-ICMP f’The Hague dwar il-proġett ta’ kooperazzjoni bejn diversi pajjiżi tal-Mediterran “Missing Persons”.

Planetary Security Initiative

· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-laqgħa li saret f’The Hague fi Frar 2019.

EU

· Parteċipazzjoni fil-laqgħat HOMs u laqgħat oħra organizzati mill-Presidenza tal-UE (l-Ambaxxata Rumena) f’The Hague kif ukoll mir-Rappreżentanza tal-UE fl-Olanda.
· Kuntatti ma’ uffiċjali Olandiżi dwar pożizzjonijiet ta’ Malta f’diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni .
· Partiċipazzjoni tal-briefing tal-Gvern Olandiż qabel il-Kunsilli ta’ kull xahar tal-FAC, GAC u ECOFIN u l-laqgħat tal-JHA u EUCO.
· Laqgħat ma’ Uffiċjali tal-Europol u Eurojust.

Seduta  242
26/06/2019


AMBAXXATA F’BRUSSELL - ĦIDMA






10402. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Brussell?

05/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor Interpellant li Il-ħidma fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell ma taqta’ qatt.  Bejn il-preżenza ta’ komunità Maltija sinjifikanti u l-preżenza tan-numru ta’ Ambaxxati u rappreżentazzjonijiet diplomatiċi (Brussell qiegħda fit-tieni post bl-ikbar preżenza diplomatika), il-ħidma tal-Ambaxxata hija waħda bla heda u dejjem timraħ għal dawk l-opportunitajiet li kapaċi jsarrfu fi promozzjoni għal pajjiżna.

Bilaterali

L-Ambaxxata Maltija fil-Belġju sa minn meta nfetħet dejjem kienet strumentali sabiex jitkattru r-relazzjonijet bejn Malta u l-Belġju u Malta u l-Lussemburgu. Sar ħafna xogħol ukoll sabiex jinbtu relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra li Malta ma kellhiex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom. Mill-bidu ta’ din is-sena l-Ambaxxata Maltija fi Brussell kompliet bil-ħidma kontinwa sabiex tkompli tikber il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Belġju, il-Lussemburgu, u l-pajjiżi l-oħra li għandhom Ambaxxata akkreditata fil-Belġju.  Barra minn hekk impenn regolari tal-Ambaxxata hu s-sostenn li jingħata lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor Carmelo Abela meta jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. Uħud mill-impenji huma elenkati hawn taħt:-

· 17 ta’Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lil Dr Jean De Brabander fl-Ambaxxata Maltija sabiex jgħaddilu d-dokumenti uffiċjali tal-ħatra tiegħu bħala Konslu Onorarju ta’ Malta għall-ġurisdizzjoni tal-Provinċja ta’ Limburg fil-Belġju. B’din il-ħatra ġdida Malta issa għandha ħames Konsli Onorarji fil-Belġju.
· 23 ta’ Jannar– l-Ambaxxatur Azzopardi u d-Deputat tiegħu s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata Maltija mas-Sur Sam Vandenabeele, Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Fjamming tal-Belġju. Id-Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Fjamming is-Sur Vandenabeele għadda ittra b’talba għall-għajnuna sabiex Malta tagħti s-sapport tagħha fil-kandidatura tal-Ministru Muyters għall-Elezzjonijiet Ewropej dwar l-Anti-Doping.  L-ittra li kienet miktuba ukoll b’Malti perfett, ġiet mgħoddija lill-Awtoritajiet Maltin. Malta ddeċidiet li tivvota għall-kandidatura Belġjana. Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lid-Direttur Vandenabeele li talab lill-Ambaxxata Maltija fil-Belġju twassal l-apprezzamement tiegħu f’isem il-Gvern Fjamming tal-Belġju lill-Gvern u lill-Awtoritajiet Maltin.
· 28 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott attendew għad-Diplomatic Contact Days organizzat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan.
· 29 ta’ Jannar – Is-sinjura Carabott attendiet ikla organizzata mill-Missjoni konġunta tar-Renju Unit għan-NATO għall-Pajjiżi Ewropej tal-Punent magħrufa bħala Western European Partners (WEP 6).  Ir-Rappreżentanta Permanenti tar-Renju Unit għan-NATO, l-Ambaxxatriċi Sarah Macintosh ħadet l-okkażjoni sabiex issegwi mill-qrib l-ilmenti tal-pajjiżi sieħba, partikolarment minħabba d-diviżjoni li nħolqot fin-NATO mal-pajjiżi sieħba wara li dawn tħallew fil-binja l-antika waqt li l-Alleati u l-Amministrazzjoni tan-NATO marru faċċata fil-binja tal-Kwartieri l-ġodda tan-NATO. Pajjizi sieħba bħall-Finlandja esprimew id-diżappunt li qed iħossuhom maqtugħa politikament mill-kuntatt tal-kumplament tal-membri.
· 5 ta’ Frar - l-Ambaxxatur Azzopardi attenda għaċ-ċerimonja simbolika tal-għotja tal-Bandiera tar-Rumanija mill-Konslu Ġenerali tar-Rumanija lis-sindku ta’ Brussell fis-sala tal-binja tal-Kunsill fi Grand Place. Din iċ-ċerimonja kienet parti mill-attivitajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
· 7 ta’ Frar – il-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Provinċji ta’ Liège, Namur u Lussemburgu fil-Belġju, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex, issokta bil-ħidma tiegħu sabiex ikomplu  jissaħħu r-relazzjonijijiet bejn Malta u l-Belġju, billi organizza żjara uffiċjali fil-Provinċja tal-Lussemburgu li hi Provincja fit-tarf tan-nofsinhar tar-Reġjun tal-Wallonja fil-Belġju.  Wara l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-delegazzjoni żaru wieħed mill-aktar postijiet importanti fir-reġjun Ardennes li jfakkar it-tieni Gwerra Dinjija permezz tal-Mużew tal-Gwerra f’Bastogne. Wara żaru il-Euro Space Centre, Park tax-xjenzi li jiġbor fih mużew dwar l-iżvilupp tax-xjenza u ċentru ta’ taħriġ astronawtiku u spazjali li jservi ukoll bħala attrazzjoni turistika għall-familja kollha.
· 12 ta’Frar – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħa mas-sur Yann Le Cam, Kap Eżekuttiv tal-EURORDIS, l-organiżżazzjoni Ewropea li tiġbor fiha l-Assoċcjazzjonijiet u Għaqdiet Volontarji li jaħdmu sabiex iwasslu għajnuna u għarfien dwar il-Mard Rari.
· 21 ta’Frar – Is-Sinjura Carabott attendiet għal-laqgħa li ġiet organizzata mic-CIDIC (Ċentru Ewropew għall-Ekonomija, Akkademja u d-Diplomazija Kulturali) fejn l- Ambaxxata Bilaterali tar-Rumanija fil-Belġju ppreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Preżentazzjoni saret fir-residenza tal-President tac-CIDIC, li hu ukoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta.
· 22 ta’Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor Dr. Chris Fearne bi tħejjija għas-Simposju Internazzjonali EUFOREA li kellu jiġi organizzat f’Malta fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju 2019.
· 25 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Parlament ta’ Malta, l-Onor. Dott. Anġlu Farrugia, mal-iskrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti, is-Sur Ray Scicluna, mas-Segretarju Personali tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, is-Sur Ancel Farrugia u mad-Direttur tal-Parlament is-Sur Pierre Mallia dwar il-loġistika kollha għas-Simposju Internazzjonali EUFOREA li kien ippjanat li jsir fil-Plenarja tal-Parlament Malti.
· 28 ta’ Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għall-ewwel Business Lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fl-okkażjoni tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bħala mistieden speċjali attenda d-Deputat Prim Ministru u Ministru Għall-Affarijiet Barranin, Kummerċ, Intern u Immigrazzjoni Didier Reynders li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni politika fil-Belġju.
· 6 ta’Marzu – id-Deputat Kap tal-Ambaxxata is-Sinjura Carabott attendiet għall- ftuħ tal-konferenza ddedikata għall-Multilingwiżmu u l-Frankofonija.
· 7 ta’Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mid-Deputat tiegħu s-Sinjura Carabott iltaqgħu mas-sur Patrick Hemmer, il-Konsulent Diplomatiku tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu, l-Eċċellenza Tiegħu Xavier Bettel. L-iskop tal-laqgħa kien li jiġu skambjati l-ideat għall-possibiltà ta’ żjara uffiċjali mill-Prim Ministru ta’Malta u s-Sinjura Muscat fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu. Iż-żewġ naħat iddiskutew l-iżvilupp tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u s-suċċess fil-ħidma taż-żewġ pajjiżi. Wara din il-laqgħa, l-Ambaxxatur u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa mas-sur Oliver Baldauff, Deputat Direttur għall-Affarijiet Politiċi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu fejn ukoll tressqet it-talba ta’ Malta għal appoġġ tal-Lussemburgu għall-kandidatura ta’ Malta fuq l-IMO.
Wara l-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu, Dr Michel Molitor, stieden lill-Ambaxxatur u s-Sinjura Carabott għall-business lunch sabiex ikomplu jigu diskussi l-aħħar żviluppi dwar d-Diaspora Maltija fil-Lussemburgu.
Filgħaxija l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-Deputat tiegħu attendew għaċ-ċerimonja li saret sabiex jitfakkar il-50 Anniversarju minn meta bdew l-ewwel pubblikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. F’din l-attività attendew għaliha l-Altezza Rjali l-Gran Duka tal-Lussemburgu, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, diversi Ministri tal-Kabinett u diversi Ambaxxaturi u uffiċjali għolja tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
· 12 ta’ Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lill-Ambaxxatur l-Eċċellenza Tiegħu Ridha Ben Mosbah, Ambaxxatur tat-Tunisija għar-Renju tal-Belġju.  F’din il-laqgħa li saret fl-Ambaxxata Maltija f’Dar Malta fi Brussell, ġew diskussi r-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u kif jistgħu jkomplu jissaħħu dawn ir-relazzjonijiet. 
· 13 ta’Marżu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu żjara ta’ korteżija mill-Eċċellenza Tiegħu Pavel Klucky, Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka. Matul il-laqgħa ż-żewġ Ambaxxaturi ddiskuttew ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ naħat u kif jistgħu joktru f’oqsma diversi. 
· 15 Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mis-sinjura Carabott attendew laqgħa ta’ informazzjoni mal-konsulenti Glenaki, rappreżentanti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu (BELUX). Matul il-laqgħa li saret fl-uffiċini ta’ Glenaki fi Bruges, ġiet spjegata l-istrateġija li ġiet introdotta sabiex jiġu attirati turisti mill-Belġju u l-Lussemburgu lejn Malta.
· 15 Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ fl-Ambaxxata lis-Sinjura Carmen Buttigieg, Direttur għall-Affarijiet marbuta mad-Difiża fejn ġew diskussi l-oqsma li jeħtieġu ħidma aktar mill-qrib bejn l-Ambaxxata Maltija u d-Direttorat.
· 21-22 ta’ Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lill-Onor. Dr Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta u d-delegazzjoni  tiegħu u akkumpanjahom fil-laqgħat li kellhom fi Brussell waqt il-laqgħat għall-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Ewropea. 
· 22 ta’Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għal-laqgħa li ssejħet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Eċċellenza Tiegħu Didier Reynders, li saret fil-Palazz Egmont u kienet titratta l-kandidatura tal-Belġju għall-post ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.
· 26 ta’ Marzu – id-Deputat kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Carabott attendiet għal sessjoni ta’ informazzjoni organizzata mill-Ambaxxata Kanadiża bi preparazzjoni tal-Pride Parade Belġjana fejn għall-ewwel darba d-diplomatiċi kienu qed jiġu mistiedna li jimxu flimkien wara l-istreamer ‘’Diplomats for Equality.’’
· 26 ta’Marzu – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata, is-Sinjura Carabott attendiet għat-tieni business lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fil-Belġju. Il-Mistiedna tal-unur kienet il-Ministru tal-Parlament Federali għas-Saħħa l-Eċċellenza Tagħa Maggie De Block.
· 2 t’April – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħa mal-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Provinċji ta’ Liège, Namur u l-Lussemburgu, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex dwar il-laqgħa li ser tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Konsli Onorarji kollha li ser issir f’Malta f’Mejju 2019.
· 2 t’ April – l-Ambaxxata organizzat laqgħa għas-sitt Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Belġju u l-Lussemburgu. Matul il-laqgħa s-sitt Konsli Onorarji ppreżentaw rapport dwar il-ħidma tagħhom fix-xhur li għaddew u ressqu il-programm ta’ ħidma tagħhom għax-xhur li ġejjin. Fit-tmiem il-laqgħa li saret fil-Media Room tal-Ambaxxata Maltija f’Dar Malta, l-Ambaxxatur u d-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Tania Carabott, qassmu kotba u informazzjoni dwar Malta lill-Konsli Onorarji.
· 4 t’April – Is-Sinjura Carabott laqgħet is-Sur Joseph Borg, ic-Chairperson tal-Insuleur, li għamel laqgħa tal-Insuleur fil-bini tal-Ambaxxata, bil-korteżija tal-Ambaxxatur u l-istaff tal-Ambaxxata Maltija fil-Belġju.
· 10 t’April – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa’ lill-Onor. Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta’ Malta mad-delegazzjoni tiegħu u akkumpanjahom waqt il-laqgħat li kellhom fi Brussell waqt il-laqgħat għall-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Ewropea. 
· 14 - 18 t’April – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Carabott laqgħet u akkumpanjat lill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President Emeritus u d-delegazzjoni Tagħha waqt żjarat li kellhom fil-Belġju.
· 24 t’April – l-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħat mas-Sur Riad Fechkeur Chairman Eżekuttiv ta’ Speed Group dwar diversi oqsma ta’ ħidma ekonomika f’pajjiżna.
· 2-5 ta 'Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda u indirizza s-simpożju tal-EUFOREA li sar f'Malta fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Malti bl-isforzi u l-faċilitazzjoni tal-Ambaxxatur u bl-għajnuna tal-Konsli Onorarji Ernest de Laminne de Bex u Jean De Brabander. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA - “Aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-kura tas-saħħa fil-Mard ta’ Allerġiji u l-Pajp tan-Nifs  permezz tal-implimentazzjoni ta’ għodod diġitali u edukattivi” attendew ħafna Rappreżentanti Għolja ta’ Akkademji Ewropej u esperti dwar is-suġġett. Malta kienet irrappreżentata fis-Simpożju minn Dr Martin Balzan, President tal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta u Dr Adrian M. Agius President tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' l-Otolaringoloġisti u kirurgi tar-ras u tal-għonq. Is-Simpożju ta’ Malta EUFOREA ġie indirizzat ukoll mill-Onor. Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta' Malta, l-Onor Dr. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Dr Chris Fearne Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa u l-Onor. Dr Maria Deguara, Kelliema tal-Oppożizzjoni għal-Anzjanità Attiva, Persuni b'Diżabilità u l-ġlieda kontra d-Dipendenzi u forom oħra ta’ Dipendenza. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor Carmelo Abela attenda s-sessjoni tal-ftuħ. Is-Simpożju kien ippresedut b’mod konġunt mill-Onorevoli Dr Anglu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati u kien imxandar dirett fuq il-Kanal Televiżiv tal-Parlament.
· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ċ-ċerimonja fil-qabar tas-suldat mhux magħruf li jikkommemora l-74 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-Ambaxxatur Azzopardi fassal girlanda għall-okkażjoni.

Kummerċjali
Matul din is-sena l-Ambaxxata kompliet ukoll bil-ħidma sabiex tqiegħed isem pajjiżna f’kull fora, sabiex b’hekk tħajjar aktar negozjanti jesploraw il-vantaġġi ta’ Malta fl-oqsma tal-kummerċ u ekonomija. B’hekk aktar imprendituri bdew ifittxu aktar informazzjoni u ressqu sabiex jibdew negozju ma’ pajjiżna. Il-ħidma kienet mifruxa kif indikat hawn taħt :

· 30 ta’ Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott iltaqgħu fl-Ambaxxata Maltija mas-Sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber andInsuleur u s-Sur Michael Galea, Vici-President tal-Gozo Business Chamber. Wara skambju tas-saħħiet u l-isfidi ffaċċjati minn Għawdex, ir-rappreżentanti infurmaw li Għawdex qiegħed jippresiedi l-Insuleur u bi sforz biex jgħin lill-Kamra fil-laqgħat tagħha fi Brussell, l-Ambaxxata offriet id-disponibbiltà ta' Dar Malta biex torganizza diskussjonijiet importanti bħal dawn.
· 5 - 6 ta' Frar - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u akkumpanja d-delegazzjoni tal-Kummissarju Malti tal-Films, is-Sur Johann Grech waqt żjara li għamel fil-Belġju. L-Ambaxxatur introduċa lis-Sur Grech mas-Sur Dirk Timmerman bil-għan li jiffaċilita l-kuntatti u jippromwovi l-inċentivi ta’ Malta fl-industrija awdjoviżiva.
· 11 ta' Frar - l-Ambaxxata organizzat laqgħa bilaterali mal-Prof Roland Gueubel dwar l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw il-proġett B-Life. L-aġġornamenti kollha ġew trasmessi lill-Uffiċċju tas-segretarju Permanenti għall-konsiderazzjoni.
· 28 ta' Frar - L-Ambaxxata organizzat l-aħħar laqgħa tagħha mal-Prof Gueubel dwar il-proġett B-Life. Din kienet l-aħħar laqgħa tat-tip peress li, fin-nuqqas ta' konferma tanġibbli biex tipproċedi bil-proġett, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, taħt l-awspiċi li l-proġett kien se jiġi implimentat bla ħlas, iddeċidiet li tikkanċella l-iskjerament potenzjali ppjanat għall-2019 minħabba n-nuqqas ta' ħin biżżejjed biex tippjana l-iskjerament.
· 29 ta' Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi iltaqa’ mas-Sinjura Sophie Massage kap tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali tal-Investiment għall-Fjandri, għall-Wallonja u għar-Reġjuni ta' Brussell fl-Ambaxxata Belġjana għal Malta f'Ruma. Waqt din il-laqgħa l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Massage iddiskutew l-iżviluppi ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Belġju wara ż-żjara tagħha f'Malta aktar kmieni s-sena l-oħra.
· 24 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel laqgħa mas-Sur Riad Fechkeur President tas-Soluzzjonijiet Globali ta' Red Med Group, biex jiddiskuti aktar kollaborazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Belġju, l-Alġerija u Malta. Waqt il-laqgħa s-Sur Fechkeur wiegħed li jappoġġja organizzazzjonijiet filantropiċi f'Malta.
·              9 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ltaqa' mas-Sur Jose Espartero, Maniġer Reġjonali għall-Air Malta fil-Belġju u s-Sur Wouter Soen, Maniġer tal-Bejgħ għall-Benelux biex jiddiskutu u jiskambjaw aġġornamenti dwar titjiriet tal-Air Malta KM għas-sajf tal-2019.
Kulturali
L-Ambaxxata Maltija fi Brussell matul is-snin organizzat bosta attivitajiet Kulturali li servew ta’ pjattaforma għall-artisti Maltin waqt li wkoll żammew ħajja l-kultura Maltija barra minn xtutna. Ħafna minn dawn l-attivitajiet ġew organizzati bil-għajnuna tal-Fond tad-Diplomazija Kulturali fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u permezz tal-għajnuna li kiseb l-Ambaxxatur Azzopardi minn diversi entitajiet oħra bħalma huma l-Kunsill Malti tal-Arti, il-MIMCOL, Transport Malta, Valletta 18 u CIDIC fil-Belġju. Matul dan il-perjodu tas-sena saru dawn l-attivitajiet:-   
· 14 ta' Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel diskussjoni bit-telefon ma' Maestro Mark Agius dwar ix-xogħol ta' tħejjija għal wirja mill-kor ta' l-Ensemble tal-Kamra ta' San Pawl.
· 18 ta' Jannar - Minbarra l-kontribuzzjoni mogħtija matul il-kampanja Istrina, ġew ippreżentati €150 oħra mis-Sinjura Carabott, f'isem il-komunità Maltija, lil Lt Brian Gatt, Aide-de-Camp għall-Eċċellenza Tagħha, fil-Palazz f’Attard.
· 8 ta’ Frar – Id-Deputat tkellmet mal-organizzaturi tal-Brussels Jazz Brass dwar possibiltajiet sabiex tittella’ band Maltija u tippartecipa f’dan il-proġett li jsir kull sena fuq medda ta’ tmiem il-ġimgha matul l-aħħar ġimgħa ta’ Mejju.
· 5 ta' Marzu - L-Ambaxxatur akkumpanjat mill-artist Alfie Gatt żar il-Gallerija tal-Arti Sablon fi Brussell bi preparazzjoni għal proposta ta' proġett kulturali ffinanzjat mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali.
· 22 ta' Marzu - L-Ambaxxatur għamel laqgħa mas-Sur Charles Vella, Assistent Kap tal-Iskola ta' San Anton, akkumpanjat minn għalliem u 3 studenti.
· 27 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda d-"Dejeuner ta' l-Ambaxxaturi" f'Circle Gaulois bil-preżenza tas-Sur Peter de Caluwe - Direttur Ġenerali ta’ La Monnaie.
· 28 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa' u indirizza grupp ta’ Studenti mill-Università ta' Malta (Fakultà tal-Affarijiet Ewropej) immexxi minn Dr Robert Micallef.
· 5 ta' April - L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fid-Dar Malta għall-komunità Maltija u ffaċilitat il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella.
· 24 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott laqgħet żewġ studenti tal-Università Belġjana u wieġbet għall-mistoqsijiet tagħhom dwar il-multilingwiżmu f'Malta.
· 28 ta’ April – id-Deputat żammet kuntatt ma’ Dott Laura Falzon rigward ħsieb ta’ proġett ta’ kunċert minn din il-flutista rinomata biex jittella’ fi Brussell.
· 3 ta' Mejju - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet l-anniversarju tat-twaqqif tal-Kor tas-subien prestiġjuż f'Aalst. Il-kor tas-subien u tal-irġiel fil-passat kien wettaq kunċert f'Malta.
· Fit-3 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann għal żjara tal-Katidral u l-Mużew.
· 4 ta' Mejju - L-Ambaxxata pparteċipat fil-Festival Annwali tal-Ħobż f'Rond-Point Schuman. L-avveniment huwa organizzat fl-istess ħin meta l-Istituzzjonijiet Ewropej jiftħu l-bibien tagħhom, u jattiraw madwar 20,000 viżitatur fil-lokal. Fil-festival ta’ din is-sena, l-Ambaxxata ħejjiet ħobż b’firxa bbażata fuq it-tadam, żejt taż-żebbuġa, basal aħmar, melħ, bżar u nagħniegħ frisk filwaqt li serviet l-inbid aħmar u abjad Malti. Il-ħelu favorit tradizzjonali tal-Għid Malti, il- “figolla”, ġie servut ukoll fil-bankarella ta’ Malta. Il-viżitaturi interessati li jippjanaw il-vaganza tagħhom li jmiss fil-Gżejjer Maltin kellhom fuljetti differenti minn fejn jagħzlu skont il-gosti tagħhom biex iqattgħu vaganza orjentata lejn il-kultura jew pjuttost avventura u sport. Il-bankarella ta’ Malta irriżervat ukoll sorpriża żgħira għall-vizitaturi ċkejkna billi offritilhom figurin tal-Playmobil liebes bħala Kavallier tal-Ordni ta' San Ġwann.
· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u ltaqa’ mad-Dekan u d-Direttur tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Università tan-Negozju Ingliża fi Brussell dwar oqsma possibbli ta' kollaborazzjoni.


Konsolari

L-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell isservi bħala Konsolat.  Ta’ kuljum il-Konslu jirrispondi għal diversi mistoqsijiet u talbiet permezz ta’ imejls, tat-telefon u ta’ ittri uffiċjali (Notes Verbales) indirizzati lill-komunità Maltija ġewwa l-Belġju u l-Lussemburgu li tgħodd mal-elf ruħ.  Ta’ min jinnota, però, li anke Maltin li jgħixu mal-fruntieri fi Franza u fil-Germanja u li għal raġunijiet ta’ distanza jippreferu jinqdew mill-Ambaxxata fi Brussell huma megħjuna mill-Ambaxxata fil-Belġju.  Il-Konslu jwieġeb ukoll għat-talbiet ta’ residenti fil-Belgju u l-Lussemburgu dwar vjaġġar lejn Malta jew dwar residenza f’Malta.  Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li ġejjin :

Reġistrazzjoni tat-twelid
12
Reġistrazzjoni taż-Żwieġ / Divorzju
2
Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
3
Prokura
3
Dikjarazzjoni bil-ġurament
36 rigward l-elezzjoni bikrija tat-18 ta’ Mejju għal min ma setax ikun Malta fil-jum tal-votazzjoni jew kien se jkun rikoverat fi sptar.
Applikazzjonijiet għal passaport
71
Dokumenti ta' Vjaġġar t'Emerġenza
4
Passaporti Diplomatiċi
4
Talbiet għal informazzjoni li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
13


Promozzjoni ta’ Malta

l-Ambaxxata Maltija fi Brussell tagħmel dak kollu li huwa possibli sabiex tagħti l-aqwa promozzjoni lil pajjiżna. Naturalment irid jittieħed f’kunsiderazzjoni l-fatt illi l-fondi disponibbli huma limitati. Madanakollu naħdmu id f’id mal-entitajiet kollha sabiex norganizzaw bosta attivitajiet u anke nattendu oħrajn organizzati mill-kollegi, sabiex mhux biss nibnu il-kunttati tagħna iżda wkoll nippromovu lil pajjiżna f’kull qasam. 

· 17 ta’ Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda t-tnedija tal-ktieb tal-awtur Taljan Castalvecchi fuq stedina tal-Ambaxxatur Taljan fil-Belġju, l-E.T. Elena Basile.
· 24 ta' Jannar - L-Ambaxxatur attenda l-kunċert tal-ftuħ tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-BOZAR.
· 31 ta' Jannar - Wara l-laqgħa fil-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi, f'Mejju li għadda, fejn l-Ambaxxatur Azzopardi indirizza lill-udjenza dwar il-lingwa Maltija, l-Ambaxxatur  laqa' lis-Sinjura Sietske Poepjes fl-Ambaxxata ta' Malta. Is-Sinjura Sietske Poepjes hija l-President tan-Netwerk għall-Promozzjoni tad-Diversità Lingwistika (NPLD) u hija wkoll il-Ministru tal-Kultura fi Friesland, l-Olanda.
· 4 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA għal ġurnata f'Għawdex. Żaru diversi postijiet ta' interess f'Għawdex.

Oħrajn

· 4 ta' Frar – Id-Deputat tal-Ambaxxata iltaqgħet ma' Dott Claudio Palestini, uffiċjal tekniku tan-NATO responsabbli mill-proġetti implimentati mill-Università ta' Malta taħt il-finanzjament tal-programm Science for Peace. L-għan tal-laqgħa kien li tipprovdi informazzjoni ta' sfond dwar kif jopera l-finanzjament tal-SPS u ż-żjara ppjanata f'Malta fit-3 u l-4 ta' April 2019 mal-partijiet interessati mill-Università ta' Malta.
· 8 ta' Frar - Deputat attenda l-laqgħa ta' informazzjoni tal-WEP6 u ltaqa' mas-Sinjura Lisa Greig, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fid-Delegazzjoni tar-Renju Unit għan-NATO. Il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit isservi bħala punt ta’ kuntatt għal Malta.
· 8 ta' Frar - L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa f’Dar Malta għall-komunità Maltija. Il-Quddiesa Mqaddsa ġiet iċċelebrata minn Mons. Alfred Vella.
· 25 ta' Frar – Id-Deputat u l-Maġġur Joseph Spiteri, Deputat Rappreżentant Militari attenda l-laqgħa informali PSC-NAC, li jġib flimkien il-PSC tal-UE u l-Kunsill u l-Imsieħba tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO.
· 28 ta' Frar - Deputat attenda r-Riċeviment ta' Adieu tal-Ambaxxatur tal-Isvizzera għan-NATO.
· 13 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata mas-Sinjura Sophie Briquetti, uffiċjal tan-NATO għal Malta.
· 15 ta' Marzu - L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f'Dar Malta għall-komunità Maltija. Mons Alfred Vella ċċelebra l-Quddiesa.
· 20 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-ktieb ta' kondoljanzi fl-Ambaxxata ta' New Zealand wara l-attakki ta' Christchurch.
· 20 ta' Marzu - Laqgħa ta' segwitu mas-Sinjura Sophie Briquetti fl-Ambaxxata ta' Malta.
· 5 ta' April - L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f’Dar Malta għall-komunità Maltija u ffaċilitat il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella.
· 12 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attenda l-laqgħa tal-WEP 6.
· 26 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb ta' Kondoljanzi fl-Ambaxxata tas-Sri Lanka wara l-attakki terroristiċi.
· 2 ta' Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata, is-Sinjura Carabott attendiet l-laqgħa tal-WEP 6.
· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb taċ-Ċelebrazzjoni  fl-Ambaxxata tal-Ġappun fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-eredi tat-Tron fil-Ġappun, l-Altezza Rjali l-Imperatur Eredi tat-Tron Naruhito.

Seduta  242
26/06/2019


AWSTRALJA – ĦIDMIET DIPLOMATIĊI




10401. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mal-Awstralja u x’servizzi qegħdin jingħataw il-Maltin u l-Għawdxin mill-istess ambaxxati u konsolati tagħna?

05/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-ħidma diplomatika li saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mal-Awstralja u servizzi li qegħdin jingħataw il-Maltin u l-Għawdxin mill-istess ambaxxati u konsolati tagħna.
Bilaterali
· Fl-ewwel erba’ xhur tal-2019, il-Kummissjoni Għolja f’Canberra kkorrispondiet bilateralment mal-istat tal-Commonwealth tal-Awstralja dwar bosta temi li jirrigwardaw il-welfare tal-membri tal-kommunità Maltija fl-Awstralja, kif ukoll iffaċilitat djalogu bejn entitajiet f’Malta u fl-Awstralja b’għanijiet kummerċjali.
· Il-Kummissjoni Għolja f’Canberra ppreparat rikjesti sabiex uħud mill-ftehim bilaterali esitenti jiġu rreveduta, kif ukoll għamlet rikjesti għal fini sabiex jibqgħu jiġu esplorati ftehim prospettivi.
· Fi Frar u f’April 2019, il-Kummissjoni Għolja f’Kanberra ħadet sehem attiv f’laqgħat ma’ rappreżentanti għolja tal-UE li kienu jinsabu fl-Awstralja għal diskussjonijiet dwar in-negozzjati tal-Unjoni Ewropea u l-Awstralja fuq Ftehim ta’ Kummerċ Liberu, kif ukoll fuq koperazzjoni settorjali bejn iż-żewġ entitajiet.

Kummerċjali u Promozzjoni ta’ Malta

· F’Jannar 2019, il-Konslu Ġenerali f’Melbourne pparteċipa fil-festival Malti ta’ Portarlington, fejn ħa l-opportunità li jippromuovi lil-Malta.
· Fi Frar 2019, il-Konslu Ġenerali f’Melbourne pparteċipa f’laqgħat mal-kumitat eżekuttiv tas-sezzjoni ta’ Victoria tal-Kamra tal-Kummerċ Awstraljana-Maltija (Australian Maltese Chamber of Commerce – Victoria Chapter).
· Fl-istess xahar, il-Konslu Ġenerali f’Sydney intaqa’ ma’ bosta entrepreneurs Maltin-Awstraljani fl-istat ta’ New South Wales; entrepenuri li esprimew pjanijiet sabiex jinvestu f’Malta fis-setturi tal-Agribusiness b’teknoloġija ta’ hydroponics.
· Il-Konslu Ġenerali f’Sydney ha sehem ukoll fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal- Kamra tal-Kummerċ Awstraljana-Maltija (Australian Maltese Chamber of Commerce), fejn iffaċilita ukoll żewġ laqgħat ma’ avukati tal-immigrazzjoni b’diskussjonijiet dwar programmi ta’ investiment u residenza.
· F’Marzu 2019, id-Deputat Kummissarju Għoli f’Canberra ħadet l-opportunità taż-żjara konsolari fl-istat ta’ Queensland sabiex tintaqa’ ma’ membri tal-kommunita’ kummerċjali fi Brisbane tippromovi kordinazzjoni sabiex tingħata assistenza lil investituri fl-ambitu tal-blockchain, li wrew ix-xewqa li jiftħu uffiċċji f’Malta.
· F’April 2019, il-Konslu Ġenerali f’Sydney intaqa’ ma’ wieħed mid-diretturi ta’ Invest Hong Kong, fejn ħejja diskussjonijiet fuq opportunitajiet ta’ kummerċ u investiment minn din il-Kumpanija fi xtut Maltin.


Kulturali u Diaspora
· Il-Kummissjoni Għolja f’Canberra kellha stall dwar Malta f’wieħed mill-avvenimenti tant mistennija fil-kapitali tal-Awstralja: in-National Multicultural Festival. L-istall ta’ Malta kien imtella’ fis-sezzjoni tal-Villaġġ tal-Unjoni Ewropea, li attira aktar nies minn kull edizzjoni li saret qabel. (16 ta’ Frar 2019).
· Il-Kummissarju Għoli, flimkien mal-Konsli Ġenerali, ipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Australia Day (26 ta’ Jannar), u ta’ ANZAC Day (25 t’April), fl-istati rispettivi li jinsabu fihom. F’dawn l-okkażjonijiet, l-għoli rappreżentanti ta’ Malta fl-Awstralja ħadu l-opportunità li jistħaqqu fuq l-importanza ta’ relazzjonijiet bilaterali ma’ dan il-pajjiż.
· Il-Konslu Ġenerali f’Melbourne pparteċipa f’bosta attivitajiet mtella’ mill-Kommunità Maltija fl-istat ta’ Victoria, fosthom attivitajiet mtella miċ-Ċentru tal-Kultura Maltija f’Albion, u erba’ avvenimenti oħra madwar l-istat.
· Ħidma mal-partijiet ikkonċernati fuq l-importanza u l-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwa Maltija fl-Awstralja issuktat mit-tliet uffiċċji, bejn Jannar u April 2019. Taħdidiet u laqgħat mal-iskejjel tal-Malti għadhom għaddejjin, bir-rappreżentanti tal-Gvern Malti fl-Awstralja joffru s-servizzi tagħhom sabiex jiffaċilitaw diskussjonijiet dwar il-futur tat-tagħlim tal-lingwa, storja u drawwiet Maltin.
· Il-Konslu Ġenerali f’Sydney attenda bosta inizjattivi sabiex jintaqa’ mal-ġenerazzjoni Maltija-Awstraljana żgħażugħa fl-istat ta’ New South Wales: il-mexxejja tal-kommunità Maltija-Awstraljana tal-ġejjieni.


Konsolari
- Bejn Jannar u April 2019, l-uffiċċji fl-Awstralja pproċessaw 480 passaport u 156 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija.
- F’dan il-perjodu saret żjara ta’ Consul-on-the-Move fl-istat ta’ Queensland (fi Brisbane, Mackay u Cairns). Id-domanda għal din iż-żjara kienet waħda tajba: fi tmient’ijiem inżammu mal-111-il appuntament konsolari.
- Fl-ewwel erba’ xhur tal-2019, l-Kummissjoni Għolja f’Canberra tat assistenza lil żewġ Maltin li nsterqulhom il-passaporti tagħhom waqt btala f’dik il-parti tad-dinja.
- Tul dan iż-żmien, il-Kummissjoni Għolja f’ Canberra kif ukoll il-Konsolati Ġenerali f’Melbourne u f’Sydney, ħadu sehem attiv f’laqgħat varji dwar koordinazzjoni konsolari ma’ rappreżentanti ta’ Stati Membri tal-UE fl-Awstralja u fil-Paċifiku, f’Working Groups dwar Working Holiday Visas, kif ukoll mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ u l-Ministeru għal-Immigrazzjoni u Sigurtà tal-fruntieri Awstraljani, fuq każijiet pendenti.

Oħrajn

Fid-29 ta’ Marzu, l-Konslu Onorarju għal Malta f’Wellington ingħaqdet ma’ bosta dinjitarji, inkluż il-Prim Ministru tal-Awstralja l-Onor. Scott Morrison u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bill Shorten MP, fil-belt ta’ Christchurch, wara l-attakk terroristiku fl-istess belt fil-15 ta’ Marzu 2019.

Seduta  242
26/06/2019


ĦADDIEMA LI MA BAQGĦUX JAĦDMU MAL-MINISTERU




10400. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u għaddew f’pożizzjonijiet oħra tul dawn l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

05/06/2019




  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Seduta  242
26/06/2019


MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – INGAĠĠ TA’ PERSUNI




10399. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni ġodda mal-Ministeru fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? X’sejħiet pubbliċi hemm pendenti?

05/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Seduta  242
26/06/2019

AMBAXXATA F’BERLIN - ĦIDMA




10398. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Berlin?

05/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Bilaterali

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena (2019), l-Ambaxxata Maltija f’Berlin inizjat u/jew ikkordinat numru ta’ żjarat u laqgħat fil-Ġermanja li kienu jinvolvu Ministri u Segretarju Parlamentari, kif ukoll żjaratf’Malta minn Ministru tal-Gvern Ġermaniz u minn deputat mill-Bundestag.

Għall-ewwel darba, Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Konferenza dwar is-Sigurta’ li ssir kull sena fi Frar fil-belt ta’ Munich, il-“Munich Secuity Conference”.  L-Ambaxxata ħadet ħsieb li l-Ministru Carmelo Abela jiġi mistieden u ħejjiet il-parteċipazzjoni tiegħu f’diversi sessjonijiet li saru matul il-Konferenza fejn huwa għamel numru ta’ interventi. Il-Ministru kellu wkoll taħdidiet uffiċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja, li miegħu iffirma Memorandum ta’ Ftehim, filwaqt li laqgħat bilaterali oħrajn saru mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Oman u tas-Sudan.  Matul il-konferenza (15-17.2.2019) il-Ministru kellu wkoll numru ta’ laqgħat ma’ Ministri u rappreżentanti għoljin mill-Ġermanja u minn pajjiżi ohra. L-Ambaxxatur akkompanja lill-Ministru waqt il-programm u l-laqgħat.

Fl-okkażjoni tal-Fiera tat-Turiżmu ITB li ssir kull sena f’Marzu f’Berlin, l-ikbar waħda tal-ġeneru tagħha fid-dinja u li fiha Malta tieħu sehem permezz ta’ “stand” u delegazzjonijiet mill-MTA, l-Air Malta, l-MIA u numru konsiderevoli ta’ rappreżentanti minn ditti privati, l-Ambaxxata organizzat – f’isem l-MTA – riċeviment għal madwar 100 ruħ mis-settur turistiku u tal-ivvjaġġar, ġurnalisti u rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet u ditti involuti fis-settur.   L-istedina għal dan ir-riċeviment ħarġet, mill-Ambaxxatur u miċ-Chairman tal-MTA, li ndirizzaw lill-mistednin fil-bidu tar-riċeviment. It-turiżmu mill-Ġermanja lejn Malta żdied kull sena matul dawn l-aħħar snin. Apparti mill-ITB, l-Ambaxxata tagħti s-sostenn tagħha billi regolarment torganizza attivitajiet li juru l-attrazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex, eż. l-“Europa Lounge” f’Berlin li fih ser tieħu sehem l-Ambaxxata (ara isfel fis-sezzjoni “Promozzjoni ta’ Malta”).

Fiera oħra importanti li ssir kull sena ġewwa Berlin f’Jannar hija l-‘Green Week’. Barra l-esibizzjoni ta’ prodotti agrikoli, matul il-Fiera jiġu organizzati numru ta’ seminars u laqgħat kif ukoll konferenza li fiha jieħdu sehem Ministri tal-Agrikoltura minn madwar id-dinja. L-Ambaxxata ħadet ħsieb it-tħejjijiet li saru għall-parteċipazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u għenet matul iż-żjara tiegħu f’Berlin. L-Ewwel Segretarja fl-Ambaxxata Sephora Gauci akkompanjat lis-Segretarju Parlamentari. 

F’April, il-Ministru Joe Mizzi ħa sehem fil-konferenza Energy Transition Dialogue: New Horizons li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f’Berlin. L-Ambaxxata ikkordinat iż-żjara tal-Ministru filwaqt li l-Ambaxxatur akkompanjah fit-taħdidiet li huwa kellu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru Federali għall-Ekonomija u l-Enerġija, Thomas Bareiss.

L-Ambaxxata origanizzat iż-żjara f’Malta tad-deputat tal-Bundestag Dr. Christoph Ploss (CDU), li huwa r-‘rapporteur’ fuq Malta fil-Kumitat tal-Bundestag għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u membru fil-Kumitat tal-Bundestag għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali. L-Ambaxxatur iltaqa’ ma’ Dr. Ploss darbtejn qabel dan ġie Malta. Waqt li kien Malta, Dr. Ploss iltaqa’, fost l-oħrajn, mal-Ministru l-Professur Edward Scicluna, mas-Segretarju Parlamentari Dr. Aaron Farrugia, ma’ rappreżentanti mill-MFTP, mal-Professur Stephen Calleja u Dr. Monika Wohlfeld mill-MEDAC.

Fit-18 ta’ Jannar l-Ambaxxatur kellu laqgħa twila mal-membri tal-Bundestag li jiffurmaw parti mill-grupp ‘Seenotrettung’ (Sea Rescue) dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati u tal-migranti fil-Mediterran. F’dan il-grupp hemm rappreżentati l-partiti kollha fil-Bundestag barra l-partit AfD. Il-grupp huwa mmexxi mid-deputat president (deputy speaker) tal-Bundestag, Claudia Roth. Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-possibilta’ li s-Sinjura Roth u l-membri tal-grupp jiġu Malta biex jaraw b’għajnejhom is-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha Malta u biex jaraw kif Malta tista’ tigi mgħejuna.

Kull darba li l-AFM kienu involuti f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ ta’ refuġjati jew migranti, l-Ambaxxata bgħatet l-informazzjoni rispettiva lill-media, lill-Uffiċċju tal-President Ġermaniz, lill-Uffiċċju tal-Kanċillier, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u diversi għaqdiet u persuni li jikkuntattjaw l-Ambaxxata dwar dan is-suġġett. Dan biex nagħmluha ċara li, f’dan il-qasam, kontra dak li kultant jiġi rrappurtat, Malta mhux biss dejjem wettqet l-obbligi tagħha iżda wkoll marret oltre. B’riżultat tal-inizjattivi tal-Ambaxxata, il-media Ġermaniża diversi drabi tat prominenza lix-xogħol tal-AFM.

Kull sena ir-reġjun ta’ Ahrweiler, viċin ta’ Bonn, jorganizza programm kbir ta’ attivitajiet mifrux fuq diversi gimgħat imsejjaħ “Ahrweiler Freiheitswochen” (Il-Ġimghat tal-Liberta ta’ Ahrweiler). Is-suġġett din id-darba kien il-Futur tal-Ewropa. Il-programm ta’ din is-sena sar taħt il-patruċinju tal-Ambaxxatur Malti fil-Ġermanja li fetaħ il-programm uffiċjalment waqt ċerimonja fl-14 ta’ Marzu fil-belt ta’ Remagen. B’hekk Malta ingħatat pubbliċita’ bi prominenza fil-media. L-Ambaxxatur kien mistieden iżur ir-reġjun fejn ta tlett taħdidiet, wieġeb domandi u kellu laqgħat ma’ diversi persuni distinti li kienu preżenti għad-diskorsi tiegħu, fosthom deputati mill-parlament tal-istat federali ta’ Rheinland-Pfalz (Rhineland Palatinate – belt kapitali Mainz) u s-Sinjura Barbara Genscher, l-armla tal-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Hans-Dietrich Genscher. Huwa kellu wkoll laqgħa ma’ grupp kbir ta’ studenti minn tlett kulleġġi fir-reġjun li magħhom iddiskuta r-rwol ta’ Malta fl-Ewropa, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, kif ukoll l-qagħda soċjali fil-pajjiż. Fuq din il-laqgħa kien hemm rapporti estensivi fil-media.

L-Ambaxxatur kien involut f’taħdidiet li bdew fl-2018 u issiktaw fl-ewwel xhur ta’ din is-sena ma’ rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja kif ukoll ma’ persuni mis-settur akkademiku sabiex il-Gvern Ġermaniz ikompli jiffinanzja il-katedra Ġermaniża fil-MEDAC (“German Chair in Peace Studies and Conflict Prevention”). Wara diversi sinjali li dan kien ser iseħħ, f’April waslet il-konferma uffiċjali li l-Ġermanja ser tkompli tiffinanzja din il-katedra għal sentejn oħra. Qed isiru kuntatti biex l-għajnuna Ġermaniża tissokta wara li jiġi fi tmiemu il-ftehim preżenti fl-2021.

Matul April saru preparamenti għaż-żjara f’Malta tal-Ministru Ġermaniż Hubertus Heil, il-Ministru fil-Gvern Federali għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali, li seħħet f’Mejju. F’Malta, il-Ministru Heil kellu taħdidiet uffiċjali u żar kumpaniji Ġermaniżi li joperaw f’Malta.

Saru wkoll il-preparamenti għall-parteċipazzjoni tal-Ministru Carmelo Abela flimkien mal-Ambaxxatriċi Prof. Simone Borg fil-Climate & Security Conference f’Berlin. Fil-fatt, il-konferenza saret f’Ġunju u fiha hadu sehem il-Ministru u l-Ambaxxatriċi. Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-konferenza seħħet wara li l-Ambaxxata ħadet ħsieb takkwista stedina ufficjali.

L-Ambaxxata għenet ukoll fit-tħejjija għall-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Karlu Manju 2019 “Charlemagne Prize 2019” li saret fil-belt ta’ Aachen.
Waqt l-ewwel erba’ xhur tas-sena, l-Ambaxxata kompliet tosserva l-iżviluppi politiċi fil-Ġermanja, kemm dawk domestiċi kif wkoll dawk li jirrigwardjaw il-politika barranija tal-pajjiż u rrappurtat dwarhom lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. Kuljum, bħal ma tagħmel regolarment, l-Ambaxxata bagħtet Malta rapporti dwar artikli li jidhru fil-media Ġermaniża, u darba fil-ġimgħa bagħtet rapport iktar estensiv b’sezzjoni fuq Malta kif issemmiet fil-media Ġermaniża. Matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena intbagħtu wkoll, bħal ma jiġri regolarment, traduzzjonijiet ta’ artikli li kellhom x’jaqsmu ma’ Malta.

L-istaff tal-Ambaxxata ħa sehem u rrapporta fuq diversi konferenzi u seminars ta’ interess kif ukoll ‘briefings’ li saru fil-Ministeri Ġermaniżi qabel/wara il-laqgħat Ministerjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħal FAC (Foreign Affairs Council), GAC (General Affairs Council), ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council), AGRIFISH (Agriculture and Fisheries) u l-JHA (Justice and Home Affairs Council). Barra minn hekk, membri mill-Ambaxxata attendew ukoll ċerti debriefings li saru wara laqgħat li kellhom il-kanċillier jew Ministri tal-Gvern Federali ma’ interlokuturi minn pajjiżi oħra. 

L-Ambaxxatur kien preżenti f’attivitajiet li saru f’Berlin li jikkonċernaw l-UE, speċjalment,  fil-każ ta’ l-ewwel xhur tas-sena, dwar il-presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu il-preżentazzjoni tal-Programm Rumen għall-Presidenza u diskussjoni li saru fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Berlin,  il-“working lunches” mogħtija mill-Ambaxxatur Rumen fejn il-mistieden tal-unur ikun ministru federali, ministru tal-istat jew xi persuna distinta oħra, u attivitajiet kulturali.

Kummerċjali

L-Ambaxxatur kompla bis-sensiela ta’ taħdidiet pubbliċi u laqgħat li ilu għaddej bihom għal żmien twil u li fihom jittratta aspetti varji tal-kultura, l-ekonomija u l-ħajja soċjali f’Malta u kuntatti bejn Malta u l-Ġermanja.  Dawn l-attivitajiet komplew isiru, fuq medja ta’ 1-2 fix-xahar, kemm fl-Ambaxxata kif ukoll f’postijiet oħrajn barra Berlin. L-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet huma li Malta ssir iktar magħrufa fil-Ġermanja (l-iktar f’dawk ir-reġjuni fejn s’issa ftit hija magħrufa), u b’hekk jiżdied l-interess f’Malta biex jikber it-turiżmu, sabiex dawk li jattendu isiru jafu iktar dwar il-kuntatti li diġa jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi f’diversi setturi, jifhmu il-possibiltajiet ta’ “Doing Business in Malta”, u biex jiġu esplorati oqsma ta’ interess komuni.

Eżempji: Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena l-Ambaxxatur ta taħdita fil-belt ta’ Wittenberge, ltaqa’ ma’ 22 student tal-aħħar sena mill-Gustav Heinemann Oberschule  u ma’ l-għalliema tagħhom qabel ġew Malta fuq żjara edukattiva, u kellu laqgħa oħra ma’ grupp mid-distrett ta’ Teltow-Fläming, inklużi persuni fil-kummerċ (fosthom sidien ta’ katina ta’ supermarkets) immexxija minn Danny Eichenbaum MdL deputat tas-CDU fil-parlament tal-istat federali ta’ Brandenburgu. Matul April tlestew il-preparamenti għal żewg attivitajiet oħra ta’ dan it-tip, waħda għal nhar l-21 ta’ Ġunju fil-belt ta’ Köthen u oħra ftit iktar tard fil-belt ta’ Brandenburg an der Havel. Mhux l-ewwel darba li, wara dawn l-attivitajiet, jiġi ffurmat grupp biex iżur Malta jew jintwera interess f’xi qasam partikulari. Ngħidu aħna, fil-każ tal-grupp mid-distrett ta’ Teltow-Fläming, imsemmi hawn fuq, l-interess kien fi skambjar ta’ żgħażagħ għal skopjiet ta’ taħrig vokazzjonali - li diġà beda jseħħ. Fil-każ tat-taħdita f’Wittenberge, fejn hemm wieħed miċ-ċentri l-iktar attrezzati biex jitħarrġu l-għaddasa, l-interess kien f’Malta bħala destinazzjoni għall-għaddasa, settur b’potenzjal sinifikanti fil-Ġermanja.

Fi Frar, l-Ambaxxatur żar il-“Handwerkskammer” (Chamber of Skilled Crafts and Trades) ta’ Hanover, waħda mill-ikbar kmamar ta’ snajja speċjalizzati fil-Ġermanja. Hemmhekk iddiskuta mal-President Wilhelm Steinmann u s-CEO Peter Karst diversi ideat dwar kif jistgħu jikbru l-kuntatti ma’ Malta, kemm bħala lok għall-manufattura ta’ ċertu prodotti kif ukoll fis-settur tat-taħriġ ta’ żgħażagħ fi snajja speċjalizzati. Bħala riżultat ta’ din iż-żjara, is-CEO Peter Karst ġie Malta f’April u ltaqa’, fost oħrajn, mal-Ministru Bartolo. Is-Sur Karst għadu f’kuntatt mal-MEDE u talab laqgħa oħra mal-Ambaxxatur li se ssir fis-26 ta’ Ġunju fl-Ambaxxata.

Ta’ importanza kienet iż-żjara li għamel f’Malta ir-rappreżentant tal-“gtai” (Germany Trade and Invest). L-Ambaxxatur iltaqa’ ma’ dan ir-rappreżentant (Oliver Döhne) qabel ġie Malta, baqa’ f’kuntatt miegħu u għamillu l-appuntamenti neċessarji ma’ persuni li setgħu jagħtuh l-informazzjoni li xtaq (Malta Enterprise, Trade Malta, Bank Centrali, Chamber of Commerce, Industry and Enterprise). Ir-rapporti li jsiru mill-gtai (li hija aġenzija tal-Gvern Federali) fuq il-pajjiżi rispettivi huma kruċjali f’każ li investitur jew kummerċjant ikun qed jikkonsidra jinvesti jew jinnegozja ma’ pajjiż partikulari. Fir-rapport il-ġdid li ppublikat il-“gtai” din is-sena joħorgu ċari dawn il-fatti: il-qagħda b’saħħitha tal-ekonomija Maltija, ir-ritmu mgħaġġel li bih qed tikber, il-proġetti kbar ippjanati, u l-oqsma li investituri jew nies tan-negozju Ġermaniżi għandhom jikkunsidraw meta jħarsu lejn Malta. L-Ambaxxata tgħaddi lill-Malta Enterprise u istituzzjonijiet oħra f’Malta kuntatti jew talbiet għal informazzjoni minn persuni, kumpaniji jew aġenziji minn oqsma differenti li jistgħu ikunu ta’ interess.

Kulturali

F’Jannar, l-Ambaxxata irranġat programm għal żjara edukattiva f’Malta minn 24 student mill-Berlin Campus - Stanford University taħt it-tmexxija tal-Professur Uli Brückner. L-Ambaxxata ippreparatilhom programm intensiv li kien jinkludi laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha il-President ta‘ Malta, viżita tal-bini tal-Parlament u laqgħa ma’ Mr Speaker Dr. Angelo Farrugia, u diskussjoni mal-Ministru Evarist Bartolo. Din kienet it-tieni darba li l-Ambaxxata ħadmet mal-Campus ta’ Berlin ta’ Stanford biex grupp ta’ studenti jżuru Malta; l-Ambaxxata kienet ikkordinat l-ewwel żjara fl-2015.

Fuq stedina tat-tmexxija tal-“Europaschule” (skola Ewropea) Kinderakademie der Johanniter  fil-belt ta’ Eberswalde fl-istat federali ta’ Brandenburgu, l-Ambaxxatur u l-Ewwel Segretarja fl-Ambaxxata żaru l-iskola u tkellmu mal-għalliema u ma’ ħafna mill-istudenti fil-klassijiet tagħhom. Saret talba għal kuntatt ma’ skola Maltija u biex jinstabu pen-friends Maltin għat-tfal tal-iskola. Dan qed isir fi ħdan il-MEDE. L-istedina biex l-Ambaxxatur iżur l-iskola saret wara li ftit qabel hu kien għamel żjara uffiċjali, ta taħdita pubblika fil-belt u kellu laqgħat mal-awtoritajiet inkluż is-sindku u t-tim tiegħu.

L-Ambaxxatur kien mistieden jieħu sehem f’diskussjoni – flimkien ma’ speċjalista fuq is-suġġett, ma’ membru tal-parlament Ewropew u flimkien ma’ professur tal-psikoloġija mill-Universita’ Humboldt – li saret f’ċinema ewlieni f’Berlin wara l-ewwel wirja tal-verżjoni Ġermaniża tal-film “The Erased Son” (titlu bil-Ġermaniż: ‘Der verlorene Sohn’). Il-film famuż jittratta il-problemi u t-tbatija li jgħaddu minnhom ġuvni Amerikan u l-familja tiegħu meta hu jiġi furzat jattendi kors ta’ “conversion therapy”. Malta kienet ippreżentata mill-organizzaturi bħala xempju ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’dan il-qasam, filwaqt li l-Ambaxxatur spjega s-sinifikat tal-liġi li tipprojbixxi din it-tip ta’ hekk imsejħa “terapija”.

Grupp ta’ studenti flimkien mal-professuri tagħhom mill-Berlin School of Economics and Law (HWR) xtaqu preżentazzjoni dwar Malta, l-infurzar tal-liġi u l-korp tal-pulizija. Għal dan il-għan kellhom laqgħa fl-ambaxxata mal-Ambaxxatur u ma’  l-Ewwel Segretarja.
L-Ambaxxata kompliet tkun involuta fil-laqgħat u l-avvenimenti tal-EUNIC (EU National Institutes of Culture) ġewwa Berlin. Preparamenti bdew fil-bidu tas-sena biex waħda mil-laqgħat (f’Ġunju) issir ġewwa l-Ambaxxata Maltija.  Bdew isiru wkoll preparazzjonijiet għall-European Day of Languages ta’ Settembru li ġej. L-Ambaxxata se tipparteċipa billi tagħti żewġ “crash-courses” fil-Malti bażiku lil studenti f’żewġ skejjel primarji f’Berlin. L-esperjenza uriet li kemm it-tfal kif ukoll l-għalliema u l-ġenituri tat-tfal japprezzaw ħafna dawn it-tip ta’ attivitajiet.
L-Ambaxxata ipparteċipat ukoll f’avveniment ta’ qari ta’ ħrejjef Ewropej bil-Ġermaniż lil grupp kbir ta’ tfal minn skejjel primarji f’Berlin fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. L-Ambaxxata ħadet sehem permezz ta’ qari ta’ ħrafa Maltija li ġiet maqluba għall-Ġermaniż mill-istaff tal-Ambaxxata għal din l-attivita’.
L-Ambaxxata ħadmet fuq applikazzjoni, li imbagħad ġiet approvata mill-Bord tal-Cultural Diplomacy Fund tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, biex il-kumpanija “Contact Dance Company”, taħt it-tmexxija tas-Sinjura Francesca Tranter u bil-parteċipazzjoni tal-kompożitur u perkussjonista magħruf Renzo Spiteri, tagħti preżentazzjoni f’Berlin. Fil-fatt din is-serata ta’ żfin u mużika ser tittella’ fit-13 ta’ Ġunju fit-Theater am Aufbauhaus bl-arranġamenti kollha loġistici, stediniet u koordinazzjoni isiru mill-Ambaxxata.
L-Ambaxxatur kien mistieden jagħti taħdita fil-belt ta’ Adenau. Fost affarijiet oħra, huwa  tkellem dwar il-kuntatti bejn il-belt ta’ Adenau u Malta. Dawn jinkludu kemm rabtiet storiċi – f’Adenau kien hemm kummenda (‘commandery’) tal-Ordni – kif ukoll kuntatti iktar reċenti. F’Adenau kienet twaqqfet lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet tas-seklu l-ieħor l-Għaqda Ġermaniża-Maltija (Deutsch-Maltesische Gesellschaft). Wara iktar minn 30 sena din l-għaqda għada ibbażata f’ Adenau u tagħmel xogħol ta’ fejda kbira b’risq il-ħbiberija bejn iż-żewġ popli, filwaqt li Adenau għanda ġemellaġġ mal-Mellieħa – l-iktar ġemellaġġ antik u attiv bejn post f’Malta u post fil-Ġermanja.

Matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena, l-Ambaxxata għamlet il-preparamenti kollha biex, flimkien mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u ma’ Ambaxxati ta’ pajjiżi oħra f’Berlin, tieħu sehem f’attivitajiet msejjħa “Diplomacy for Sustainability” waqt il-Ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Sustainable Development Week).  L-iskop kien li tigi inkuraġġita l-implementazzjoni tas-‘Sustainable Development Goals’ tal-Aġenda 2030.  Il-fokus tal-avveniment organizzat mill-Ambaxxata Maltija kien SDG 14, speċifikament “il-ħajja taħt l-ilma” u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċejani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar bħala komponent ewlieni ta’ futur sostenibbli. Fil-fatt, fl-4 ta’ Ġunju, l-Ambaxxata organizzat f’sala ġewwa Berlin il-wirja tad-dokumentarju “Comino: Secret Paradise” bil-parteċipazzjoni tal-Ambaxxatur Malti għall-Oċejani il-Prof. Alan Deidun li ta lecture u wieġeb id-domandi li sarulu mill-udjenza.

KONSOLARI
Matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, l-Ambaxxata Maltija f’Berlin kompliet toffri servizzi konsolari liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Ġermanja, kif wkoll lil Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Ġermanja u li jkunu jeħtiegu l-għajnuna, bħal meta jitilfu jew jinsterqilhom il-passaport jew ikollhom bżonn għajnuna medika. Il-lista hawn taħt tinkludi statistika fuq numru ta’ servizzi konsolari li ġew ipprovduti mill-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja fl-erba’ xhur Jannar-April tal-2019:
Passaporti
Mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ April, l-applikazzjonijiet għall-passaporti li ġew ipproċessati mill-Ambaxxata kienu 17. Ġew imwieġba wkoll 32 domanda li kienu jirrigwardaw applikazzjonijiet għal passaporti.
Ċittadinanza
Il-Konsulat fl-Ambaxxata laqa’ żewg applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija, filwaqt li rċieva sitt talbiet għall-informazzjoni fuq kif wieħed jista’ japplika għaċ-ċittadinanza Maltija. L-informazzjoni mitluba ġiet mogħtija.
Reġistrazzjonijiet ta’ twelid u żwieġ
14 -il applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ twelid u żwieġ  ġew sottomessi. Dawn l-applikazzjoniet ġew proċessati kollha u ntbagħtu lir-Reġistru Pubbliku Malti.
Xogħol konsolari ieħor
L-Ambaxxata kompliet tipprovdi wkoll informazzjoni lil persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta. Din l-informazzjoni tintalab ġeneralment minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi  li joqogħdu fil-Ġermanja u tirrigwarda ħafna drabi il-viża sabiex jkunu jistgħu jidħlu Malta. Minn Jannar sal-aħħar ta’ April, l-Ambaxxata għenet 140 persuna li kellhom mistoqsijiet dwar dan is-suġġett.
Ta’ kull xhar, l-Ambaxxata bagħtet lura lejn il-Ministeru numru ta’ passaporti u dokumenti ta’ residenza Maltin li kienu ntilfu u nstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet.
L-Ambaxxata għenet wkoll diversi delegazzjonijiet Maltin li għaddew mill-ajruporti Ġermaniżi. B’kollox kien hemm 27 talba għall-għajnuna.
Għajnuna ingħatat wkoll lid-dipartiment fil-Ministeru tas-Saħħa li hu nkarigat li jibgħat pazjenti għal trattament barra l-pajjiż, kif ukoll lill-pazjenti nfushom u lill-familjari tagħhom. F’każ partikulari, l-Ambaxxata pprovdiet għajnuna lill-familja ta’ ċittadin Malti li miet waqt żjara f’Berlin. Ir-ripatrijazzjoni tal-kadavru lura lejn Malta ġiet organizzata bl-għajnuna tal-Ambaxxata.
L-Ambaxxata mexxiet talbiet għall-approvazzjoni diplomatika mill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex ajruplani tal-Forzi Armati ta’ Malta jkunu jistgħu jidħlu fl-ispazju tal-ajru Ġermaniż. 
L-ambaxxata kompliet tikkoordina flimkien mal-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati f’Malta r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu minn protezzjoni f’Malta – meta dawn jinstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet Ġermaniżi – sabiex b’hekk jiġu irritornati lura lejn Malta.


PROMOZZJONI TA’ MALTA
L-ambaxxata bdiet tħejji wkoll għall-parteċipazzjoni tagħha fl-Europa Lounge, organizzata mill-Rappreżentazzjoni tal-Istat Federali ta’ Baden-Württemberg f’Berlin, fejn, bl-għajnuna tal-MTA Frankfurt, se jiġu offruti ikel u xorb Malti filwaqt li tingħata pubbliċita’ b’diversi metodi u jitqassmu brochures.

Permezz tal-Konslu Onorarju ġewwa Munich, l-Ambaxxata għenet wkoll billi offriet materjal promozzjonali dwar Malta kif wkoll xorb Malti għal avveniment li sar ġewwa Munich bejn numru ta’ konsli favur l-UE.

L-Ambaxxata ħolqot ukoll il-preżenza tagħha fuq is-‘social media platforms’, Facebook u Twitter, bil-għan li b’dawn il-mezzi tista’ tippromwovi aħjar lill-pajjiż, ix-xogħol li jitwettaq mill-Gvern, mill-MFTP u mill-Ambaxxata.

Seduta  241
25/06/2019

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...